Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Wara s-silenzju mill-Freeport… jitkellmu r-residenti ta' Birżebbuġa George Farrugia "LISTORBJU li jiġġenera l-Freeport jiġi primarjament mill-generators li jagħtu l-enerġija lill-vapuri mit-terminal (shore to ship), mhux imbilli fir-rapport isemmew il-containers jaħbtu ma' xulxin u l-krejnijiet; apparti li waħħlu wkoll fl-ajruplani, karozzi u klieb jinbħu! Jien li kien għalija, fl-appell dwar is-somma dovuta għandha tiġi enfassizzata din il-problema tal-ħsejjes tal-generators. Jekk il-Freeport mhux qed jaraw sew li jħallsu somma għall-iżvilupp ambjentali tar-raħal, mela allura s-somma għandha tintuża biex jinbeda proċess ta' titjib fis-sistema 'shore to ship'. Min-naħa tar-residenti jkun ġest ta' kontribuzjoni biex tittaffa l-problema tal-ħsejjes, filwaqt li l-Freeport ikollu joħroġ il- kumplament tas-somma u jkun marbut li jużahom għal dik ir-raġuni biss u jibdew il-proġett immedjatament." Minn Ruben Anthony Xuereb FILĦARĠA tal-Ħadd li għadda, l-ILLUM irrappurtat dwar is-silenzju min-naħa tal-Freeport dwar ħlas ta' €955,000 f 'kumpens dovut għal titjib ambjentali fil-lokalità ta' Birżebbuġa. Dan fid-dawl ta' studju li sar dwar l-impatt li l-ħsejjes iġġenerati mill- Freeport qed iħallu fuq ir-residenti ta' Birżebbuġa. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' tliet residenti biex tifhem aħjar x'inhuma l-ilmenti tagħhom u ta' mijiet oħrajn li jgħixu f 'din il-lokalità. Staqsejna wkoll fejn jaħsbu li għandhom imorru d-€955,000 jekk Birżebbuġa jirnexxielha teħodhom. Tkellimna ma' Jason Blake, Chris Balzia u George Farrugia li qasmu magħna l-ideat tagħhom dwar fuq xiex għandhom jintużaw il-fondi. Filwaqt li tnejn mir-residenti qablu mal-proġetti ta' tisbieħ u rijabilitazzjoni taż-żona, l-ieħor kellu ideat kemxejn differenti kif jista' jinvolvi l-Freeport b'mod dirett biex ir-residenti jiġu kkumpensati permezz ta' żvilupp fl-operat tat-terminal. Jason Blake "JAGĦMEL x'jagħmel il-Freeport, qatt ma jista' jkun biżżejjed biex jibbilanċja għal dak kollu li tilfu r-residenti ta' Birżebbuġa. Li jista' biss hu li jipprova jtaffi mill-ħsara li għamel u li kontinwament għadu jagħmel. Il-fondi li bi dritt għandu jieħu l-kunsill ta' Birżebbuġa, jistgħu jintużaw għal-proġetti ambjentali, rikrejattivi, sportivi u għall-manutenzjoni. Wieħed minn dawn il-proġetti li dejjem xtaqt nara li jsir huwa Family Park f 'biċċa art li hemm biswit il-Freeport stess. Jekk il-Freeport diġà tefa' ħarstu fuq din il-biċċa art biex jeħodha għaż-żamm tal-kontejners, minflok Family Park li jitgawda mir-residenti u l-pubbliku kollu, din l-art tispiċċa bħala xi ħaġa oħra li tkerraħ u biċċa oħra maqtugħha mill- pulmun ta' Birżebbuġa. U propju din hi l-akbar weġgħa li għandu l-poplu ta' Birżebbuġa: li l-Freeport donnu m'għandux rispett, la lejn ir- residenti ta' Birżebbuġa u wisq inqas lejn l-ambjent." Chris Balzia ILPROPOSTI li għamel il-Freeport jistgħu jgħinu biex itaffu mill-ħsejjes iġġenerati, iżda dan mhux se jsir mill-lejl għan-nhar u jaf jieħu diversi snin biex jissolva. Barra l-investiment fil-makkinarju, hemm imsemmija wkoll miżuri biex il-Freeport jottimizza l-operat tiegħu. Dan jirrikjedi investimenti finanzjarji kbar, u perjodi ta' moniteraġġ għall-effiċjenza tagħhom. Dan iġegħelni naħseb li l-freeport se jkaxkar saqajh fuqhom. Jekk m'iniex żbaljat, il-fondi kellhom ikunu marbuta ma' proġetti ambjentali. Jien kieku nibda billi nimmodernizza u nirranġa d-diversi ġonna li għandna mqassma fil-lokalità tagħna. Fl-inħawi fejn il-port, li huwa l-aktar viċin tar-residenti, inħawwel siġar folti bħala parti minn landscaping taż- zona. Dawn iservu biex itaffu l-impatt viżwali kif ukoll joħolqu sound-barrier naturali meta persuna tgħaddi mill-istess triq. Nemmen ukoll li għandhom isiru proġetti għall-ġbir ta' ilma tax-xita, speċjalment meta tikkunsidra li Birżebbuġa hija mdawra bil-widien u l-ilma kollu qed jerġa' jintrema' fil-baħar. Jista' jsir ukoll proġett ambjentali fil-Wied ta' Birżebbuġa li jinkorpora l-flora, fauna u l-istorja rikka li għandu l-istess Wied. Dawn huma ftit proposti minn diversi proġetti li wieħed jista' jmexxi 'l-quddiem sabiex isiru. Madanakollu, ma narax li huwa ġust li l-Freeport jagħti somma waħda bħala parti mill-kumpens għat-tkabbir tat- terminal jew makkinarju. Il-Freeport huwa inkonvenjent matul is-sena kollha u allura nħoss li l-Freeport għandu jħallas ammont fiss regolarment. Dawn il-flus ikunu parti mill-ispejjeż tal- operat tal-kumpanija, u li jmorru f 'fond immaniġjat b'mod professjonali sabiex jintużaw għal proġetti infrastrutturali għar-riġenerazzjoni tal-lokalità u l-ġid tar-residenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016