Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

MILLORDNI fis-soċjetà għall-ordni fi grawnd tal-futbol. Wara karriera twila li damet għal madwar 25 sena, l-ekspulizija ta' Rotherham, Howard Webb irtira mix-xena tal-arbitraġġ lura f 'Awwissu tal-2014. Indubbjament, dan ir-referi Ingliż huwa meqjus fost wieħed mill-aqwa referis fid-dinja ta' kull żmien u żgur li l-kontribut tiegħu kien siewi ħafna għall-ġieħ tal-futbol. Id-deċiżjoni tiegħu kienet milqugħa bħala waħda sorpriża, speċjalment anke minħabba l-fatt li sa xahar qabel kien għadu qiegħed jirreffja fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2014. Waħda mir-raġunijiet wara din id-deċiżjoni kien il-fatt li kien ġie propost lilu l-irwol ta' direttur tekniku ġewwa l-Professional Game Match Officials Limited. Barra minn hekk, huwa kien anke stqarr li peress li kien wasal fl-aħħar ta' żmienu fuq il-panel tal-FIFA, ħass il-bżonn li jagħti spazju lil referis żgħażagħ, kemm fix-xena domestika kif ukoll f 'dik internazzjonali. Tħares lura lejn il-karriera ta' Webb, tara lista ta' partiti importanti li jikkonfermaw kemm kien meqjus bħala persunaġġ affidabbli fid-dinja tar-referis. Ta' min jibda billi jsemmi li fis-sena 2010, f 'temp ta' xahrejn, huwa kien ikkontrolla l-finali tal-UEFA Champions League bejn Inter u Bayern Munich u l-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn Spanja u l-Olanda. Naturalment, Webb, ġieli kien imdaħħal f 'kontroversji minħabba xi deċiżjonijiet li forsi ma kinux ikunu graditi minn persunaġġi jew dilettanti tal-isport. Fost dawn il-mumenti, nirrimarkaw id-daħla pjuttost stil karate ta' Nigel De Jong fuq Xabi Alonso, fejn dakinhar Webb kellu jkeċċi immedjatament lill-eks plejer ta' AC Milan, iżda b'mod sorprendenti, Webb ma kienx keċċieh. Interessanti l-kummenti tal-mara tiegħu qabel dik il-finali, fejn kienet stqarret kif id-dar, Webb mhux kapaċi jieħu ħsieb it-tfal, mentri fi grawnd tal-futbol, kien kapaċi jieħu ħsieb partiti tal-ogħla livell. Fost kontroversji oħra, insemmu meta l-eksplejer ta' Liverpool, Ryan Babel, kien tefa' ritratt fuq Twitter ta' Howard Webb imlibbes flokk ta' Manchester United, minħabba xi deċiżjonijiet li ġew favur dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn il-mumenti qatt ma tefgħuh lura u saħansitra fl-istess sena huwa kien ġie mogħti t-titlu ta' MBE li huwa, Most Excellent Order of the British Empire, unur li jiġi mogħti lil xi persuna li jkun ta kontribut validu fid-dinja tal-arti, tax- xjenza jew f 'dan il-każ, tal-isport. Barra dawk iż-żewġ finalissimi tal- 2010, Webb kien anke involut f 'żewġ edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej, finali tal-FA Cup u tal-League Cup filwaqt li bejn partiti mill-Premier League u Football League, huwa rreffja total ta' iktar minn 500 partita li raw il-bidu tagħhom fis-sena 1989, meta minn sempliċi pulizija, Webb qabad din it-triq li fetħitlu karriera ta' suċċessi għal 25 sena sħaħ. Kif dħalt fix-xena arbitrarja? Minn età żgħira kont iffisat fuq il-futbol, infatti kont narah u anke nilagħbu ħafna. Kelli l-ambizzjoni li nsir plejer professjonali, fejn anke kelli xi provi mat-tim tal-lokal, Rotherham United, u nemmen li kont plejer diċenti, imma ovvjament f 'dan l-isport trid il-fortuna biex tasal u probabbli minn dak il-lat, ma kellix. Meta rrealizzajt li m'għandhix ċans nasal, kont bejn jew nilgħab f 'livelli baxxi jew inkella nsir referì, anke peress li missieri kien referì u kien jinkoraġġini biex nagħmel dak il-pass. Għall-bidu ma kontx interessat, iżda mbagħad bdejt immur il-korsijiet u meta bdejt niltaqa' ma' persunaġġi oħra u rajt li kapaċi nagħmel karriera, hemmhekk bdejt din l-avventura ta' 25 sena. Meta x-xogħol ta' referi sar xogħlok? Bdejt nirreffja fl-1989, fejn sas-sena 2000 kont diġà qiegħed nirreffja fil- Football League. Tliet snin wara bdejt nirreffja fil-Premier League, jiġifieri bażikament domt involut 11-il sena fl-ogħla livell tal-futbol Ingliż. Bejn is- sena 2003 u 2008, ix-xogħol ta' pulizija li kont nagħmel, bdejt nagħmlu part-time minflok full-time, sakemm imbagħad naqqast drastikament il-ħin ta' pulizija għaliex kont ġejt maħtur fost ir-referis fuq il-panel tal-FIFA għall-aqwa tournaments internazzjonali. Tħares lura lejn il-karriera tiegħek, taħseb li kont ta' eżempju? Nemmen li iva. Kelli karriera fl-ogħla illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Cristian Antony Muscat Howard Webb - meqjus fost wieħed mill-aqwa referis d-dinja ta' kull żmien u żgur li l-kontribut tiegħu kien siewi ħafna għall-ġieħ tal-futbol Fost l-aqwa referis fid-dinja Sports 34 "Nistqarr li l-finali tat- Tazza tad-Dinja tal- 2010 f 'Johannesburg biddlitli ħajti" "Huwa importanti li jiżdied l-ammont ta' referis ġodda għaliex bħalissa hawn ħafna nuqqas u dan huwa ta' dannu għall-futbol mondjali''

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016