Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil IKOLLI nammetti li meta ftit tal-ġimgħat ilu ħabbart fuq din il-paġna li żgħażagħ Iraqqini se jkunu mistiedna f 'Għawdex mid-djoċesi Għawdxija, kelli impressjoni differenti ta' dawn l-Iraqqini. Stennejt żgħażagħ li joħolmu li jitilqu mill-Iraq, żgħażagħ imkissra mentalment bil-gwerra u bit-theddida tal-ISIS wara darhom speċjalment minħabba li huma Nsara. Iżda dawn iż-żgħażagħ ta' 14 u 15-il sena flimkien mal- għalliema tagħhom, mhux biss jemmnu fil-futur ta' pajjiżhom anzi qed jitgħallmu biex ikunu l-mexxejja tal- futur tal-Iraq. Huma stess stqarru li ma jridux iħallu l-pajjiż li tant iħobbu għax pajjiżhom hu sabiħ ħafna u hemm ħajja u poplu li jgħix b'mod normali. Anzi huma qed jistiednu lill-Maltin iżuru ż-żona fejn jgħixu huma li hi żona bla gwerra u mimlija żgħażagħ ferħana u kuntenti. Jgħidulna wkoll li l-Iraq mhux biss dak li l-media ġġib fuqu, għax skont il-proverbju tagħhom, 'l-aħbar il-ħażina tiekol dik it-tajba." Dawn l-istudenti ma ġewx Għawdex għall-karità u lanqas biex jaħarbu mill-gwerra. Ġew biss jiltaqgħu ma' kulturi oħrajn u jieħdu esperjenza għax jemmnu li huma l-futur ta' pajjiżhom. L-ewwel kuntatt tiegħi ma' dawn iż-żgħażagħ kien fil- kumpless tax-xiri, Arkadia fejn bħal kull żagħżugħ u żagħżugħa Maltija bdew jiġru minn dittà għall-oħra u fi spazju ta' siegħa imtlew kollha basktijiet tal-aqwa ditti li ħallsuhom minn bwiethom u mhux mogħtija minn xi karità. L-għada ltqajt magħhom fiċ-ċentru parrokkjali taż-żgħażagħ f 'Għajnsielem fejn ġew mistiedna miż-żgħażagħ Għajnselmiżi għal ikla u serata flimkien. L-ILLUM kienet mistiedna fejn tkellmet ma' wħud minnhom, u waqt l-ikla ddiskutejna ftit il-ħajja fl-Iraq, u l-mod kif tkellmu dawn iż-żgħażagħ kien ferm differenti minn dak li stennejt. "Aħna rridu nkunu l-mexxejja tal-Iraq tal-futur," qaltilna Hilda Shangula ta' 14-il sena. "Irridu nuru lill- Ewropa li aħna żgħażagħ li ngħixu ferħanin. Għandna ħajja u futur għax l-Iraq mhux biss gwerra hemm u l-media tkabbar ħafna iżjed milli hemm. Il-media ġġib biss in- negattiv u fl-Iraq hemm iżjed pożittiv," qaltilna Avesta Elias ta' 15-il sena li bħall-oħrajn tgħix fin-naħa ta' fuq tal-Iraq, meqjus bħala l-Kurdistan. Dan minkejja li ftit kilometri 'l bogħod hemm it-theddida Iżlamika. "Aħna ma naħsbux dwar l-ISIS u l-gwerra, aħna ngħixu ħajjitna. Fejn ingawdu bħaż- żgħażagħ l-oħra ta' madwar id-dinja, bid-discos u ċinema u bil-ferħ kollu li ġġib iż- żgħożija," qaltilna Angel Sabbagh ta' 15-il sena. Meta staqsejthom jekk qattx raw l-armata tal-estremisti Iżlamiċi qalulna li huma qatt ma ltaqgħu ma' dawn it- terroristi, iżda ma jibżgħux minnhom, "Id-daesh (kelma oħra li tirreferi għall-Istat Iżlamiku li l-ISIS ma jiħdux gost biha) għandhom is-saħħa tal-armi, iżda aħna għandna s-saħħa tal-fidi li hi aktar qawwija," qalet Avesta. "L-armi tagħna li qed nużaw biex aktar nies jaraw li l-Kristjaneżmu hi r-reliġjon it-tajba hi bl-azzjonijiet tajba u kif naġixxu, għax l-azzjoni hi aktar qawwija mill-kliem," qalet Angel li b'dan id-diskors komplew juru l-qawwa tagħhom tal-fidi Kristjana f 'pajjiż Musulman. Fil-fatt, sa ftit snin ilu fl- Iraq kien hemm 1.6 miljun Kristjan, imma llum hemm biss 200,000 persuna li kważi kollha jgħixu fit-tramuntana tal-pajjiż għalkemm hemm komunitajiet żgħar f 'Baghdad u anke fin-naħa t'isfel tal-Iraq. Dawn iż- żgħażagħ skantawni bil-pożittività tagħhom fejn taw stampa ferm differenti minn dak li naraw fuq il-media internazzjonali tal- Iraq. "Erbil u Ankawa hu aktar sikur minn Washington. Nixtiqukom li tiġu pajjiżna u taraw xi ġmiel għandna u tkunu tafu aktar dwar l-Iraq u l-Iraqqini li mhux żona ta' gwerra biss," qaltilna waħda mill-għalliema, Carolen Kossa ta' 26 sena. "Aħna ma ġejnix Għawdex biex nibqgħu hawn jew biex naħarbu minn pajjiżna iżda biex nieħdu esperjenza ġdida. Aħna nħobbuh pajjiżna u rridu nibqgħu hemm u qed nistudjaw biex inkunu l-mexxejja tal-futur biex nibdlu l-mentalità tal-poplu li meta jaraw kif naħsbuha aħna, il-poplu stess jagħżel ħajja aħjar għal pajjiżna," kompliet iċ-ċkejkna Avesta li bil-beritta fuq rasha kienet l-aktar waħda vivaċi u lesta biex twassal messaġġ pożittiv mill-Iraq. Dawn l-istudenti ġejjin mill-iskola Internazzjonali Mar-Qardakh, li hi skola Kattolika li l-istudenti tagħha jħallsu biex jattendu għaliha u tibbaża l-istudji tagħha fuq il-pożittività u t-taħriġ bħala mexxejja futuri. "Kull student u studenta qed jaħdem u jitgħallem biex joħloq proġett personali biex ngħinu lill-poplu tagħna jkun aktar ferħan. Li nkunu kapaċi nwasslu diskorsi li jgħinu lill-poplu tagħna jaħdem għal futur sabiħ. Inwasslu l-messaġġ li l-mara fl-Iraq trid taħdem għal karriera wkoll u mhux biss biex trabbi l-familja. Il-mara għandha post għoli fis-soċjetà," kompliet Avesta li qaltli wkoll li l-ħolma tagħha hi li xi darba tkun uffiċjal tal-pulizija. Mistoqsijin x'inhuma l-ħolm tagħhom għall-futur, qalulna li hemm minnhom li jixtiequ jsiru spiżjara u anke interior designers, b'Angel tgħid li għadha żgħira u għadha qed tfittex fejn se tpoġġi rasha eżatt għall-futur tagħha. Sana Kurda li hi għalliema oħra ta' 27 sena qaltilna li f 'Erbil hemm 80% tan-nisa li jaħdmu, u dan il-fatt, il- punent għadu ma jafux, "għax dawn l-aħbarijiet ma jaslu qatt. L-iskola li fiha jattendu madwar 500 student qed taħdem biex ikollha soċjetà illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Għawdex 14 Iraqqini f'Għawdex ixerrdu messaġġ ta' tama u ħajja -Iraq 'L-ISIS għandhom is-saħħa tal-armi, imma Iż-żgħażagħ Iraqqini jiltaqgħu mal-President ta' Malta Martin Niqola (għalliem ta' 26 sena) Hilda Shangula(14- il sena) u Avesta Elias (15-il sena)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016