Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549
illum Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Sports 28 'Beħsiebni nkompli naħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-partitarji ta' Juventus f 'Malta' PERSUNA li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena tal-futbol lokali iżda b'laqta internazzjonali huwa l-President tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta, Joseph Fenech. Tul l-aħħar sentejn kemm ilu fit-tmun ta' dan il-klabb, Fenech bħal donnu għamel il-mirakli, hekk kif fost ħafna xogħol siewi ieħor, mal- ewwel sena tiegħu bħala President ta' dan il-klabb, irnexxielu jirbaħ l-unur tal-akbar klabb tal-partitarji ta' Juventus li jinsab barra mill- Italja, waqt li rnexxielu jġib f 'Malta eksplejers ta' Juventus ta' fama u klassi mondjali li jġibu l-isem ta' Birindelli, Davids, Trezeguet u Ferrara, flimkien mal-eks-Direttur Sportiv ta' Juventus, Luciano Moggi, li Joseph Fenech għandu rabta mill- qrib miegħu u li jgħożżha ħafna. Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt personali mal-istess Joseph Fenech, fejn tana rendikont dettaljat tal-ħidma tiegħu u ta' sħabu l-membti tal-kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta tul l-aħħar sentejn kemm ilu President ta' dan il-klabb, kif ukoll kif qed iħares lejn il-futur tiegħu bħala President tal- istess klabb li hu tant għal qalb l-eluf ta' partitarji ta' Juventus f 'pajjiżna. Huwa afferma li, "Wasalna fi tmiem staġun ieħor, staġun rikk u mżewwaq b'attivitajiet li ċertament għamlu unur lill-klabb tagħna. Naħseb li hu xieraq li f 'dan il- messaġġ tiegħi nagħti titwila lejn ix-xogħol kollu li sar għalikom il-membri minni bħala President u minn sħabi tal-kumitat speċjalment issa li l-Kumitat wasal fi tmiem is- sentejn li għalihom ġie maħtur. Qabel xejn, għat-tieni sena kellna l-unur u x-xorti li nilqgħu fostna l-eksplejer Juventin, David Trezeguet. B'kollox fl-aħħar sentejn kellna erba' plejers tal-era Lippi: Birindelli, Davids, Trezeguet u Ferrara. Magħhom kellna anke lil Luciano Moggi, illum ħabib tal- Klabb, u persuna li qed tgħinna sew biex nibnu kuntatti iktar qawwija ma' Turin. Ngħożż ħafna l-ħbiberija li jien personali u l-klabb tagħna għandu ma' Moggi. Komplejna sebbaħna l-bini tal- klabb matul is-sena, b'ħidma bla waqfien biex il-klabb tagħna jibqa' l-isbaħ wieħed f 'Malta. Komplejna nbigħu l-biljetti tal-partiti ta' Juventus 'at face value' u ħdimna qatigħ biex il-membri tagħna jkollhom l-aqwa servizz possibbli. U issa għadna anke kif nedejna l-kampanja tesseramenti 2016/17 bl-aqwa offerta fix-xena lokali. Ir-riżultati qegħdin hemm biex jitkellmu għalina. Kienu sentejn tal-ġenn b'ħidma intensiva imma li ħalliet il-frott mistenni. Grazzi kbira tmur lill-isponsors li għenuna nilħqu dawn il-miri, u grazzi kbira lill- membri tal-klabb li mhux biss baqgħu jsegwuna, imma żdiedu sew fin-numru. Biżżejjed ngħidu li n-numru ta' membri f 'dawn is- sentejn ittriplika u llum qed imiss l-elf membru. Nagħlaq billi minn qalbi nirringrazzja lil sħabi tal-kumitat. Ir-riżultati miksuba f 'dawn is- sentejn ma setgħu qatt jintlaħqu li kieku ma kienx hemm tim magħqud fejn kulħadd ħadem id f 'id għall-ġid tal-membri. Jalla dan l-ispirtu jibqa' jirrenja anki fis- snin li ġejjin," temm jgħid Joseph Fenech. Il-President tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta, Joseph Fenech Hamilton jirbaħ pole position drammatika -Awstrija F'DIK li tista' tiġi meqjusa bħala pole- position drammatika minħabba diversi affarjiet rimarkabbli li kkaratterizzawha, kien is-sewwieq Ingliż Lewis Hamilton, li ħareġ rebbieħ biex illum se jkun qed jibda mill-ewwel post fir-Red Bull Ring, għall-GP tal- Awstrija. It-tieni sewwieq l-aktar veloċi kien Nico Rosberg, madankollu huwa ngħata penalità ta' ħames postijiet, u għalhekk illum se jkun qed jibda mis-seba' post. L-istess jgħodd għas- sewwieq Ġermaniż ta' Ferrari, Sebastian Vettel, li għalkemm ilbieraħ temm fir-raba' post, illum se jkun qed jibda biss mid-disa' post tal-gradwatorja. Dan ifisser li Nico Hulkenburg, illum se jkun qed jibda mill-pożizzjoni ferm rispettabbli tat-tieni post, waqt li s-sewwieq ta' McLaren, Jenson Button, se jkun qed jibda mit-tielet post. Is-sewwieq Finlandiż, ta' Ferrari, Kimi Raikkonen, temm fil-ħames post, fejn kiseb ħin aħjar mis- sewwieq ta' Red Bull, Daniel Ricciardo, is-sewwieq ta' Williams, Valtteri Bottas, is-sewwieq ta' Red Bull, Max Verstappen u dak ta' Williams, Felipe Massa, li temmew ftit warajh. Poż. Sewwieq Tim 1 Lewis Hamilton MERCEDES 2 Nico Rosberg MERCEDES 3 Nico Hulkenberg FORCE INDIA MERCEDES 4 Sebastian Vettel FERRARI 5 Jenson Button MCLAREN HONDA 6 Kimi Räikkönen FERRARI 7 Daniel Ricciardo RED BULL RACING TAG HEUER 8 Valtteri Bottas WILLIAMS MERCEDES 9 Max Verstappen RED BULL RACING TAG HEUER 10 Felipe Massa WILLIAMS MERCEDES 11 Esteban Gutierrez HAAS FERRARI 12 Pascal Wehrlein MRT MERCEDES 13 Romain Grosjean HAAS FERRARI 14 Fernando Alonso MCLAREN HONDA 15 Carlos Sainz TORO ROSSO FERRARI 16 Sergio Perez FORCE INDIA MERCEDES 17 Kevin Magnussen RENAULT 18 Jolyon Palmer RENAULT 19 Rio Haryanto MRT MERCEDES 20 Daniil Kvyat TORO ROSSO FERRARI 21 Marcus Ericsson SAUBER FERRARI 22 Felipe Nasr SAUBER FERRARI Lewis Hamilton -azzjoni waqt il-pole-position tal-bieraħ r-Red Bull Ring -Awstrija