Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum SPORTSillum 27 L-Iżlanda l-kwarti tal- nali u Malta nibqgħu l-art MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT SA ftit tas-snin ilu, il-futbol fl-Iżlanda kien l-iktar magħruf għall-modi strambi ta' kif il-plejers tat-tim mill-istess pajjiż Stjarnan FC kienu jiċċelebraw wara li jiskorjaw, bil-filmati ta' dawn jilħqu l-mijuni ta' persuni li jarawhom fuq YouTube. F'dawn il-filmati kien jidher ġellied li jkun dak il-plejer li jkun għadu kif skorja li taparsi jagħti daqqiet ta' ponn lil sħabu l-plejers li ftit wara jaqgħu mal-art wieħed wara l-ieħor. Madankollu 'il bogħod minn dan, m'hemmx dubju li l-uffiċjali tal-futbol fl-Iżlanda kienu qed jieħdu l-affarijiet b'mod mill-iktar serju, fejn ħadmu qatigħ biex jgħollu l-istandards tal-futbol f 'dan il-pajjiż ċkejken. Ir-riżultati ta' dan kollu ġew riflessi fil-wirjiet u r-riżultati riċenti tat-tim nazzjonali Iżlandiż waqt il-kompetizzjoni tal-Euro 2016, fejn b'mod mill-iktar sorprendenti u rimarkabbli, irexxielhom jiksbu post fil- kwarti tal-finali, fejn illum se jkunu qed jaffrontaw lil Franza, wara li fost l-oħrajn irnexxielhom jeliminaw lill-Ingilterra, biex b'hekk bħalissa jistgħu jqisu ruħhom mal-aqwa tmien pajjiżi Ewropej fl-isfera tal-futbol internazzjonali. Biex l-Iżlanda rnexxielha tasal sa fejn waslet illum, tajjeb wieħed iżomm f 'moħħu diversi affarijiet, fost oħrajn l-investiment enormi li din għamlet fil-livell tal- 'grassroots' u tal-edukazzjoni tal-kowċis. Fil-livell tal- 'youths', il-Federazzjoni Iżlandiża tal-Futbol, il-KSI, poġġiet enfażi fuq logħbiet li fihom ikunu nvoluti inqas plejers biex titjieb it-teknika waqt li kien hemm ukoll sforz biex jiżdied in-numru ta' kowċis lokali li jippossjedu kwalifikazzjonijiet tal-UEFA. Barra minn hekk, il-KSI għamlet żgur li tinkludi timijiet f 'kompetizzjonijiet ta' età ristretti kemm fil-futbol tal-irġiel kif ukoll fil-futbol tan-nisa biex b'hekk plejers iżgħar jingħataw iktar spazju li jilagħbu futbol kompetittiv. Barra minn hekk, xejn inqas min 90 plejer Iżlandiż jilagħbu l-futbol tagħhom fl-aqwa Kampjonati madwar l-Ewropa. U la qed insemmu l-eżempju impressjonanti tal-Iżlanda, ma nistgħux ma nagħmlux referenza għat- tim nazzjonali Malti li lkoll niftakru li ftit tas-snin ilu l-istess tim nazzjonali kien jegħleb lill-Iżlanda f 'logħbiet ta' ħbiberija li kienu jsiru bħala parti mir-'Rothmans Tournament' f 'pajjiżna. Iżda minn dak iż-żmien 'l hawn, ilkoll nafu kif l-istorja nqalbet ta' taħt fuq, fejn l-Iżlanda għamlu avvanzi enormi waqt li t-tim nazzjonali għalkemm għamel diversi avvanzi baqa' jitlef kontra bosta timijiet nazzjonali oħra. Madankollu, ma nistgħux ma nirrimarkawx l-avvanzi kbar li saru fil-futbol Malti grazzi għall-amministarzzjoni preżenti mmexxija fost oħrajn mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo. Biżżejjed wieħed ikun fuq ajruplan u jagħti ħarsa lejn Malta fejn jara numru kbir ta' grawnds bil-ħaxix naturali u artifiċjali li saru mill- amministrazzjoni preżenti tal-MFA li jemmnu bis-sħiħ li biex il-futbol Malti jimxi 'l quddiem irid isir investiment kbir fil-klabbs kif fil-fatt qed isir. Però sfortunatament għadna ma lħaqniex il-livelli tal-Iżlanda, anzi għadna mili 'l bogħod. Min jaf x'se jsir fil- futur? Tgħid se jirnexxielna nilħqu l-livelli tal-Iżlanda? Nistennew u naraw! Plejers tal-Iżlanda jiċċelebraw biil-kbir wara li rnexxielhom jiksbu post l-kwarti nali ta' Euro 2016

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016