Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Opinjoni 20 Sport u Ħooliganiżmu Brexit: Vi jew va għall-Britannja Ħ afna entużjasti tal-futbol kienu qed jibżgħu li l-logħbiet tal-Euro 2016 fl-istadji ta' Franza se jkunu assoċjati mat-terroristi Iżlamiċi. Imma t-theddid wasal minn bnadi oħra: piloti tal-Air France bdew strajk ta' erbat ijiem fit-tieni jum tal-Euro 2016. Franza ħadet daqqa ta' ħarta qawwija fis-settur turistiku meta l-Air France kellha tikkanċella mill-inqas 30% tat-titjiriet tagħha. Iż-żibel ma nġabarx. F'Pariġi, is-servizzi ferrovjarji waqfu wkoll u bosta dimostranti blukkaw ir-raffineriji taż-żejt. Insomma, kollox minbarra klima idonea sportiva. Biex tkompli tagħqad, il-hooligans organizzaw kunflitti vjolenti li komplew gerrxu lit-turisti sportivi. Marsilja spiċċat tinħaraq wara li l-vjolenza faqqgħet bejn hooligans Ingliżi, Franċiżi u Russi. Ristorant ingħata n-nar fit-tieni lejl ta' vjolenza u twaddbu kwantità kbira ta' fliexken. Aktar vjolenza seħħet fid-distrett tal-port il-qadim. L-Ingliżi fis-sakra, kantaw slogans kontra l-Irlandiżi, kontra l-Ġermanja u spiċċaw bl-innu nazzjonali Ingliż. Ma tridx tinsa l-hooligans Russi li fil-fatt kienu huma li qalgħu l-inkwiet u spiċċaw deportati. Eżempju ta' kif l-isport jista' jinbidel f 'arena ta' vjolenza. Il-vjolenza domestika f 'Malta Ir-reġistri tal-pulizija juru li f 'dawn l-aħħar għaxar snin ir-rapporti dwar vjolenza domestika żdiedu b'ħames darbiet. Fl-2006, il-Parlament kien għadda liġi li tinkoraġġixxi lill-vittmi biex jirrappurtaw lill- aggressur u jitolbu l-protezzjoni jew l-għajnuna. Il-liġi tal-2006 tieħu inkonsiderazzjoni kull tip ta' vjolenza bejn il-koppja, anki dik verbali jew li tħalli effetti morali. Fl-2015, għand il-Pulizija daħlu 1,293 rapport, riżultat ta' aktar sensibbiltà dwar il-problema. Tmienja minn kull għaxar vittmi huma nisa u l-akbar numru ta' każi rapportati waslu minn San Pawl il-Baħar, Birkirkara u Ħal-Qormi. Ħafna mill-każi rapportati huma każi ta' natura psikoloġika, xi ħaġa li turi l-kultura tal-maċiżmu li għadu jipprevali f 'Malta. Hemm każi fejn il-Pulizija jkaxkru saqajhom biex jintervjenu u hemm fejn mara għamlet anki erba' rapporti u ma ġara xejn sakemm qatgħet qalbha u ma baqgħetx tagħmel rapporti. F'rapport tal-Affarijiet Soċjali sottomess bħala abbozz lill- Parlament f 'nofs l-2015, xi vittmi stqarrew b'mod ċar li tilfu l-fiduċja fil-Pulizija. Kien hemm każi fejn il-Pulizija naqsu li jieħdu passi għax kellhom xi forma ta' konoxxenza mal- aggressur. Meta l-Forzi tal- Ordni jaġixxu (jew aħjar ma jaġixxux) b'dan il-mod, ikunu mhux biss qed imorru kontra l-liġi huma stess bħala kompliċi, imma jkunu qed iħottu dawk il-miżuri kollha li l-għaqdiet soċjali qed jistinkaw fuqhom biex il-vjolenza domestika tinqered. Ta' min ifakkar kemm kienet f 'lokha d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jintroduċi s-sistema koedukattiva fejn, minn età żgħira, is-subien u l-bniet jersqu psikoloġikament u emozzjonalment lejn xulxin bir- rispett li jixraq lis-sess l-ieħor. Anki d-deċiżjoni li tkun introdotta l-Etika minflok ir-Reliġjon formali fl-iskejjel tagħmel ħafna sens. Dawn huma deċiżjonijiet kuraġġjużi li jixirqu pajjiż demokratiku, Ewropew u ċivilment aġġornat. Ġurnalist Malti bi profil qawwi Il-ġurnalist Karl Schembri (eks-MaltaToday) hu wieħed fost il-ftit ġurnalisti professjonali Maltin ikkwotati minn sorsi tal-media internazzjonali bħall-BBC, CNN u The Financial Times. Qabel daħal fil-kamp ġurnalistiku, Schembri studja l-letteratura (fil-fatt hu awtur ta' bosta poeżiji), il-filosofija u s-soċjoloġija. Imxaqleb dejjem lejn il-politika tax-xellug, Karl Schembri dejjem kellu preferenza għall-emarġinati u nies li batew il-konsegwenzi ta' kunflitti mdemmija, fosthom it-tfal. Schembri għamel is-snin jopera mix-Xatt tal-Punent, mill-Ġordan u dan l-aħħar, mill-kampijiet tar-refuġjati fix-xlokk ta' Falluja bħala l-kelliem tal-organizzazzjoni umanitarja Norwegian Refugee Council. Fost id- diversi organizazzjonijiet dinjija li ħadem magħhom il-ġurnalist Malti, hemm Save the Children, waħda mill-aktar għal qalbu. Minkejja l-profil qawwi li kiseb Karl Schembri fil-kuntest internazzjonali, l-aktar fil- Medju Orjent, is-suċċess qatt ma tela' għal rasu u xogħlu għandu valur nutrizzjonali għall-professjoni medjatika. Żgur li jekk jasal biex jikteb l-awtobiografija tiegħu, Karl Schembri jkollu ħafna episodji mhux tas-soltu x'jittrasmetti. L-Ewropa tal-plrbixxiti Rapport f 'The Economist analizza kif id-demokrazija diretta permezz tal-plebixxiti jew "il-manija referendarja" qed timmarka l-mappa Ewropea. Imma mhux il-votanti kollha qed jaċċettaw il- kunċett referendarju. Pereżempju, fl-Olanda, 61% tal-votanti ċaħdu n-negozjati tal-Unjoni Ewropea mal-Ukrajna. L-Ewropa, b'danakollu, qed tara żieda fil-plebixxiti. Fl-1970 kien hemm medja ta' tlieta kull sena. Issa hemm tmienja (u dan ma jinkludix lill-Iżvizzera u l-Liechtenstein). L-Italja se jkollha referendum qabel Ottubru. Dawk favur il-plebixxiti jgħidu li dawn jistimulaw id- dibattitu imma dawk kontra, jargumentaw li l-plebixxiti jqanqlu tensjoni u kriżi ta' governanza, kif wera tant tajjeb il-Brexit. Hemm raġunijiet diversi għalxiex isir referendum. L-argument ewlieni hu l-impenn dirett taċ-ċittadini kontra l-patrunanza tal- politiċi. Fl-Irlanda sar referendum dwar iż-żwiġijiet tal-istess sess fl-2015. Ir-rabja kontra l-igvernar tradizzjonali qed tixtered ma' kullimkien. Hemm aljenazzjoni kbira mill- politika. Il-partiti politiċi 'antiki' qed jinxfu u gruppi populisti kontra l-Ewropa qed jiżdiedu għal diversi raġunijiet. Fl-Italja, l-elettorat hu mdejjaq l-aktar bil- korruzzjoni, bil-qagħad, bil-manutenzjoni tat-triqat u l-kriminalità. Id-demokrazija diretta, jikkonkludi b'mod sarkastiku The Economist, tgħodd biss għal ħwejjeġ bla siwi, bħall-European Song Contest, imma ma tistax tmexxi pajjiż bil-plebixxiti, aħseb u ara kontinent. "L-Ingliżi fis- sakra, kantaw slogans kontra l-Irlandiżi, kontra l-Ġermanja u spiċċaw bl-innu nazzjonali Ingliż" Il-Pulizija jikkonfrontaw hooligans Kroati waqt l-Euro 2016 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016