Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

LAĠENZIJA tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (il-FRA) lesta toffri lill-Ministeru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-appoġġ tagħha waqt il-Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-UE fl-ewwel nofs tal-2017, billi tipprovdilu pariri legali u dejta teknika, kif ukoll bl-organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti speċifiċi. Attività minn dawn se tkun ibbażata fuq il-preżentazzjoni tas-sejbiet ta' studju li l-FRA qed tagħmel bħalissa dwar id- detenzjoni tat-tfal immigranti. Ir-riċerka tkopri t-tfal fl- ażil, jew fi proċeduri ta' immigrazzjoni jew ta' ritorn fl-Istati Membri kollha tal-UE. Tiffoka fuq il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, u tkopri aspetti bħall-aċċess għas- servizzi tas-saħħa u tal- edukazzjoni, monitoraġġ tal- faċilitajiet tad-detenzjoni, u l-iżgurar tal-benesseri tat-tfal. Il-kollaborazzjoni bejn il-gvern Malti u l-FRA waqt il-Presidenza Maltija tal-UE, kif ukol il-kriżi tal- migrazzjoni, kienu t-temi ewlenin li ġew diskussi waqt żjara ta' kortesija li d-Direttur tal-FRA, Michael O'Flaherty, għamel lill-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, nhar il- Ġimgħa li għadda. O'Flaherty ppreżenta lill-Ministru b'dokument li jiġbor fih ir-riżultati ta' Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali li ltaqa' fi Vjenna bejn l-20 u t-23 ta' Ġunju 2016 bit-tema "Rights, Respect, Reality: the Europe of Values in Today's World." Huwa qal li dan il-forum, li fih ħadu sehem aktar minn 700 espert ewlieni minn madwar id-dinja, kien l-akbar konferenza li qatt ġiet organizzata dwar id-drittijiet fundamentali. L-eżitu tal-konferenza jinkludi madwar 100 idea prattika biex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet l-aktar urġenti tal-UE fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali. Bejn wieħed u ieħor, nofs dawn l-ideat huma, direttament jew indirettament, relatati mal-ażil u mar-refuġjati. Il-Ministru Abela iżża ħajr lill-O'Flaherty għar-rieda tiegħu li jpoġġi s-servizzi tal-FRA għad-dsipożizzjoni tal-gvern Malti waqt il- Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Huwa spjega li r-riforma li l-Gvern wettaq fis-sistema tal-akkoljenza tal-migranti u ta' dawk li qed ifittxu l-ażil f 'Malta kienet imnebbħa mhux biss minn kunsiderazzjonijiet dwar is- sigurtà nazzjonali iżda wkoll minn kunsiderazzjonijiet umanitarji. Ir-riforma inkwistjoni tinsab f 'dokument intitolat 'Strategy for the Reception of Asylum Seekers and Irregular Migrants', li ġie ffinalizzat wara konsutazzjonijiet ma' dawk kollha li għandhom interess fil-qasam, inklużi l-ONG. Id- dokument irreveda l-politika Maltija dwar id-detenzjoni kif ukoll materji oħra relatati mal- akkoljenza, inkluż it-twaqqif ta' sistema ta' ċentru tal-ewwel akkoljenza. Il-Ministru qal li, meta wieħed iqis id-diverġenzi ta' opinjonjiet fost l-Istati Membri tal-UE, mhux se tkun ħaġa ħafifa għall-Presidenza Maltija tal-UE biex twassal għal konsenus dwar ċerti proposti leġiżlattivi Ewropej li bħalissa qegħdin fuq l-aġenda bl-iskop li tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni. Filwaqt li osserva li l-UE għadha m'hix effiċjenti biżejjed fil-qasam tar-ritorn u r-riammissjoni ta' nies li jkunu fit-territorju tagħha bla permess u li ma jkunux jikkwalifikaw għal xi forma ta' protezzjoni, huwa qal li l-Komunikazzjoni li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea fis-7 ta' Ġunju dwar it-twaqqif ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni hija maħsuba biex tindirizza l-kawżi fundamentali tal- fenomenu. Għalaqstant, hija pass fid-direzzjoni t-tajba. Din il-proposta għandha tiġi implimentata flimkien mal-Pjan ta' Azzjoni li dwaru ntlaħaq qbil waqt il-Laqgħa Għolja tal-Belt Valletta dwar il-Migrazzjoni, li saret f 'Malta f 'Novembru li għadda. Il- Ministru esprima t-tħassib tiegħu għaż-żieda fl-għadd ta' mwiet ta' migranti fil- Baħar Mediterran. Skont il-UNHCR, s'issa din is-sena kienu aktar minn 2,500 dawk li tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jaqsmu l-Mediterran fi triqithom lejn l-Ewropa. Din hija żieda sinifikanti meta wieħed iqabbel mal-1,855 tal- istess perjodu s-sena l-oħra u mas-57 tas-sena ta' qabel. illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Aħbarijiet 10 Appoġġ fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil waqt il-Presidenza Maltija tal-UE Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa' mad- direttur tal-FRA Michael O'Flaherty 32 miljun vjaġġ bit-tallinja card f 'temp ta' sena F'GĦELUQ is-sena mit- tnedija tat-tallinja card fl-1 ta' Lulju 2015, Malta Public Transport ħabbret li 240,000 individwi issa għandhom tallinja card. "Matul l-ewwel sena, irreġistrajna 32 miljun vjaġġ minn passiġiera li użaw it-tallinja card," spjega Daniel Grech, Commercial Director ta' Malta Public Transport. Malta Public Transport tifhem li l-passiġġieri kienu fil-qofol tas-suċċess tat-tallinja card. Il-kumpanija identifikat dawk il-passiġġiera li vjaġġaw l-aktar matul din is-sena f 'kull kategorija: adulti, tfal, student, Għawdxin u Concession. Bħala ringrazzjoament tal- lealtà tagħhom, dawn il- ħames klijenti qed jingħataw l-opportunità li jivvjaġġaw b'xejn fuq il-karozza tal-linja għal sena sħiħa sat-30 ta' Ġunju 2017. It-tallinja card toffri mod aktar faċli biex tivjaġġa, peress li passiġiera m'għadx għandhom bżonn jipreparaw muniti biex iħallsu għal biljett għaliex issa jistgħu faċilment jużaw it-tallinja card meta jitilgħu fuq il-karozza tal-linja. Waħda mill- akbar benefiċċji fit-trasport pubbliku lokali tat-tallinja card kien bla dubbju l-fatt li l-vjaġġi qed jieħdu anqas ħin peress li m'hemmx tpartit ta' flus meta tintuża t-tallinja card. Il-klijenti li jużaw it-tallinja card awtomatikament jibbenefikaw minn capping fuq bażi ta' ġurnata, ġimgħa jew xahar. Dan ifisser li passiġiera ma jħallsux aktar minn ammont speċifiku irrispettivament tan-numru ta' vjaġġi li jsiru. Bħalissa hemm aktar minn 12,000 klijent tat- tallinja card li jilħqu il-capping ta' kull xahar, inkluż xi wħud li laħqu għamlu aktar minn 3,500 vjaġġ matul din is-sena u b'hekk frankaw aktar minn €2,000 meta mqabbel ma' kemm kienu jonqfu li kieku ħallsu għal biljett għal kull vjaġġ. Bl-introduzzjoni tat- tallinja card, MPT issa tinsab f 'pożizzjoni fejn tista' tosserva b'mod ġenerali kif in-nies jivvjaġġaw. Minn din l-informazzjoni joħorġu fatti interessanti, bħal liema kienet il-ġurnata li fiha l-aktar li vjaġġaw nies, li kienet it-30 t'Ottubru 2015, meta kien hemm aktar minn 100,000 vjaġġ li sar f 'dik il-ġurnata bit-tallinja card. Il-waqfiet l-aktar popolari, wara l-venda tal-Belt Valletta, kienu 'Kulleġġ' fl-Imsida, 'Bombi' fil-Furjana, 'Sptar' u 'L-Imsida' fl-Imsida u 'Paola' f 'Raħal Ġdid. It-tallinja card tidher li hi popolari ħafna man-nies li għalqu s-60 sena, b'75% ta' nies ta' din l-età għandhom tallinja card. It-trasport pubbliku hu essenzjali biex jipprovdi mobbiltà lin-nies li jixtiequ jivjaġġaw b'mod indipendenti. Qed naraw li l-anzjani qed jivvjaġġaw aktar ta' spiss u t-tallinja card qed tgħinnhom imorru f 'postijiet differenti sabiex jibqgħu attivi fis-soċjetà. Matul din is-sena, MPT għamlet numru ta' investiment bl-għan li jitjieb is-servizz. Daħlu 179 karozzi tal-linja ġodda fis-servizz, b'hekk il-flotta f 'Malta hi waħda mill-aktar moderni fl-Ewropa. It-tallinja app li ħarġet f 'April tagħti informazzjoni fil-ħin dwar is-servizz tat-trasport publiku.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016