Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Minn Ruben Anthony Xuereb IMMAĠINAK tkun ilek nofs siegħa miexi tlikki tlikki mwaħħal fit-traffiku, u meta fl-aħħar tasal ħdejn il-kaġun tal-problema, tara karozza antika żmagata li għanda 'l fuq minn għoxrin sena wieqfa bil-ħsara f 'nofs ta' triq. Sid il-karozza ovvjament ikun l-aktar wieħed frustrat f 'din is-sitwazzjoni kollha. Il-karozza għamlet żmienha u l-possibbiltà li din tieqaf hija ferm akbar. Kieku jaħasra bil-paga li għandu jiflaħ jixtri karozza oħra! Min riċerka li għamlet l-ILLUM , ħriġna b'eżempju prattiku li juri kif hawn Malta, jekk iżżomm karozza antika reġistrata qabel l-2009, u li llum għanda kważi 20 sena, jaqbillek aktar milli tixtri karozza użata ta' 5 snin, li ovvjament tinsab f 'kundizzjoni aħjar. Skont Transport Malta, it-taxxa tar-reġistrazzjoni tiġi kkalkulata fuq il-livell ta' emissjoni tal-vettura kkonċernata (grammi ta' CO2/kilometru) , kif iddikkjarati mill-manifattur, u skont il-valur tas-suq li jiġi provdut mingħand il-kumpanija CAP UK. Għal vettura kummerċjali, din tinħadem abbażi tal-kapaċità tal-magna, il-piż tal-vettura, l-età u l-kilometraġġ li jkollha l-magna. Allura fil-każ tal-eżempju tagħna, qed naraw li fuq din il-vettura użata ta' 5 snin li tiswa €10,000, it-taxxa tar-reġistrazzjoni hija ta' €6,000. Dan il-prezz li kważi rdoppja l-ispiża oriġinali tal-vettura u jista' jkun ta' detriment kbir, jispiċċa biex dak li jkun jaqta' qalbu jixtriha u minflok, iżomm il-karozza antika li għandu. Minimu ta' €98 differenza fil-liċenzji Jekk il-prezz totali wara t-taxxa tar-reġistrazzjoni mhux diġà ta' detriment biżżejjed, trid tissemma wkoll il-liċenzja annwali. Transport Malta informaw lil din il- gazzetta li kif kien imħabbar fil-Baġit tal-2009, id-differenza fil-prezzijiet bejn karozzi reġistrati qabel u wara l-2009 hija li l-vetturi li kienu reġistrati qabel l-2009, għandhom il- liċenzja kkalkulata skont il-kapaċità tal-magna u l-età tal-vettura, filwaqt li dawk reġistrati wara l-2009, għandhom il- liċenzja kkalkulata skont il-livell ta' emmisjoni tal-magna. B'hekk karozza ta' 5 snin b'magna Euro5 b'ċilindraġġ ta' 1900cc, u b'valur ta' emmisjonijiet ta' 185g/km, tħallas liċenzja ta' madwar €338 fis-sena (li titla' sa €762), filwaqt li għall-karozza antika ta' 20 sena, kważi bl- istess ċinlindraġġ imma ovvjament f 'kundizzjoni agħar u b'livelli għola ta' emmisjonijiet, il-liċenzja tiswa madwar €240 u sakemm tibqa' fit-triq, tiżdied biss bi ftit flus. B'din is-sitwazzjoni jidher li x-xiri ta' karozzi użati impurtati minn barra qiegħed jiġi skuraġġat u rriżervat biss għal min il-prezz ma jagħmillux differenza; żgur mhux għall-ħaddiem komuni. Il-persuna medja probabbilment tirraġuna li biex ikollna aktar karozzi effiċjenti u li jniġġsu l-arja inqas, ikun aħjar kieku l-Gvern u Transport Malta jinċentivaw ix-xiri ta' karozzi aktar moderni b'taxxi tar-reġistrazzjoni u liċenzji jiswew inqas, minflok jippremjaw l-użu ta' karozzi antiki, li jniġġżu u fi stat ħażin. Inċentivi għax-xiri ta' karozzi ġodda Transport Malta flimkien mal-Ministeru għat- Trasport u Infrastruttura, infurmaw lill-ILLUM li qed jiġu offruti inċentivi biex il- pubbliku ikun f 'pożizzjoni aħjar biex jixtri vettura ġdida li tkun aktar effiċjenti kemm fil-konsum tagħha kif ukoll fit-tniġġiż tal-arja, minflok waħda użata. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 | illum €98 inqas biex issuq karrakka Minn riċerka li għamlet l-ILLUM jirriżulta li f 'sena tħallas minimu ta' €98 inqas f 'liċenzji jekk ikollok karozza antika Id-differenza bejn karozza rreġistrata qabel u wara l-2009 Sena tal-Manifattura 1998 2011 Daqs tal-magna 1900cc 2200cc Emmissjonijiet Mhux ikkalkulati 185g/km Prezz fuq is-suq Madwar €4,000 €10,000 mill-Ingilterra fis-suq tal-vetturi użati + €6,000 reġistrazzjoni Liċenzja Annwali Madwar €240 €338 (li tista' titla' sa €762) www.mita.gov.mt Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il-web portals : Din is-sejħa għal informazzjoni tista' tiġi mniżżla b'xejn minn fuq is-sit tal-MITA : www.mita.gov.mt/r - Information System for the Active Ageing and Community Care Directorate – R081/16 Data ta' ħruġ: 28 ta' Ġunju 2016 / Data ta' għeluq: 5 t'Awwissu 2016 Kull min hu interessat f 'din is-sejħa għal informazzjoni hu mitlub jibgħat l-informazzjoni meħtieġa sal-Ġimgħa 5 t'Awwissu 2016 sa nofsinhar. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email fuq cmd.mita@gov.mt u jiġu kkwotati kemm it-titlu kif ukoll in-numru ta' referenza tas-sejħa għal informazzjoni. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QED TAGĦMEL SEJĦA GĦAL INFORMAZZJONI GĦAL: Sejħa għal INFORMAZZJONI www.gov.mt Transport Malta flimkien mal- Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura qed joffru : • Benefiċċju ta' €7,000 biex tinxtara vettura elettrika ġdida u tiskrappja l-vettura antika • Jew €4,000 biex tinxtara vettura li tkun ilha reġistrata inqas minn sentejn • Benefiċċju ta' €2,000 biex tinxtara vettura ibrida u tisk- rappja l-vettura antika aktar minn 10 snin • Benefiċċju ta' bejn €700 u €900 għall-vetturi ġodda b'emissjoni (CO2) anqas minn 130g/km u minfloka tisk- rappja vettura antika ta' aktar minn 10 snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016