Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Aħbarijiet 8 Somalu jammetti li ttraffika l-kokaina malli ħareġ mill-ħabs RAĠEL Somalu ammetta fil-Qorti li pprova jittraffika l-kokaina ġewwa Paceville nhar il-Ħadd li għadda, ftit jiem biss wara li ħareġ mill- ħabs. Abdisalan Mahamed Afrah, li għandu 30 sena ġie arrestat fil-qalba tal-lokalità wara li ġie nnutat iġib ruħu b'mod suspettuż. L-ispettur Frank Anthony Tabone għarraf lill-maġistrat Consuelo Scerri Herrera li tfittxija fuq il-persuna ta' Afrah irriżultat fis-sejbien ta' tliet pakketti ta' sustanza li mad-daqqa t'għajn tixbaħ il-kokaina. L-imputat mal-ewwel ammetta li kien beħsiebu jbigħ il-pakketti ta' nofs gramma l-wieħed għall-prezz ta' €50 kull pakkett, jew inkella €150 b'kollox. Afrah, li ma jaħdimx u li jgħix Ħal Far, ġie mixli bit-traffikar u pussess ta' kokaina f 'ċirkostanzi li jindikaw li kien beħsiebu jbigħha. L-akkużi kienu meqjusa aggravati bil-fatt li nstab inqas minn mitt metru 'l bogħod minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ. Is-Somalu kien għadu ħiereġ mill-ħabs, wara li kien għadu kemm skonta sentenza li hu ngħata fl-2014 fuq serq ta' basket. Afrah wieġeb li kien ħati tal- akkużi miġjuba kontrih. L-avukat tad-difiża Leontine Calleja, saħqet li l-ammonti li nstabu fil-pussess ta' Afrah kienu żgħar ħafna u fakkret lill-Qorti fiċ-ċirkostanzi żvantaġġjati li l-imputat kien jinsab fihom, bit-tir li jingħata piena inqas ħarxa. Il-maġistrat Scerri Herrera ħabbret li se tagħti s-sentenza fil-5 ta' Lulju. Sadanittant, Afrah se jinżamm fil-kustodja tal-awtoritajiet. Sentenza sospiża għal Belġjan li kkorrompa tfajla f 'Paceville BELĠJAN ta' 22 sena ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li kkorrompa tfajla Ġermaniża ta' 16-il sena. Quddiem il-maġistrat Monica Vella, i-ispetturi Joseph Busuttil u Trevor Micallef akkużaw lil Dimonika Kionga b' parteċipazzjoni f 'attivitajiet sesswali ma' persuna taħt l-età u b'korruzzjoni ta' minorenni, ġewwa lukanda f 'San Ġiljan nhar it-Tlieta bil-lejl. L-avukat Yanika Bugeja li dehret għall-imputat, li kien assistit minn interpretu tal-lingwa Franċiża matul is-seduta, infurmat il-Qorti li Kionga kien qiegħed iwieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Akkont tal-ammissjoni tiegħu, Kionga ngħata sentenza ta' 18-il xahar ħabs, sospiżi għal 3 snin. Brexit minn Paceville 'L-isport hu kruċjali biex ikollna pajjiż bl-aqwa kwalità tal-ħajja' - PN ŻAGĦŻUGĦ Ingliż ngħata sentenza sospiża din il-ġimgħa talli pprova jigdem uffiċjali tal-Pulizija li marru jagħtu l-ewwel għajnuna wara li qabeż għal isfel minn gallarija ta' lukanda ġewwa Paceville, waqt li kien f 'sakra ma jarax art. Callum Ross Chowdhury, ta' 18-il sena, ġie arrestat kmieni t-Tnejn filgħodu u tressaq il-Qorti quddiem il- maġistrat Joe Mifsud l-għada. Chowdhury ġie mixli li hedded u li kkawża ġrieħi ħfief lill-Pulizija, li m'obdiex ordnijiet leġittimi tagħhom, kiser il-paċi pubblika u li għamel ħsara volontarja lil proprjetà privata. It-turist żagħżugħ li kellu jitlaq minn Malta nhar is-Sibt, hu mifhum li qabeż minn gallarija ta' lukanda għal fuq tinda ta' klabb populari. L-ispettur Nikolai Sant spjega lil maġistrat kif, wara li żewġ pulizija li kienu fil-viċinanzi, marru jaraw kelux bżonn l-għajnuna, l-imputat għamel għalihom, u saħansitra pprova jigdimhom. Il-maġistrat ċanfar liż- żagħżugħ, u wissieh biex jixrob bil-galbu. La kien f 'Malta, kellu jobdi l-liġijiet Maltin, qal il-maġistrat. L-avukat Victor Bugeja informa l-Qorti li l-imputat kien qiegħed jammetti l-akkużi. Chowdhury ngħata piena ta' 6 xhur priġunerija, sospiżi għal sena, flimkien ma' multa ta' €800 li se jkun qed iħallas bin-nifs. "LISPORT huwa ingredjent importanti mir- riċetta ta' identità, inklużjoni u stil tal-ħajja b'saħħtu li hu fil-qalba tal- viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall- ġejjieni ta' pajjiż li jkollu l-aqwa kwalità tal-ħajja possibbli." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt il-ftuħ tal-wirja ta' memorabilja tal-isports fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f 'Tal-Pietà lbieraħ filgħaxija. Simon Busuttil irringrazzja lill- assoċjazzjonijiet sportivi kollha li pprovdew dawn il-memorabilia, kif ukoll lill- individwi li ħarġu t-tifkiriet għeżież għalihom mill- kollezzjonijiet tagħhom biex jingħaqdu flimkien. Simon Busuttil qal li l-isport hu magħmul mill- isportivi li taw u jagħtu kontribut lill-isport Malti u allura huma parti mill-binja tal- identità Maltija. Hu sostna li l-wirja bil-ħafna esebiti fiha turi kemm hawn interess fi sport Malti u barrani, ħafna minnu Ewropew. Simon Busuttil irringrazzja wkoll lil TimSportPN li jaħdem mhux biss biex jorganizza dawn it-tip ta' wirjiet u konferenzi nazzjonali, iżda jaħdem ukoll fit-tfassil tal-politiki dwar l-isport. Simon Busuttil flimkien mat-tiratur Malti William Chetcuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016