Illum previous editions

illum 3 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/699549

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta Lulju 2016 Aħbarijiet 6 'Co-ed falliment kbir. Raġel m'għandu qatt jgħallem bniet' Il-ġenituri u l-istudenti kuntenti bil-koedukazzjoni...l-għalliema għandhom id-dubji Minn Veronica Lynn Mizzi MADWAR sentejn ilu, ġiet introdotta s-sistema tal-koedukazzjoni f 'diversi skejjel sekondarji tal-istat, u minkejja li kien hemm xi oppożizzjoni, u wħud li ġabu argumenti daqslikieku se tintemm id-dinja, din is-sistema daħlet u bil-mod il-mod qed tindara. Minkejja din l-oppożizzjoni, ir-realtà f 'pajjiżna hi li f 'diversi skejjel indipendenti, il- koedukazzjoni kienet ilha teżisti għal diversi snin u anke deċenji sħaħ. Fil-fatt, wara sentejn li bdiet titħaddem din is- sistema edukattiva, b'mod ġenerali jidher li l-istudenti u anke l-ġenituri kellhom reazzjonijiet pożittivi għal dan it-tip ta' tagħlim. Fil- fatt, minn rapport imħejji mill-Prof. Mark Borg u Maria Ciappara għall- Ministeru tal-Edukazzjoni jidher kif maġġoranza assoluta tal-istudenti u l-ġenituri tagħhom huma kuntenti bl-esperjenza tal- koedukazzjoni tagħhom. Ir-reazzjoni tal-għalliema tal-istat li għallmu f 'dawn il-livelli, kellhom ir-riżervi tagħhom dwar diversi kwistjonijiet li jirrigwardaw il-koedukazzjoni, b'għalliem partikolari f 'dan l-istudju ġie kkwotat jgħid li l-koedukazzjoni "hi falliment kbir," u r-raġuni għal dan tkun li "raġel m'għandu qatt jgħallem bniet għax tidħol f 'ħafna inkwiet." Dan minkejja li s-sitwazzjoni ta' għalliema rġiel fi skejjel ta' bi bniet bniet biss, ilha teżisti għal snin u snin twal, ferm qabel ma ddaħħlet is-sistema tal-koedukazzjoni. L-istudju sar f 'April ta' din is-sena sabiex 2,068 student, 577 għalliem u 1,681 ġenitur jesprimu ruħhom dwar l-esperjenza tagħhom fir-realtà l-ġdida tagħhom tal-koedukazzjoni. Dan mhux l-ewwel studju tat-tip tiegħu, għaliex f 'dawn l-aħħar sentejn saru studju kull sena dwar l-istess suġġett. 'Bil-koedukazzjoni żdiedu l-isfidi' Dan l-istudju jikxef kif l-attitudni tal-għalliema tvarja xi ftit mir-rispons pożittiv immens li tkellmu bih l-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Mill-577 għalliem li ħadu sehem f 'dan l-istudju minn diversi kulleġġi madwar Malta u Għawdex, li maġġoranza tagħhom ilhom jgħallmu klassijiet tal-koedukazzjoni għal sentejn, ħareġ kif b'mod ġenerali, 46.4% tagħhom iħossu li l-introduzzjoni tal-koedukazzjoni m'għamlet l-ebda differenza. Fl-istess waqt, persentaġġi ferm inqas minn hekk juru lill-għalliema jaraw il-koedukazzjoni bħala għodda li għenet lill-istudenti jiggwadanjaw (27.4%) jew lill- istudenti jitilfu (23.6%). Minkejja dan kollu, il- maġġoranza assoluta tagħhom sostnew li issa draw jgħallmu fis-sistema tal-koedukazzjoni jew inkella ma rawx li għamlitilhom differenza fit- tagħlim tagħhom. L-għalliema mistoqsija kellhom iwieġbu għal sett domandi dwar l-esperjenza tagħhom meta mqabbla ma' snin imgħoddija ta' qabel ma daħlet il-koedukazzjoni. Hemmhekk, minn sett ta' possibbiltajiet, l-aktar li ħassew li kienet reali kienet li għall-għalliema, l-isfidi żdiedu, b'60% ikħossu li din hija realtà fil-klassijiet tagħhom. Għalkemm l-għalliema sostnew dan, dawn kienu maqsuma meta wieġbu dwar ir-rispett li għandhom lejhom l-istudenti, b'persentaġġ ugwali ta' 38.2% jgħidu li huwa minnu li r-rispett naqas, u n-nofs l-ieħor jgħidu li mhux vera. Punt ieħor li tqajjem minn dan l-istudju huwa kif meta mqabbel ma' snin preċedenti ta' tagħlim co-ed, 39% stqarrew li issa huma jinsabu iktar kuntenti fil-klassi tagħhom. 'Hemm bżonn ta' iktar sapport fid-dixxiplina fil- klassi' Mistoqsija partikolari li saret lill-għalliema f 'dan l-istħarriġ, "Ma jistax ikun li s-sistema dejjem tinbidel għad- detriment tal- għalliema u l-istudenti jiġu trattati bħala guinea pigs" 46.4% tal-għalliema jħossu li l-koedukazzjoni ma għamlet l-ebda differenza - Għalliem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 July 2016