Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 512 • 07 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva ma' Julian Pace Bonello Ara paġni 34 u 35 'Jaħasra, ma jafux x'qed jgħidu' • Bundy jiċħad b'qawwa li kien imwiegħed xi ħaġa minn Muscat • Il-PN ma jgħid xejn dwar il-ħatra wara li kien offrielu t-tmexxija ta' NET TV minn Albert Gauci Cunningham FTIT sigħat qabel jidħol fil-bini tal-PBS bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid għada, mal- ILLUM John Bundy huwa riżolut li jiċħad bil-qawwa kollha kull tip ta' akkuża li kien imwiegħed il-pożizzjoni li għadu kif inħatar fiha, minn qabel l-elezzjoni li għaddiet. Meta mistoqsi minn din il-gazzetta jekk il-ħatra tiegħu kinitx wegħda Laburista lilu personali minn Joseph Muscat, Bundy wieġeb hekk: "Jaħasra, jaħasra u jaħasra. Dawk li qed jgħidu hekk verament ma jafux x'inhuma jgħidu." Mal-ILLUM, Bundy jisħaq li hu qatt ma talab pjaċiri. "Jien qatt ma tlabt xejn mingħand ħadd. Kulħadd jaf kif tajt sehemi f 'dan il-qasam, imma jien bibien ta' ħadd, qatt ma ħabbat." Intant il-Partit Nazzjonalista, li tiegħu Bundy kien impjegat għal bosta snin u li kien ipproġettah bħala l-wiċċ tal- attivitajiet tal-massa tal-PN fl- elezzjonijiet tal-1996 u l-1998, ma xtaqx jgħaddi kummenti dwar il-ħatra ta' eks impjegat tiegħu f 'waħda mill-ogħla karigi fix-xandir nazzjonali. 'Qed ngħajjex lil uliedi kif nista' f 'żewġ toqbiet' minn Albert Gauci Cunningham OMM ta' erbat itfal għexet, jew pruvat tgħix, għal snin sħaħ f 'dar ikkundannata bis-saqaf se jaqa' u ma jaqax fuq rasha u ras uliedha. Il- post kellu żewġt ikmamar, mingħajr aċċess għall-aktar affarijiet baziċi, lanqas provvista ta' elettriku. Illum tgħix fi tlett ikmamar, mingħajr kamra tal-banju, mingħajr sink tal-kċina fejn taħsel il-platti, u biex tiekol u tmantni lil uliedha tiddependi fuq oħtha u l-ġenerożità ta' dawk li jafu f 'liema sitwazzjoni qiegħda tgħix. Din hija biss parti mill- miżerja li tinsab fiha Joanne* li emozzjonata, għalkemm xi ftit imbarazzata wkoll, titkellem mal-ILLUM dwar kif spiċċat bla saqaf fuq rasha hekk kif qed tkun kostretta tgħix fi tliet kmamar ġo maħżen mingħajr lanqas biss id-diċenza u l-privatezza ta' kamra tal-banju. "Kellhom iwaħħluli toilet temporanju biex naqdu l-bżonnijiet tagħna fih. U dan wara li kont inħallas €180 kull xahar biex ngħix f 'post ikkundannat b'żewġt ikmamar, sakemm kellna nitilqu għax is-saqaf tal-appartment ta' ħdejna ġġarraf." Tkompli f 'paġna 9 Tkompli f 'paġna 8 Deborah tagħti ftit nifs lil tal-gabbani Ara paġni 10 u 11 Aqra storja f 'paġna 3 Il-Festi: Reliġjon jew xalar biss?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016