Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
illum Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Sports 30 Ian Fenech u Sacha James jirbħu t-Tiġrija tas-Siegħa 2016 NHAR is-Sibt 30 ta' Lulju 2016, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, organizzat l-attività Autocross Endurance Race 2016 li ssir darba fis-sena. Din hija tiġrija li ssir mis-sezzjoni Autocross u għaliha rreġistraw tmien timijiet b'16-il sewwieq fejn għall- ħabta tad-9pm, il-korsa ta' Ta' Qali nbidlet taħt id-dawl artifiċjali u saru l-preparamenti meħtieġa biex tibda din it-tiġrija ta' siegħa sewqan bil-karozzi Autocross. Diversi uffiċjali tal- Malta Records li kienu fuq il-post segwew bir-reqqa r-regolamenti kollha ta' din it-tiġrija sakemm kollox kien kjarifikat u ngħata l-'Go Ahead' biex tkun tista' tibda din it-tiġrija li għaliha kkompetew sitt karozzi li magħhom ħadu sehem 12- il kompetitur. Fuq l-istarting line rajna lil Angelo Galea u Dexter Bianco fuq Peugeot 106, Quin Camilleri u Rodner Bianco fuq Peugeot 106, Katrina Zammit u Steve Micallef fuq Renault 5, Ian Fenech u Sacha James fuq Citroen AX, Carlo Mifsud u Darren Magro fuq Ford Fiesta u Brandon Lee Vassallo flimkien ma' Dennis Vassallo fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta' din it-tiġrija rajna diversi tattiċi, hekk kif kull tim kellu jaddatta għal din it-tiġrija. Min beda bil-mod biex jibża' għall-karozza u min beda b'saħħtu mill-ewwel. Fost dawk li bdew jirrankaw fuq quddiem, kien hemm Ian Fenech flimkien ma' Sacha James, segwiti minn Mifsud u Magro fuq Ford Fiesta. Dawn dejjem żammew posthom sal- aħħar bit-timijiet tagħhom jieħdu ħsieb dak kollu li jkollhom bżonn matul dik is-siegħa tat-tiġrija. Ir-riżultat finali spiċċa bit-tim kompost minn Ian Fenech u Sacha James jirbaħ din l-attività għall- ewwel darba, fejn matul is- siegħa rnexxielu jirreġistra 87 dawra, għalkemm b'dan ir-riżultat ma rnexxielux jissupera r-rekord tas- sena 2014 li kien dak ta' 89 dawra. Dan kien segwit mit-tim Mifsud u Magro fuq Ford Fiesta li għalaq is-siegħa b'86 dawra filwaqt li t-tielet post intrebaħ mit-tim ta' Katrina Zammit u Steve Micallef fuq Renault 5 li rreġistra 70 dawra. Fir- raba' post spiċċa t-tim Brandon Lee Vassallo u Dennis Vassallo li minkejja l-problemi lejn l-aħħar tat-tiġrija spiċċa biex għamel 64 dawra. Fil-ħames post daħal it- tim ta' Quin Camilleri u Rodner Bianco li rnexxielu jagħmel 23 dawra filwaqt li fis-sit post spiċċa t-tim kompost minn Angelo Galea u Dexter Bianco bi 19-il dawra. Dawn l-aħħar żewġ timijiet spiċċaw jirtiraw kmieni mit-tiġrija minħabba ħsara teknika fil-magna. Intant, l-ASMK, ħabbret li għat-tielet darba fl-istorja se tkun qed torganizza l-attività f 'Għawdex bis-sezzjoni Autocross fejn għall- ewwel darba, se tkun qed tiġi organizzata fil-Korsa taż-Żwiemel fin-Nadur, Għawdex. L-attività se ssir nhar il-Ħadd 11 ta' Settembru li ġej, u bħalma ġara fis-snin preċedenti, din l-attività se tkun qed isir b'risq il-Fondazzjoni Arka. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-ASMK, www. asmk.org.mt. It-tim rebbieħ kompost minn Ian Fenech u Sacha James fuq Citroen AX, ippreżentat bit-Trofew tar-Rebħ tat- Tiġrija tas-Siegħa 2016 Ritratt: Mario Micallef Keith Galea jkompli jimpressjona IĊ-CHAMPION tat- Triathlon ta' Malta, Keith Galea, kompla jimpressjona hekk kif ftit tal-jiem ilu, reġa' ħareġ rebbieħ fit-tieni tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series li saret ġewwa s-Salina, waqt li ftit tal-jiem wara, irnexxielu jirbaħ l-Aquathlon li ġiet organizzata mill-klabb ta' St Patrick's AC għat-tielet darba konsekuttiva. Grazzi għar-rebħa tiegħu fil- Birkirkara St Joseph Triathlon Series, Galea kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-klassifika ġenerali biex issa qiegħed iktar viċin li jirbaħ it-titlu finali għad-disa' darba fil-karriera tiegħu. Kien Stanislav Vaipans, triatleta mil-Latvja li ħareġ l-ewwel mill-ilma wara għawma ta' 750 metru f 'ħin ta' 10.09 minuti. Huwa kien segwit minn erba' triatleti li huma kollha ta' Birkirkara St Joseph u fosthom kien hemm Keith Galea. Galea mar fuq quddiem fl-ewwel dawra tar-rota. Grazzi għal rota tajba ħafna fejn irnexxielu jagħmel l-aqwa ħin tal-ġurnata ta' 30.19 fuq distanza ta' 20km biex kabbar il-vantaġġ tiegħu. Konxju mill-fatt li kien b'ċans tajjeb li jagħmel ir-rekord tal- korsa, huwa kompla jistinka anke fil-ġirja ta' 5km. Kienet sħana kbira waqt il-ġirja, imma huwa xorta waħda rnexxielu fl- għan tiegħu għax rebaħ din it-tellieqa b'ħin rekord ta 1.00.31, żewġ minuti aħjar mill- aħħar tellieqa li kienet saret f 'Ġunju li għadda. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM wara din ir-rebħa, Keith Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu. Huwa kompla li jinsab kuntent bil-ħin li rnexxielu jiskeb għax bħalissa ma jinsabx fl-aqwa forma tiegħu, u allura jinsab kunfidenti li jista' jagħmel ħin aħjar darb'oħra. Huwa qed jaspira li jilħaq l-aqwa forma tiegħu fix-xhur ta' Settembru u Ottubru, fejn għandu tlielaq importanti ħafna kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Intant, Keith Galea, rebaħ ukoll l-aquathlon li saret ftit tal-jiem wara ġewwa Marsaxlokk li kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 2.5km, għawma ta' kilometru u ġirja oħra ta' 2.5km. It-tellieqa kienet waħda eċitanti ħafna, hekk kif tliet atleti daħlu flimkien fl-ewwel transizzjoni. Kien Mark Herrera li daħal l-ewwel fl-ewwel transizzjoni f 'ħin ta' 8.04 minuti. Eżatt wara daħlu Keith Galea u Shaun Galea. Kien fis-sezzjoni tal-għawm fejn Keith Galea assigura r-rebħa hekk kif niżel fl ilma u mar mill-ewwel fuq quddiem. Shaun Galea pprova kemm jista' jżomm mal-pass ta' Keith imma fit-tieni nofs tat-tellieqa, Keith Galea, żied il-pass tiegħu biex irnexxielu jiftaħ distakk tajjeb. Huwa rreġistra l-aqwa ħin fl-għawma ta' 15.49 minuti biex daħal l-ewwel fit-tieni u l-aħħar transizzjoni b'vantaġġ tajjeb fuq Shaun Galea. Fit-tieni ġirja, Keith Galea, amministra l-vantaġġ tiegħu biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin rekord tal-korsa ta' 33.37 minuti. Fit-tieni post, spiċċa Shaun Galea, u fit-tielet post spiċċa Omar Said. Mark Herrera spiċċa fir-raba' post u b'sorpriża minħabba li għadu jibda jipprattika dan l-isport, fil-ħames post u l-ewwel fil- kategorija Under 23, spiċċa l-atleta żagħżugħ, Bernard Sant. Ikkuntattjat minn din il- gazzetta wara din l-Aquathlon, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu speċjalment fl-għawma fejn bena l-vantaġġ li tagħtu r-rebħa. Kienet tellieqa diffiċli minħabba l-isfida denja ta' Shaun Galea u Mark Herrera, imma grazzi għall-esperjenza tiegħu, huwa qassam saħħtu sew biex jirbaħ din it-tellieqa b'ħin rekord ieħor. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, wara dawn iż-żewġ rebħiet importanti, Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal- Flexi Training Scheme xtaq jirringrazzja lill-kowċis tiegħu Dermot Galea, Catalin Stan u Ivan Rozhnov, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Mochika Outdoor Life, Lucida Laundry, Starbene 24/7 u Team Barry Malta International Challenge Marathon, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth Galea, tas- sapport kbir li hija ttih. Keith Galea fl-azzjoni waqt it-tieni tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Tri- athlon Series li saret ġewwa s-Salina