Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

IS-SĦANA bdiet tinħass sew f 'dawn il-ġimgħat u maż-żieda fit-temperatura, apparti żieda fil-qrid, tgergir u infieħ jiżdied ukoll il-ġiri barra. Ħafna minna nbiddlu l-aġir tagħna fis-sajf u noqogħdu ħafna iktar attenti għal ċertu affarijiet. Nixorbu iktar ilma, noqogħdu fid- dell u meta jkun possibbli nevitaw il-ħinijiet tal- ġurnata meta x-xemx tkun direttament fuq rasna. Mill-banda l-oħra, ħafna minna jibqgħu jużaw il- karozza b'mod regolari bħallikieku ma nbidel xejn. Iktar u iktar meta jkollna l-arja kkundizzjonata fil-karozza, ninsew is- sħana tiżreġ li jkun hemm barra u bħal donnu nimmaġġinaw li l-magna taħt il-bonnet qed topera fl-istess temperatura friska li qegħdin aħna. Bla dubju, mhux qiegħed nissuġġerixxi li ma nużawx il-karozzi meta jkollna bżonnhom minħabba s-sħana, però tajjeb li x-xufier tal-karozza jevita ġiri għal xejn fis-sħana u jieħu ċertu prekawzjonijiet. L-ewwel u qabel kollox tajjeb li kull tant żmien, wieħed jara li l-livell tal- ilma tal-magna ma ċċaqlaqx speċjalment qabel ma jibda s-sajf. Ħu ħsieb li tagħmel dan meta l-karozza tkun kiesħa u mhux meta l-magna tkun vampa jekk ma tixtieqx li tinstamat. Għal dawk inqas tekniċi, qiegħed nirreferi għall-ilma tar-'radiator' li ħafna drabi jkollu kulur roża, aħdar, aħmar jew blu. Jekk għal xi raġuni, il-livell naqas, tissodisfax ruħek billi sempliċiment terġa' żżidu. Dak l-ilma mar xi mkien u tajjeb li tagħmel kull mezz possibbli biex issib x'kienet il-problema. Apparti l-livell tal-ilma, il-kwalità tal-ilma hija importanti wkoll. Jekk l-ilma sar kannella jew inkella ilu ftit ma jinbidel dan se jkun ta' detriment għall-magna. Hawn ħafna kwalitajiet ta' ilma li jvarjaw fil-prezz, però jien dejjem nirrakkomanda li wieħed jinvesti f 'ilma ta' kwalità tajba li hu speċifikat għal karozza tiegħu u jibdlu kull meta jkun rakkomandat. Ftakar li l-kwalità tal-ilma ma titqiesx mis-sbuħija tal- kulur, iżda mir-reputazzjoni li ċertu ditti għandhom u l-ispeċifikazzjonijiet u l-kimiċi użati. Dawn il-fatturi ħafna drabi jkunu riflessi fil-prezz tal-prodott. Mill-banda l-oħra, importanti li għal hawn Malta nagħtu iżjed kas kemm l-ilma jiflaħ temperatura massima milli minima. Il-possibbiltà li t-temperatura f 'Malta tinżel 50 taħt iż-żero huma minimi ħafna u wieħed ikun qiegħed jaħli l-flus jekk jixtri prodott flok ieħor sempliċiment għax jiflaħ iktar kesħa. Jekk se tuża prodott li jispeċifika li tħalltu nofs bin-nofs ma' ilma komuni, tajjeb li tuża ilma distillat minflok ilma tal-vit. Jekk għadek kif bdilt l-ilma tal-magna, sew jekk qabbadt mekanik u sew jekk biddiltu int, tajjeb li għall-ewwel ftit ġimgħat, tagħti daqqa t'għajn lejn il-livelli tal-ilma għaliex jista' jkun li jkun hemm xi arja fis-sistema li tqarraq bik. Għalkemm mekkanik professjonali jkun konxju ta' dawn l-affarijiet, m'hemm xejn ħażin billi tagħti titwila. Aħjar uff milli aħħ. Ħaġa oħra importanti, speċjalment fis-sajf hi li meta nkunu qegħdin insuqu, kull tant ħin nagħtu ħarsa lejn it- temperatura tal-magna. Dan jieħu inqas minn sekonda. Meta ssuq karozza regolari, ġeneralment tidra t-temperatura li topera fiha l-karozza tiegħek. Ħafna drabi, il-labbra tat-temperatura tkun xi mkien fin-nofs. Jekk tara li t-temperatura telgħet iktar milli titla' s-soltu, tibqax issuq sakemm il-karozza tagħli jew tmiss l-aħmar. Ibqa' segwi b'iktar attenzjoni t-temperatura u evita sewqan u trażżin żejjed. Jekk xorta t-temperatura tkompli tiela, itfa mal-ġemb u ara jekk hux ħiereġ xi ilma minn taħt. Jekk il-karozza hija mgħammra b'sistema ta' fannijiet elettriċi, ara jekk dawn il-fannijiet humiex qegħdin jaħdmu billi tissemma qrib tagħhom. Jekk m'għandekx post fejn tieqaf jew qiegħed viċin tad- dar u għandek bżonn issuq ftit ieħor, tista' tgħin billi taqleb il-'blower' jew arja kkundizzjonata fuq is-sħana u tixgħelu biex is-sħana tal-magna tgħaddi għal ġol- kabina tal-karozza. Veru li se tħoss ħafna iktar sħana, però jista' jkun li tevita li l-magna tisħon sal-punt li tagħmel il-ħsara. Jekk dan xorta ma jaħdimx, u t-temperatura xorta tkompli tiela', ieqaf. Il-ħsara li ssir lill-magna meta tisħon iżżejjed, hija kbira u xi kultant tkun irreparabbli. Aħjar tasal tard xi mkien milli tidħol fi spejjeż li jistgħu jaqbzu anke l-eluf. Jekk jirnexxielek tasal id- dar u tħalli l-karozza wara l-bieb għal xi ħin, il-magna ovvjament se tiksaħ. Dan ma jfissirx li l-problema telqet jew li mhux se terġa' tiġri. Kif jgħid il-proverbju Malti, il-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn. Ħu ħsieb li ssib għaliex ġara hekk għax forsi darba oħra ma tkunx daqshekk fortunat li tkun kważi wasalt. Il-livelli taż-żejt ukoll jista' jkunu affetwati fis-sajf. Fis- sħana, iż-żejt jirqaq iktar u tiżdied il-possibbiltà li magna tqattar iż-żejt minn xi mkien. Li tosserva l-livell taż-żejt fuq id-'dip stick' kull tant żmien u tħares taħt il-karozza kulltant biex tara jekk hemm'x xi żejt ma l-art huwa bidu tajjeb waqt li jekk għandek il-ħila u l-aċċess tgħati daqqa t'għajn madwar u taħt il-magna, tant aħjar. Taqtir taż-żejt jistaw iwasslu għal ħsarat fil-partijiet tal-lasktu fil-magna apparti li jħammeġ u jwassal għal inqas żejt fil-magna. Meta tibdel iż-żejt, ara li tixtri żejt li jkun addatat għall-klima sħuna li għandna fis-sajf hawn Malta. Ħafna drabi, meta nużaw il-karozza biex immorru x-xogħol u d-dar, nidraw l-akwati ta' dawn il- postijiet sew. Naf li ħafna drabi l-parkeġġ sar ħaġa diffiċli u malli naraw post vojt naħtfuh, però tajjeb li nkunu konxji liema partijiet ikunu fid-dell jew fix- xemx f 'ċertu ħinijiet u jekk għandna l-għażla, ovvjament nipparkjaw fejn ikun hemm id-dell, speċjalment fil-ħin li nerġgħu niġu biex nitilqu. Apparti s-sħana infernali li jkun hemm fil-karozza malli nirkbu ġo fiha, il-ħsara li ssir fuq iż-żebgħa, id-drapp, il-plastik u l-elettroniċi tal-karozza huma kbar. Jekk għandek il-possibbiltà li f 'ċerti ħinijiet tal-ġurnata iċaqlaq il-karozza u ssib post iktar għad-dell, ikun ta' benefiċju kemm għalik u speċjalment għall-karozza. Għalkemm għandna nkunu preparati għal xi inċident f 'kull żmien tas-sena, tajjeb li nkunu iktar preparati fis-sajf. Minn studju li sar, irriżulta li l-ħinijiet ta' wara nofsinhar meta tkun l-iktar sħana, huma l-ħinijiet meta jsiru l-iktar inċidenti. Ftakru wkoll li t-tempra tax-xufiera fis-sħana hija ħafna agħar milli tkun fix-xitwa. Kunu ċerti li għandkom il-karta tal-'bumper to bumper' lesta biex tintuża, lapes jew biro li taħdem u 'camera' biex tieħu ritratt tal-inċident. Ħadd mhu gost u pjaċir tiegħu joqgħod jistenna fix- xemx u iktar mal-affarijiet jiġu rranġati malajr, iktar aħjar. M'hemmx għalfejn argumenti. Ħu ftit ritratti minn kull angolu, imlew il-formola, ċaqalqu l-karozzi min-nofs u ħallu lill- kumpaniji tal-assigurazzjoni jiġġieldu huma bejniethom. Tajjeb li żżommu xi landa bl-ilma u First Aid kit fil-karozza. Ma tistax tgħid meta tiġi bżonnhom. L-aħħar u probabli l-iktar punt importanti huwa biex tieħdu ħsieb dawk it-tfal u annimali li għandkom fil- karozza. Bis-sħana qawwija li qiegħda tagħmel anke ftit minuti ġo karozza magħluqa jistgħu jkollhom effetti koroh. Moħħkom hemm! Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Vetturi 23 Ingranat Andrew Pisani Kulħadd jisħon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016