Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 8 'Ħadd mhu qed jiddubita mill- kapaċitajiet ta' John Bundy' Il-PN kien talab lill-Bundy biex imexxi l-midja Nazzjonalista Tkompli minn paġna 1 GĦALLMISTOQSIJIET tal-ILLUM dwar il-ħatra ta' Bundy, il-PN qal biss hekk: "John Bundy huwa l-għażla tal-Gvern u tal-Ministru tal-ġurnata," anke jekk skont Bundy stess huwa kien l-għażla ta' Simon Busuttil u tal-PN ftit wara l-bidla fit-tmexxija tal-PN. F'intervista ppublikata fuq l-ILLUM nhar il-21 ta' Frar li għadda, John Bundy kien spjega li Busuttil innifsu kien talbu biex imur lura n-NET TV u li sa Jannar ta' din is-sena stess Bundy kellu wkoll laqgħat mas- Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake u mal-Kap Eżekuttiv tal-PN Brian St John. Huwa mifhum li Thake u St John kienu talbuh biex imexxi l-midja tal-Partit Nazzjonalista. "Napprezza li hemm min jirrikonoxxi x-xogħol kollu li għamilt qabel tlaqt mill- PN...imma ta' 55 sena ma' nħossx li għandi mmur xi mkien fejn se noqgħod nikkumbatti ma' ideoloġiji staġnati. Ma naċċetta xejn ħlief xandir bla ebda pressjoni," kien qal Bundy mal-ILLUM. Intant meta kkuntattjat minn din il-gazzetta, huwa qal li jinsab pożittiv quddiem l-isfida ġdida tiegħu bħala CEO tal-PBS. Il-ħatra ta' Bundy ma kinitx sorpriża sa barra hekk kif għal dawn l-aħħar tliet snin huwa żamm profil baxx bi ftit li xejn programmi jingħatawlu fuq il-mezzi tax- xandir, għajr fuq l-istazzjon RTK. Fl-istess intervista li Bundy kien għamel mal- ILLUM, kien spjega li n-nuqqas tiegħu mix-xena televiżiva lokali "ma kinitx b'kapriċċ iżda minħabba l-għira, il-kattiverija u l-biża' li l-affarijiet isiru sew fil- PBS." Minkejja rapporti li dehru matul din il-ġimgħa fuq xi mezzi tax-xandir, sorsi fi ħdan il-PBS li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li minkejja kollox, il-ħatra ta' Bundy hija waħda meritokratika. "Ħadd mhu qed jiddubita mill- kapaċitajiet ta' Bundy," qalulna. "Qed jippruvaw jaqilgħu ħafna ħama għax hu min hu u għax ma baqax jimmilita mal-Partit Nazzjonalista, mhux fuq bażi ta' meritokrazija. Fil-fatt, din il-ħatra kienet meritokratika. Jekk mhux meritokratika, mela x'inhi? Tant hi meritokratika l-ħatra ta' Bundy li ħadd mhu qed jgħid imqar nofs ta' kelma dwaru u dwar il-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tax-xandir." Intant, għalkemm il-Partit Nazzjonalista ma xtaqx jgħid dak li jaħseb dwar il-ħatra ta' Bundy, mal-ILLUM kompla jisħaq li jistenna li l-PBS, "ma jibqax magna tal-propoganda tal-Gvern, iżda jkun stazzjon nazzjonali fil-vera sens tal-kelma." Bejn l-2008 u l-2013 Bundy għamel dak li ħadd ma basar li qatt jista' jiġri, hekk kif spiċċa jippreżenta programm fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista. Fl-aħħar elezzjoni Bundy kien ukoll deher għall-ewwel darba f 'attività tal-Partit Laburista, fejn kien staqsa lil Joseph Muscat numru ta' mistoqsijiet. Huwa kien intlaqa' minn entużjażmu kbir, għalkemm hu dejjem għamilha ċara li filwaqt li għandu relazzjoni tajba ma' Muscat ma jqisx lilu nnifsu bħala Laburist. Those were the days! Il-bidu tal-karriera ta' Bundy lura fis-snin. Fir-ritratt jidhru l-eks PM u Kap tal-PN Eddie Fenech Adami, l-eks Ministru Austin Gatt u Lou Bondi 100 sena mit-twelid ta' Mintoff NHAR is-Sibt 6 t'Awwissu, il-pajjiż iċċelebra l-mitt sena anniversarju mit-twelid ta' Duminku Mintoff, persunaġġ li fit-tajjeb u l-ħażin tiegħu ta kontribuzzjoni strorika lil pajjiżna. Dom Mintoff kien mexxej tal-Partit Laburista u nħatar darbtejn bħala Prim Ministru ta' Malta bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1971 u l-1984. It-tmexxija ta' Mintoff bħala Prim Ministru ta' Malta, tibqa' mfakkra aktar minn kollox għall-benefiċċji soċjali li daħħal għall-poplu Malti, bħas-siġurtà soċjali, iċ-children's allowance u anke bħala dak kien responsabbli għall-introduzzjoni tad-dritt tal-vot għan-nisa. Mintoff, jieħu postu fl-istorja ta' Malta bħala l-mexxej responsabbli mill-ħelsien ta' Malta bħala bażi Ingliża fl- 1979. It-tmexxija ta' Mintoff qatt ma naqset mill-kontroversja speċjalment tul is-snin tmenin, bi kritika fuq il- politika ekonomika tiegħu fejn anke ħaddan in-nuqqas ta' importazzjoni favur li jsir kollox Malta u n-nuqqas ta' liberaliżazzjoni tas-suq. Mintoff kien ukoll dejjem elett bħala Membru Parlamentari bejn l-1947 u l-1998, fejn intervent tiegħu fil-Parlament kien ukoll detrimentali għall-waqa' tal- gvern immexxi minn Alfred Sant fl-1998. Ilbieraħ filgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta ġieħ lill-eks-Prim Ministru Dom Mintoff f 'għeluq il-mitt sena mit-twelid tiegħu. Intant ilbieraħ filgħaxija, il-President ta' Malta Marie- Louis Coleiro Preca ppresediet iċ-ċelebrazzjionijiet ta' dan iċ-ċentenarju fil-ġnien tas- serenità, f 'Santa Luċija, fejn flimkien ma' ulied il-Perit Mintoff, Anne u Yana, inkixef monument ieħor f 'ġieħ il- Perit. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Jitqiegħdu fjuri fuq il-monument ta' Mintoff f 'Bormla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016