Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Intervista 13 riskju ta' faqar ma jeżistix' privati. Meta mistoqsi dwar din il-proposta, u jekk il-Caritas taqbilx ma' dan, Leonid McKay ma weġibx direttament, u qal li kwistjonijiet ta' dan it-tip, partikolarment meta jikkonċernaw il-qasam soċjali, m'għandhomx jiġu trattati bħal xi kwiżż, "mhuwiex faċli li wieħed jgħid li jaqbel jew ma jaqbilx. Huwa importanti ħafna li d-deċiżjonijiet fejn tidħol il-politika soċjali ikunu bbażati fuq ir-riċerka." McKay ikompli jsostni li hu jemmen ħafna li f 'pajjiżna, jeħtieġ li nkomplu nitkellmu fuq dan is-suġġett għaliex huwa minnu li f 'dan l-aħħar żmien, il-kera splodiet. Filwaqt li jsostni dan, id-direttur tal-Caritas jisħaq li "poġġejna s-suq bħala xi ħaġa li ma tistax titkellem dwaru, u l-istat għandu d-dritt u d-dmir li joqgħod attent u jirregola xi prezzijiet." Waqt li qal dan, jinsisti li mhux qed jaqbel jew ma jaqbilx iżda, "dawk id- deċiżjonijiet li jeħtieġ li jieħu l-istat, għandhom jittieħdu fil-parametri tal-effetti u l-konsegwenzi li jista' jkollha miżura ta' dan it-tip." Għaldaqstant, jipproponi li għandu jkun hemm iktar miżuri sabiex persuni jkunu jistgħu jsiru sidien tad-djar tagħhom. 'F'ċertu każi, li taħdem mhux biżżejjed' Id-direttur tal-Caritas jinsisti li l-faqar f 'pajjiżna jeżisti, fil-fatt "persuni li m'għandhomx biżżejjed dħul f 'Malta biex jgħixu ħajja diċenti, hija realtà." Ikompli jisħaq li hija realtà li f 'pajjiżna hawn persuni li m'għandhomx biżżejjed biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar, li m'għandhomx biżżejjed ikel biex jitimgħu l-familja tagħhom, li għandhom diffikultà fil-qasam tad-djar tagħhom, li ma jistgħux iħallsu ċerti affarijiet bażiċi tal-edukazzjoni. Għaldaqstant, l-ILLUM tistaqsi jekk bħala persuna li jara każi bħal dawn ta' kuljum, jemminx li qed issir biżżejjed ħidma biex din il-problema tiġi indirizzata. Hawnhekk, McKay jgħid, "hemm diversi modi kif tista' tindirizza l-faqar. L-ewwel ħaġa rridu nirrikonoxxu li hemm il-faqar, u t-tieni ħaġa, naraw li persuna li ġenwinament tista' taħdem, tidħol fid-dinja tax-xogħol li tista' toffri għajnuna biex persuna toħroġ mill-faqar." Hawnhekk, Leonid Mckay jgħid li minbarra x-xogħol, hemm realtajiet oħra ta' kif wieħed jindirizza l-faqar. Fil- fatt hawn isostni li f 'ċertu każi, li taħdem mhux biżżejjed. "Ix-xogħol fih innifsu ġieli ma jkunx biżżejjed. Fil-fatt, għandna sitwazzjonijiet fejn persuni jaħdmu, imma xorta għadhom f 'sitwazzjoni ta' faqar. Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li għax persuna qed taħdem, mhix fqira," jkompli jisħaq McKay. 'L-edukazzjoni waħedha mhix biżżejjed – trid tingħata għotja ta' flus diretta' Id-direttur tal-Caritas, isemmi wkoll l-edukazzjoni u jgħid li xi kultant, inpoġġu wisq pressjoni fuq l-edukazzjoni, u spiss jintqal li l-faqar huwa riżultat ta' nuqqas ta' edukazzjoni. "Xi kultant nitkellmu wisq fuq xogħol jew inkella nagħtik it-taħriġ, u dan mhux dejjem se jaħdem dirett," jkompli jinsisti. Fil-fatt jisħaq li għandha tingħata xi forma ta' għajnuna fi flus lil dawk il-familji li ma jkunux jistgħu jlaħħqu. "Importanti li nifhmu li l-Gvern irid jagħti b'mod dirett ammont ta' flus lill-familji li għandhom id-diffikultajiet. L-għajnuna se taħdem dirett billi tagħti benefiċċji fi flus kontanti b'mod lill-familji stess." Għal dan il-gazzetta mill-ewwel tistaqsi jekk dan ifissirx li tmur kontra l-idea li aħjar tagħti l-qasba u tgħallem kif jinqabad il-ħut milli tagħti l-ħut mill-ewwel. Metaforikament, McKay wieġeb li "ħafna drabi, ma tistax tibgħat sajjied bil-ġuħ. Jekk trid li persuna tibda tistad, trid l-ewwel ittih l-ikel, u imbagħad se jmur jistad. Naħseb li din l-idea tkun ftit perikoluża wkoll, għaliex irridu nifmhu li biex persuna takkwista l-ħiliet, trid tkun soda fir-relazzjonijiet tagħha u tkun tista' tiflaħ tħallas għal ċertu affarijiet bażiċi għal uliedha. Jiġifieri huwa importanti li l-ħiliet jaslu grazzi għal għajnuniet li jista' jagħti l-Gvern," kompla jinsisti Leonid McKay waqt li faħħar diversi miżuri preżenti bħall- inwork benefit u t-tapering tal- benefiċċji, li saħaq li huma miżuri diretti biex ikomplu jgħinu lill- familji. Itenni li l-edukazzjoni hija importanti, imma l-edukazzjoni waħedha mhix biżżejjed, imma għandha tkun akkumpanjata minn għajnuniet diretti lill-familji. 'Jinkwetani l-fatt li l-faqar jintuża għal skopijiet partiġġjani' Ir-rapport li ħarġet il-Caritas prattikament kien l-ewwel pass sabiex ir-realtà tal-faqar tkun indirizzata jew tal-inqas impoġġija fuq il-mejda tad-diskussjoni u rikonoxxuta bħala problema ħalli tibda l-ħidma fuqha. Fil-fatt, minn wara r-rapport, inħoloq working group ministerjali sabiex il-ħidma dwar dan tkun tista' tkompli, fejn waqt li l-Caritas mhix involuta direttament f 'dan il-working group, Leonid McKay jgħidilna li qed jittieħdu ċertu passi abbażi tal-istudju li kien sar mill-Caritas. "Żewġ ministeri tkellmu magħna formalment biex jaraw kif nistgħu nkomplu nagħtu l-kontribut, u qegħdin jisimgħu din il-karba li qed tkompli tikber. Nispera li minn diskussjoni u diskussjonijiet, ikollna iktar fatti fiż-żmien li ġej," kompla jsostni McKay. Id-direttur tal-Caritas spjega kif l-ewwel għan tar-rapport maħruġ minnhom kien li jinħoloq dibattitu, u jgħid kif "l-ewwel għan intlaħaq, imma dibattitu fih innifsu waħdu, jista' ma jfisser xejn, imma jiena kunfidenti li wara li għaddew numru ta' ġimgħat u għad hemm din id-diskussjoni fuq il-livell poltiku, naħseb li se jittieħdu miżuri iktar konkreti." "Il-faqar fih innifsu," jispjega McKay, "għandu konnotazzjonijiet politiċi. Li jinkwetani hu li jintuża għal skopijiet partiġġjani, imma bħala Caritas ninsabu sodisfatti li kemm il- Gvern, l-Oppożizzjoni kif ukoll anke l-imsieħba soċjali, wrew li huma interessati li dan is-suġġett jiġi indirizzat." Kompla jsostni li t-tieni għan li kellu r-rapport, jiġifieri dak li jittieħdu miżuri konkreti biex jiġi indirizzat, jidher li qed jintlaħaq ukoll. Ma nistgħux nitkellmu dwar il- faqar mingħajr ma nitkellmu dwar il- housing " " Ritratt: Chris Mangion Id-Direttur tal-Caritas, Leonid McKay

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016