Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 31 L-Ironija u s-sorpriżi tal-ħajja espressi l-futbol waqt Euro 2016 minn Cristian Antony Muscat u Gianluca Lia HUWA fatt magħruf li l-futbol huwa riflessjoni ċara tal-ħajja li fiha ngħixu, hekk kif fih ma jonqsux diversi sorpriżi, waqt li l-ironja hija komponent ewlieni li tagħmel dan l-isport tant popolari madwar id-dinja kollha. Dawn iż-żewġ elementi dehru b'mod speċjali waqt il- Kampjonati Ewropej li saru bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju li għadda fi Franza, u li kontra kull mistenni ntrebħu mill- Portugall, meta fil-finali għelbu lil Franza bl-iskor minimu ta' 1-0 wara l-ħin barrani. Din l-edizzjoni tal- Kampjonati Ewropej tabilħaqq kellha tkun ċelebrazzjoni Franċiża Il-poplu Franċiż kien ilu sentejn jistenna b'ħerqa din il-manifestazzjoni, fejn b'tim teknikament sinjur, kien qiegħed diġà joħlom li jara lil pajjiżu jgħolli t-tazza u jpoġġi lilu nnifsu bħala l-aqwa nazzjonal fl-Ewropa. Ta' min isemmi, li dan kien l-ewwel darba li dan it- tournament ġie kkontestat bejn 24 tim, fejn rajna pajjiżi li qatt m'għaddew bħall-Iżlanda jew inkella pajjiżi li kienu ilhom ma jkunu fl-ogħla livell kalċistiku, bħall-Ungerija u l-Awstrija. Il-finali ma kinitx fost l-iżjed spettakolari fuq livell ta' teknika u kwalità, iżjed kienet finali sinifikattiva. Għaliex? Għall-fatt li għal darb'oħra, Franza kienu qegħdin jilagħbu fil-finali ta' tournament li organizzaw huma stess, u anke rebħu, jiġifieri l-edizzjoni tal-1984 u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1998. Barra minn hekk, il-Portugall kienu qegħdin jirritornaw għall-finali wara 12-il sena, fejn dakinhar kienu organizzaw it- tournament huma u telgħu sal-finali, fejn imbagħad b'mod sorprendenti, il- ħolma tagħhom sfaxxat fix-xejn permezz tat-telfa ta' 0-1 kontra l-Greċja. Din id-darba, il-Portugall kienu qegħdin jilagħbu fil-finali kontra l-pajjiż organizzatur. Anedottu ieħor interessanti, huwa li Cristiano Ronaldo kellu jiġi sostitwit kmieni minħabba injury li sofra biex wara li fl-1998, Ronaldo l-Brażiljan ma kienx f 'sikktu avolja lagħab xorta, Ronaldo ieħor kellu jkun nieqes mix- xena. Il-gowl li ta r-rebħa lill-Portugall wasal minn Eder, eks plejer ta' Braga fil-Portugall u Swansea City fl-Ingilterra, sabiex sar l-ewwel plejer mhux mill- Ewropa li skorja f 'finali ta' dan it-tournament, hekk kif huwa twieled ġewwa l-Guinea-Bissau. It-triq ta' Franza sal- finali ma kinitx xi waħda tqila, hekk kif wara li kkwalifikaw mill-grupp b'mod mhux konvinċenti, rebħiet sofferti fuq ir- Rumanija u l-Albanija u draw kontra l-Iżvizzera, affrontaw lill-Irlanda fl-aħħar 16 u b'rimonta, għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Fil-kwarti tal-finali, sabu ma' wiċċhom lit-tim rivelazzjoni tal-Iżlanda, li iżda ġabu fix-xejn l-isfida tagħhom meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-2. L-aqwa logħba tagħhom kienet fis- semifinali, meta affrontaw liċ-champions tad-dinja tal- Ġermanja u ħarġu rebbieħa grazzi għall-doppjetta tal-attakkant, Antoine Griezmann, li rebaħ iż- 'Żarbun tad-Deheb' f 'dawn il-Kampjonati, hekk kif spiċċa l-aqwa skorer tat- tournament b'sitt gowls. Sadanittant, il-Portugall għaddew mill-fażi tal- gruppi permezz tat-tielet post, hekk kif ġabru tliet punti biss f 'grupp li fuq il-karta kellhom jiġru bih. Ħadd ma tahom ċans li javvanzaw hekk kif qatt ma dehru konvinċenti fil-logħob tagħhom, iżda l-Portugiżi baxxew rashom u baqgħu jaħdmu, u wara li fir-rawnd tal-aħħar 16 għelbu lill-Kroazja, u fil- kwarti tal-finali lill-Polonja, ħadd ma seta' jaqtagħhom iżjed barra. Wales kienu l-vittmi tagħhom fis-semifinali, sabiex eventwalment ibbukkjaw post fil-finali ta' Stade De France. L-aqwa 11 uffiċjali tat- tournament skont il- UEFA: Goalkeeper: Rui Patricio (Portugall) Difensuri: Joshua Kimmich (Ġermanja), Jerome Boateng (Ġermanja), Pepe (Portugall) u Raphael Guerreiro (Portugall) Midfielders: Toni Kroos (Ġermanja), Joe Allen (Wales), Antoine Griezmann (Franza), Dimitri Payet (Franza), Aaron Ramsey (Wales) Attakkanti: Cristiano Ronaldo (Portugall) Plejers tat-tim nazzjonali tal-Portugall immexxija mill-captain Cristiano Ronaldo ji rħu bil-kbir wara li rebħu l- Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba -istorja Plejers tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra diżappuntati bil-kbir wara li xejn ma mpressjonaw waqt Euro 2016 Plejers tat-tim nazzjonali tal-Iżlanda ji rħu wara r-rebħa storika ta' 2-1 li kisbu kontra l-Ingilterra Plejers tat-tim nazzjonali ta' Wales ji rħu wara li kisbu rebħa storika ta' 3-1 kontra l-Belġju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016