Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Intervista 12 'Jew fil-faqar jew m'intix, riskju F tit tax-xhur ilu, ġie ppubblikat rapport tal- Caritas dwar il-baġit minimu essenzjali għal ħajja diċenti. Fost l-oħrajn, dan l-istudju jikkonkludi li fost l-akbar piżijiet li qed jesperjenzaw il- familji u l-individwi Maltin huma l-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel, u l-ispiża tal-kera jew spejjeż oħra relatati mal-akkomodazzjoni. Dwar dan ir-rapport u l-problema li qed jaffaċjaw dawn il-familji, kienet tqajment diskussjoni nazzjonali u saħansitra huwa fil-pjan li fil- baġit li ġej, ikun hemm xi miżuri biex attwalment tiġi indirizzata l-problema tal-faqar. Dwar dan u diversi realtajiet soċjali fil-pajjiż, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-direttur ta' Caritas, Leonid McKay. 'Mhux sigriet li hemm ċertu abbużi minn ċertu sidien' Huwa fatt li l-prezzijiet tal-kera f 'pajjiżna, mhux talli għolew, imma splodew, u dan anke jidher fir-rapport maħruġ mill-Caritas bħala waħda mill-ikbar piżijiet li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin. Dwar dan, Leonid McKay jgħid li bħalissa hemm żbilanċ bejn id- domanda u kemm fil-fatt hemm postijiet disponibbli minħabba l-bosta persuni li jinsabu Malta temporanjament u għaldaqstant jiddeċiedu li jikru minflok jixtru post, u dan qed iżid mal-isfidi fil- qasam tal-proprjetà. Minkejja dan, McKay jilmenta li bosta drabi, jiġu injorati d-drittijiet ta' min jikri, waqt li kulħadd jaqbeż għal dawk tas-sid. "Spiss nitkellmu dwar kif se jiġi affetwat is-sid, imma ftit nitkellmu dwar kif jista' jiġi affetwat min qed jikri. Naħseb li rridu nħarsu lejn ċertu abbużi li jisru fil-kera kummerċjali, għax donnu konna ħafna iktar attenti li nħarsu l-interess tas-sid, imma rridu nħarsu wkoll l-interessi ta' min qed jikri. Mhux sigriet li hemm ċertu abbużi minn ċertu sidien lejn min qed jikri. McKay ikompli jinsisti li dan kollu għandu x'jaqsam sew mal- faqar għaliex, "hemm relazzjoni diretta bejn il-faqar u l-housing. Hemm konċentrazzjoni ta' faqar u benefiċċji soċjali f 'żoni li fihom ikun hemm iktar kera." Jispjega kif il-faqar mhux xi ħaġa statika, u ma tistax tgħid li jinsab biss f 'ċertu żoni ta' Malta, "iżda ħafna drabi, il-faqar jimxi skont il-mixja tas-suq tal-housing." Fil-fatt, isemmi żoni bħall-Qawra u żoni fin-naħa ta' isfel ta' Malta bħala nħawi fejn hemm it-tendenza li iktar ikun hemm postijiet tal-kiri bi prezzijiet baxxi, u allura iktar hemm ċans li l-persuni li jikru, ikunu ġejjin minn ċerta faqar. Għaldaqstant, McKay jinsisti li, "ma nistgħux nitkellmu dwar il-faqar mingħajr ma nitkellmu dwar il- housing, u d-dritt li persuna jkollha saqaf fuq rasha." Meta d-Direttur tal-Caritas semma kif ħafna drabi d-diskussjoni taqa' fuq kif se jiġi effetwat is-sid u mhux min qed jikri, din il-gazzetta dlonk staqsiet jekk saħsibx li x-xena nbidlet kompletament, hekk kif sa snin ilu, u f 'ċerti każi għadek issibhom, postijiet li jinkrew b'rati redikoli għal snin sħaħ, bis-sid ikun marbut li ma jistax jgħolli l-prezz għal żmien twil. Allura dan ma jikkontradixxix dak li jgħid McKay, li iktar jiġu meqjusa d-drittijiet tas- sidien minflok ta' dawk li qed jikru? Għal dan, Leonid Mckay jinsisti li jifhem li għandu jkun hemm il-ħarsien tas-sid, għax wara kollox, "jekk persuna qed tikri post lil xi ħadd, għandha jkollha d-drittijiet tagħha mħarsa. Però xi kultant nara żbilanċ li nkunu ħafna iktar impulsivi biex nirrispondu għall-ħarsien ta' min jikri u forsi ftit nitkellmu dwar min ikun qed jikri. Aħna bħala Caritas, u entitajiet oħra bħall-Istat, għandna l-obbligu li jara u jinvestiga li ma jkunx hemm abbużi miż-żewġ naħat." Din il-gazzetta tistaqsi jekk allura hux qed nispiċċaw immorru fl-estrem l-ieħor? Gaħl dan, McKay jgħid li rridu nibqgħu nħarsu l-interessi taż-żewġ naħat, imma wkoll ta' min hu l-iktar vulnerabbli. "Il-persuni l-iktar vulnerabbli, illum ftit għandhom alternattivi. Kulħadd jaf kemm hi kbira d-domanda għall-housing soċjali, u allura l-alternattiva huma l-kirjiet kummerċjali u jekk dawn il-kirjiet se jibqgħu bil-prezzijiet li għandhom bħalissa, huwa diffiċli ħafna biex b'ċertu pagi, tkun tista' tlaħħaq. Jekk mhux se tingħata għajnuna, jkun hemm ir-riskji li nidħlu f 'ċikli oħrajn." Hawnhekk, McKay isemmi qasam ieħor li taħdem fih il-Caritas, li hu dak tal- użura, u filwaqt li jinsisti li mhux qed jgħid li b'xi mod żdiedet l-użura kawża tal-housing, "però jista' jkun li persuna tfittex modi oħra ta' kif tista' tagħmel il-flus." 'L-abbużi jiġu miż-żewġ naħat' Din il-gazzetta tistaqsi kif, minkejja li l-ekonomija tkun sejra tajjeb, xorta jkun hawn persuni li jkunu fil-faqar. Għal dan, id-direttur tal-Caritas jgħid li huwa importanti li jkun hemm sostenibbiltà ekonomika, iżda hemm ukoll is-sostenibbiltà soċjali li jeħtieġ li wieħed iħares lejha. "Importanti li ma nħarsux biss lejn jekk l-ekonomija sejra tajjeb jew le, imma x'effetti diretti qed tħalli fuq is-soċjetà Maltija, inkluż persuni li huma bi dħul baxx." Hawnhekk, McKay jisħaq li l-qasam tal-housing huwa indikatur ewlieni, "il-qasam tal-housing juri li ħafna drabi, meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, mhux neċessarjament se tħalli impatt pożittiv fuq dawk il-persuni bi dħul baxx." Għalhekk McKay jisħaq li, "huwa importanti li l-istat jintervjeni anke meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb. Ma jistax iħalli s-suq, isuq għalih waħdu għaliex mhux dejjem isuq fid-direzzjoni ta' persuni bi dħul baxx." Id-direttur tal-Caritas ikompli jgħid li l-Gvern għandu d-dmir li jara li t-tkabbir ekonomiku qed jasal direttament għand l-iktar nies li għandhom bżonn. Fil-fatt jgħid li, "l-istat għandu jintervjeni anke meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb." Hawnhekk, McKay jitkellem dwar is-sistema tat-taxxa u jinsisti li l-Gvern għandu d-dmir li jara li t-taxxa li tinġabar, għandha tiġi distribwita skont il-bżonnijiet tan-nies. "Bħala Caritas nemmnu li iktar ma d-dħul tiegħek huwa kbir, aktar għandek tħallas taxxa sabiex dik tkun tista' jintuża għal skopijiet soċjali, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-benefiċċji soċjali." Hawnhekk, jitkellem dwar il- bżonn li għandhom diversi nies li jirċievu ċerti benefiċċji għaliex għal raġunijiet differenti, għandek faxxa ta' nies li ma jistgħux joħorġu jaħdmu. Jinsisti li m'għandniex noqogħdu nitkellmu biss dwar abbużi fil- benefiċċji soċjali, "imma għandna nħarsu wkoll lejn ċertu taxxi li huma dovuti lill-Gvern u mhumiex jitħallsu. Jiġifieri jekk se nitkellmu fuq abbuż min-naħa, irridu nitkellmu dwar l-abbużi fin-naħa l-oħra wkoll, għaliex dak l-abbuż mit-taxxi jkun qed iġib is-sistema tas-servizzi soċjali bħala mhux sostenibbli." 'Jew qiegħed fil-faqar, jew m'intix...ma teżistix riskju ta' faqar' Qabel ikun jista' jirrispondi diversi domandi dwar il-faqar, id-direttur tal-Caritas jinsisti li trid tiġi definita l-kelma faqar, u hawn jgħid li ma teżistix persuna fir-riskju tal-faqar. McKay jispjega kif, "il-faqar huwa nuqqas ta' riżorsi biex persuna tixtri l-iktar oġġetti essenzjali. Għalhekk ma nemmnux li persuna tkun f 'riskju ta' faqar iżda jew inti fil-faqar, jew m'intix." Hawn jispjega li jekk persuna qiegħda fil-faqar, m'għandhiex biżżejjed flus biex tkun tista' tixtri dawk l-affarijiet essenzjali. 'Poġġejna s-suq bħala xi ħaġa li ma tistax titkellem dwaru' Xi ġimgħat ilu, il-gazzetta ILLUM żvelat proposta ta' Yana Mintoff rigward kontrolli fuq kemm jista' jiżdied il-prezz ta' kirja privata, u dan f 'attentat biex il-piżijiet fil- qasam tal-akkomodazzjoni jiġu mtaffija u kkontrollati. Ma' din il-proposta diġà kien hemm il-Prim Ministru u l-President li tkellmu kontra, meta qalu li m'għandux ikun hemm indħil fejn jidħlu rati Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt M'għandniex noqogħdu nitkellmu biss dwar abbużi fil- benefiċċji soċjali, imma għandna nħarsu wkoll lejn ċertu taxxi li huma dovuti lill-Gvern u mhumiex jitħallsu " " Għandna sitwazzjonijiet fejn persuni jaħdmu, imma xorta għadhom f 'sitwazzjoni ta' faqar " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016