Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) Business Enhance ERDF Grant Schemes Sejħa ta' Interess għal Fornituri ta' Servizzi Il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal- Manifest Elettorali (MEAIM) tavża li bħala parti mill-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes, ser tniedi: - 1. Skema ta' għajnuna sabiex tindirizza objettiv taħt Ass Prijoritarju 2 – 'Il- konsolidazzjoni tal-investiment fi ħdan is-settur tal-ICT' tal-Programm Operattiv I Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, b'mod speċifiku iż-żieda fin- numru ta' intrapriżi li jwettqu bejgħ u xiri online. 2. Skema ta' għajnuna taħt Ass Prioritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' tal-Programm Operattiv I Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 sabiex tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi permezz ta' servizzi ta' konsulenza esterna u jiżviluppaw studji li jindirizzaw l- potenzjal ta' investiment ġejjieni u interventi ta' natura operattiva. Fornituri ta' Servizzi huma mistiedna biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sabiex jirreġistraw bħala fornituri ta' servizzi taħt dawn l-iskemi. Informazzjoni Aktar tagħrif jista' jintalab mill-Measures and Support Division permezz tal-email msd.meaim@gov.mt. Applikazzjonijiet Il-formola tal-Applikazzjoni tista' tinkiseb mis-sit www.businessenhance.gov.mt. Applikazzjonijiet flimkien ma' dokumentazzjoni ta' support għandhom jintbagħtu lill-Measures and Support Division, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Triq il-Kukkanja Santa Venera, SVR 1411. 'Il-Gvern għadu jwettaq aktar xogħol favur l-ugwaljanza LGBTIQ' "MINKEJJA l-fatt li Malta laħqet l-għola livelli fl-indiċi tal- ILGA fl-Ewropa, aktar xogħol għadu qed jiġi mwettaq mill-Gvern favur l-ugwaljanza LGBTIQ." Dan kien parti mill- introduzzjoni ta' diskors mogħti mill-Ministru għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, waqt li indirizzat konferenza organizzata minn Rainbow Rose u l-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES) dwar il- promozzjoni tad-drittijiet LGBTI fl-Ewropa. Dalli saħqet kif il- konvinzjoni tal-Gvern dwar din l-ugwaljanza qiegħda tagħti l-frott tagħha, u li kieku l-Gvern ċeda għall-oppożizzjoni li kien hemm kontra l-unjoni ċivili, xejn minn dak li nkiseb ma seta jkun possibli. Hija enfassizzat li ż-żewġ elementi li taw l-akbar kontribuzzjoni għall-bidla fil-mentalità f 'Malta kienu l-promozzjoni b'saħħitha tal-organizazzjonijiet LGBTIQ u l-impenn li ħa l-gvern biex jindirizza l-omofobija u t-transfobija. Dalli spejgat kif Malta tista' tikseb daqs kemm diġà kisbet fl-ugwaljanza LGBTIQ, filwaqt li elaborat il-pjanijiet ta' Malta għal waqt il-presidenza tagħha tal-UE fir-rigward ta' dan u dwar ir-rwol ikbar li tixtieq tara l-Kummisjoni Ewropea tieħu f 'dan is- settur. Il-Ministru Helena Dalli tindirizza konferenza dwar il-promozzjoni tad- drittijiet LGBTI fl-Ewropa Saq kemm felaħ, laqat xi karozzi, għadda one way...imma nqabad xorta Il-Pulizija tispara tiri qabel tarresta raġel ta' 37 sena minn San Pawl il-Baħar MATUL il-lejl ta' bejn il- Ġimgħa u Sibt li għadda, għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu, waqt li l-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u d-Dipartiment tal- Investigazzjoni Kriminali kienu qegħdin jagħmlu road checks fil-bypass, innutaw vettura suspettuża tat-tip Volkswagen Passat li hekk kif min kien qed isuqha nduna bihom, ipparkja fil- ġenb tat-triq u tefa d-dawl. Wara ftit, dan qabad u rriversja tul it-triq kollha u saq lejn il-knisja ta' Birkirkara. Kif raw hekk, il-Pulizija marru warajh sabiex jilħquh iżda dan beda jsuq b'veloċità eċċessiva u b'mod traskurat tant li laqat xi vetturi li kienu pparkjati u kkawżalhom diversi ħsarat. Madanakollu, f 'mument minnhom, il-Pulizija rnexxielha tiċċirkondah iżda hu reġa' rriversja fuq vettura tas-servizz. Kien hawnhekk li l-Pulizija kellha tispara xi tiri lejn ir-roti tal-vettura tas-suspettat bil-għan li jwaqqfu lil din il-persuna milli tkompli tagħmel iktar ħsara jew saħansitra tweġġa' jew toqtol lil xi ħadd. Sussegwentement, is- suspettat baqa' jsuq u għadda kontra l-one way iżda ftit wara twaqqaf mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u ġie arrestat. Ir-raġel, li huwa magħruf sew mal-Pulizija, kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-bail meta kien barra f 'ħin li mhux suppost u l-vettura li kien qiegħed jagħmel użu minnha kellha pjanci barranin. Ir-raġel li għandu 37 sena residenti San Pawl il-Baħar beda wkoll jilmenta minn xi uġigħ peress li kien għadu kemm għamel operazzjoni xi ġranet qabel u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Ftit tal-ħin wara, huwa ġie rilaxxat mill-Isptar wara li ġie nvistat mit-tobba.