Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum SPORTSillum 27 Virginia Trasher tirbaħ l-ewwel midalja tad-deheb u Kim Woo-Jin jikser l-ewwel rekord dinji -Olimpjadi ta' Rio minn Cristian Antony Muscat ITTIRATRIĊI żagħżugħa Amerikana ta' 19-il sena, Virginia Trasher, rebħet l-ewwel midalja tad-deheb. Dan hekk kif hija għelbet lil żewġ tiratuti Ċiniżi li huma wkoll champions Olimpiċi, biex rebħet l-avvenimnet tat-10 metre air rifle. Hija għelbet lir-rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2004 fil-Greċja, Du Li, bi skor ta' 208 li huwa rekord Olimpiku. Intant, iċ-champions Olimpika renjanti, Yi Siling, rebħet il-midalja tal-bronż. L-istorja ta' din it- tiratriċi hija waħda ferm interessanti. Dan hekk kif ix-xewqa prinċipali tagħha meta kienet żgħira kienet dik li tkun 'figure skater' Olimpika u mhux tiratriċi. Iżda, hija spiċċat biex bdiet tieħu bis- serjetà l-isport tal-isparar, meta waqt li kienet qed tiekol mal-familja tagħha fi vjaġġ li kienu qed jagħmlu, missierha kien wissieha li kien hemm ċerva warajha. Malli semgħet dan, hija qabdet pistola u sparat u qatlet lill-istess ċerva. Intant ftit qabel, inkiser l-ewwel rekord dinji f 'dawn l-Olimpjadi mill-arċier mill-Korea ta' Isfel, Kim Woo-Jin, fil-kompetizzjoni tal-isparar bil-qaws meta f 'kundizzjonjieti klimatiċi mill-aqwa kiseb 700 punt biex kiseb ukoll rekord dinji minn 72 rawnd. Permezz ta' dan ir-riżultat, dan l-atleta ta' 24 sena kiser ir-rekord preċedenti li kien kiseb il-kompatrijott mill-Korea ta' Isfel, Im Dong-Hyun erba' snin ilu fl-Olimpjadi ta' Londra meta kien kiseb punteġġ ta' 699 punt li jfisser punt biss inqas mill-punetgg li kiseb Kim Woo-Jin matul dawn l-Olimpjadi. Din il-kompetizzjoni saret fil-Kumpless Sportiv ta' Sambodrom. It-tiratriċi żagħżugħa Amerikana ta' 19-il sena, Virginia Trasher, -azzjoni L-arċier mill-Korea ta' Isfel, Kim Woo-Jin, -azzjoni Matthew Croker jikseb id-dritt li jieħu sehem fi l-Kampjonati tal-Atletika għall-Pajjiżi ż-Żgħar RIĊENTAMENT, ġewwa Duffel fil-Belġju, l-atleta Malti Matthew Croker tellaq fit-800m fil-Flanders Classic International Meeting. Huwa ġie fir-raba' post, iżda aktar importanti kien li għamel ħin ta' 1:54:13, li tah id-dritt li jieħu sehem fil- Kampjonati tal-Atletika għall-Pajjiżi ż-Żgħar (CSSE) f 'Malta li saru nhar il-Ħadd 11 ta' Ġunju li għadda, kif ukoll fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar tal-2017 f 'San Marino. Għal dawn il-Logħob, Croker, ikun jonqsu jikkonferma l-forma tiegħu s-sena d-dieħla filwaqt li jista' jiffoka aktar fuq il- preparazzjoni tiegħu għal prestazzjonijiet aktar b'saħħithom ġewwa San Marino. Dan ir-riżultat ġie wara sensiela ta' ġirjiet konsistenti fuq l-istess distanza mingħand Croker matul dan l-istaġun. Lura f 'Marzu, Matthew Croker kien wieħed minn dawk magħżulin mill-M.A.A.A. f 'kollaborazzjoni mal- Kumitat Olimpiku Malti biex imorru jitħarrġu b'mod professjonali f 'high altitude training camp f 'Font Romeu fi Franza. Huwa jqis din l-esperjenza bħala pedina kruċjali fil- forma preżenti tiegħu. L-għanijiet prinċipali għal Matthew Croker, li huwa ikkowċjat minn Mario Bonello u li jiġri għal Savio Athletics Club, huma li jikseb riżultat tajjeb fil- CSSE filwaqt li jkompli jaħdem biex jilħaq u itejjeb ir-Rekord Nazzjonali tat-800 metru ta' Xandru Grech. Matthew Croker huwa wkoll mgħejun mill-iskema tal-Flexi Training ta' SportMalta. L-atleta ewlieni Malti, Matthew Croker Ritratt: Wally Galea