Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Bis-saħħa ta' missieri. Huwa kien sportiv u kien involut l-iktar fl- atletika, fil-qdif u anki fit-tennis waqt li kien iservi għall-armata Ingliża. Jien ukoll bdejt nieħu interess f 'ċertu sport, speċjalment l-atletika, futbol, volleyball, sena fil- waterpolo, kif ukoll bowling. Meta kont għadni tifel żgħir, eżattament sa meta kelli seba' snin kont nilgħab il-futbol, meta kont ngħix mal- familja f 'York fl-Ingilterra. Meta kont ngħix f 'dan il-pajjiż, l-iskola kienet tiddedika nofs ġurnata għall- istudji u n-nofs l-ieħor għall-isport. Hemmhekk, kont nilgħab ukoll il-cricket, fejn kelli l-irwol l-iktar ta' batsman u niġri l-Cross Country. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek bħala plejer tal-bowling. Meta kont plejer tal-bowling, irbaħt tliet titli Nazzjonali mal- Vanguard. Dak iż-żmien, kont ukoll fost l-aqwa 10 bowlers f 'Malta. Fl-1979, ħadt sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Bowling li kienu saru fil-Filippini. Fiż-żmien li kont qattajt f 'dan il-pajjiż, kont ġejt eċitat ħafna u l-ewwel lejl ma kontx stajt norqod bl-ebda mod. Iddeċidejt li nieqaf nilgħab dan l-isport f 'livell internazzjonali u minflok bdejt nikkonċentra iktar fuq il-parti amministrattiva tal-logħba tant sabiħa tal-bowling. Irrakkontalna s-sehem importanti li int kellek fil-Bowling bħala President tal-Malta Tenpin Bowling Association. L-ewwel nett nista' ngħid li l-Bowling kiber sew illum. Aħna bdejna fl-1975, fejn ħloqt l-Federazzjoni flimkien ma' nies oħra. F'dak iż-żmien kienu jilagħbuh l-iktar is-Servizzi Ingliżi u anke l-Amerikani taż-żejt li kienu fil- vaganzi f 'Malta. Matul il-Presidenza tiegħi organizzajna ruħna tajjeb ħafna, ġibna kowċis barranin magħrufin u organizzajna bosta kompetizzjonijiet internazzjonali f 'Malta. L-atleti tagħna rebħu bosta unuri għolja kemm fuq livell tal-Mediterran, kif ukoll fuq livell tal-Commonwealth. Għamilt 38 sena bħala President iżda minħabba l-kariga ġdida tiegħi fil-KOM, minħabba l-istatut tal-KOM, ma stajtx nibqa' nokkupa dik il-kariga. Sadanittant, għadni l-President tal-Commonwealth Tenpin Bowling Federation. X'tikkummenta dwar l-esklużjoni tat-tiratur żagħżugħ Nathan Lee Xuereb minn dan il-Logħob Olimpiku? Ismu ġie inkluż biex jiġi kkunsidrat mit-Tripartite Commission tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali - l-IOC? Dan speċjalment għall-fatt li dan l-atleta li għamel unur kbir għal pajjiżna fl-aħħar snin, tħalla barra mil- lista tal-atleti magħżula għalkemm huwa klassifika fl-34 post fid- Double Trap, mill-Federazzjoni Mondjali tal-Isparar. Din kienet sitwazzjoni kemxejn diffiċli u delikata iżda kollox kien spjegat sal-inqas dettall lil Nathan Lee Xuereb innifsu f 'laqgħa li kienet saret miegħu lura f 'Jannar li għadda. Dan it-tiratur żagħżugħ ma setax ikun imniżżel fil-lista tal-Kumitat Olimpiku Malti lit-Tripartite Commisssion tal-IOC, għax stajna biss napplikaw għall-Invitation Place waħda fid-Double Trap u William Chetcuti kellu ranking iktar għolja minn ta' Nathan. Tant ridnieh jieħu sehem, li f 'Ġunju, wara li Nathan Lee Xuereb kien rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-Isparar fid-Double Trap, il-Kumitat Olimpiku Malti bagħat applikazzjoni għal Invitation Place f 'ismu għall-konsiderazzjoni speċjali. Imma, sfortunatament din it-talba tagħna ġiet miċħuda. Fir- risposta wkoll fakkruna li ma jistax ikollna iktar minn 'invitation' waħda fl-istess dixxiplina! Mhuwiex il-pjaċir tiegħi u lanqas tal-membri tal-Kumitat sħabi li noħolqu polemika, hekk kif l-għan ewlieni tagħna huwa dak li nissalvagwardjaw l-interess tal- isport Malti u li nagħmlu minn kollox biex tkompli tinħoloq kultura sportiva f 'pajjiżna. Huwa għalhekk li aħna niddedikaw ammont twil ta' sigħat ta' xogħol li huwa kollu volontarju u mingħajr ebda interessi, ħlief dawk tal-akbar ġid tal-isport Malti. Int bħalissa ma taħdimx, allura qed tokkupa biss l-irwol ta' President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Però, meta kont taħdem, kif kont tibbilanċja x-xogħol mal-KOM? Kont naħdem kuljum mid-9am sal-5pm, u kif inlesti kont immur dritt il-KOM, għaliex biex immur id-dar u nerġa' noħroġ kont insibha diffiċli. Hawnhekk, fil-Kumitat Olimpiku Malti, ix-xogħol ma jieqaf qatt, għaliex għandna ħafna assoċjazzjonijiet membri tagħna, ħafna skemi ta' għajnuna, kif ukoll inżommu kuntatt ta' spiss kemm ma' entitajiet lokali, mal-Gvern, ma' SportMalta, iżda anke ma' dawk internazzjonali fejn dejjem ikun hemm bżonn naġġornaw ir-rapporti tagħna. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom bħala KOM mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, l-IOC u anke mal-Kumitat Olimpiku Ewropew, l-EOC? B'wiċċna minn quddiem, nistgħu ngħidu li għandna relazzjoni tajba ħafna mal-IOC u anke mal-Kumitat Olimpiku Ewropew, l-EOC, kif ukoll mal-Kumitat Internazzjonali tal-Loghob tal-Mediterran, fejn l-għajnuna neċessarja dejjem tkun waħda immedjata, partikolarment fi Scholarships, kif ukoll għajnuna finanzjarja. X'tikkummenta dwar l-għajnuna finanzjarja li ssibu min-naħa ta' SportMalta? SportMalta u anke s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, l-Onorevoli Chris Agius, jgħinuna ħafna. Għandna kuntratt ta' erba' snin u kull sena, l-investiment fl-isport jiżdied b'10%. Nixtieq, però, li xi darba jkun hemm iktar għajnuna, kemm finanzjarja kif ukoll teknika, lejn l-iSport f 'pajjiżna kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll mis-settur privat, u sejrin inkomplu naħdmu għal dan il-għan. Il-ħsibijiet tiegħek dwar id-doping. Prattikament, niddeskrivi d-doping bħala r-rovina tal-isport, għaliex issa qegħdin naraw iktar atleti jirbħu bis-saħħa ta' sustanzi irregolari u barra minn hekk, iċaħdu midalja lil dawk l-atleti ġenwini. U rigward il-betting? Huwa l-istess ħaġa bħad-doping. Il-betting huwa xi ħaġa li qiegħed jikber u li sfortunatament xi kultant qiegħed jimmanipula l-logħbiet. X'tikkummenta dwar is-sitwazzjoni ta' doping ta' Kevin Moore? Sfortunatament, is-sitwazzjoni ta' doping ta' Kevin Moore kienet daqqa kbira għalina bħala Kumitat Olimpiku Malti. Nista' ngħid li kien xokk kbir. Kevin huwa bniedem li jħobb ħafna l-atletika kif ukoll lil Malta. Tista' tgħid li f 'ħajtu, l-iktar ħaġa importanti hija l-atletika. Nixtieqek tispjega fid-dettall kif ġew magħżula l-atleti u ta' min tkun l-aħħar kelma biex dawn jintgħażlu - jekk hux tal-assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet li minnhom jiġu l-atleti jew tal-Kumitat Olimpiku Malti. Il-logħob huwa differenti. Ikunu l-assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet membri fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti li jinnominaw lill-aħjar atleti tagħhom għall-għażla finali. Ikun hemm Minimum Qualifying Standards miftiehma ma' kull Għaqda Nazzjonali u dawn jiġu mgħoddija lill-atleti kollha skont id-dixxiplina tagħhom. Fl-aħħar, kollox jiddependi mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jagħżel l-aqwa atleti illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Cristian Antony Muscat Julian Pace Bonello - President tal-Kumitat Olimpiku Malti u persuna li għalkemm sforz l-umiltà tiegħu, iżomm profil baxx, jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-isport lokali. Fit-tmun tal-Kumitat Olimpiku Sports 34 "Malta se jkollha l-akbar kontinġent tul l-aħħar 16-il sena" "Tlabnihom li qegħdin nistennew 'personal best' jew rekord nazzjonali minn kull wieħed u waħda minnhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016