Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
minn Ruben Anthony Xuereb ILPROĠETT tal-pjazza tat- Tritoni u n-naħa magħrufa bħala tal-Biskuttin, jista' jiġi kkunsidrat ukoll bħala proġett ta' tisbieħ fil-Furjana, li jwassal għal bieb il-Belt, u se jagħti dehra ġdida u aktar xierqa għad-daħla tal- kapitali, filwaqt li jkun mod biex id-daħla tal-Belt terġa' tingħata lura għat-tgawdija tan-nies, u mhux użata bħala venda u post traffikuż. Il-proġett se jbiddel il-daħla tal-Belt, minn Putirjal sal-Mall, f 'żona pedonali u ġnien li se jservi bħala post ta' rikreazzjoni u passaġġ b'dehra sabiħa u xierqa li jikkumplimenta l-bqija tal-proġett tad-daħla tal-Belt li kien jinkludi l-bieb il-ġdid u l-bini tal-parlament. Il-pjanijiet finali, li bħalissa jinsabu għal wirja pubblika fl-entratura tal-bini tal- Parlament, huma titjib fuq il-pjan oriġinali ta' Renzo Piano li sar minn periti Maltin b'konsultazzjoni biss mal-uffiċċju ta' Piano, li ta l-approvazzjoni tiegħu u b'hekk jagħmel dan il-proġett kollu kemm hu frott ta' periti Maltin. Iċ-Chairman tal- Korporazzjoni għar- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC), Stefan Zrinzo Azzopardi, tkellem mal- ILLUM, u spjega kif qabel ġie ffinalizzat il-pjan, saru 150 laqgħa ta' konsultazzjoni ma' operaturi differenti biex jinħolqu soluzzjonijiet li jaġevolaw sistema ta' trasport sħiħa li ma tinvolvix biss il- karozzi tal-linja. Infatti minbarra Transport Malta, saru wkoll konsultazzjonijiet ma' sidien tat-taxis u l-karozzini sabiex jintlaħaq l-aħjar ftehim biex anke dawn ikunu integrati fil-pjan loġistiku għall-pjazza u l-madwar. Zrinzo Azzopardi spjega wkoll kif saru laqgħat separati biex tiġi diskussa l-loġistika għall-aċċess ta' ambulanzi u servizzi oħra ta' emerġenza, aċċess għall- vetturi li se jġorru l-merkanzija lejn il-gabbani, loġistika u rotot dwar minn fejn jgħaddu delegazzjonijiet fi triqthom lejn il-Parlament u saħansitra kif il-proġett tad-daħla l-ġdida se jaffetwa l-Karnival. Tul il-laqgħat ta' konsultazzjoni, saħaq Zrinzo Azzopardi, il-Malta Public Transport saħansitra għamlu provi biex jevalwaw l-għażliet offruti mill-GHRC, sakemm intlaħaq qbil fuq l-aħjar soluzzjoni dwar rotot u maniġjar tat-trasport pubbliku. Zrinzo Azzopardi spjega li, "trid tneħħi dak li hemm bħalissa qabel tintervjeni bil-ġdid." Fl-istess ħin, waqt il-pjanijiet għad-daħla, proġett separat għar-restawr tal-funtana tat-Tritoni kien qiegħed isir simultanjament mid-direttorat għar-restawr. L-ewwel fażi tal-proġett, li se tibda f 'Settembru li ġej se tkun waħda kruċjali għall- immaniġġjar tat-traffiku, fejn se jsir intervent viċin tal- lukanda biswit din il-pjazza, permezz ta' bini ta' roundabout sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jsuqu b'mod aktar ordnat jew lejn Triq l-Assedju l-Kbir jew tul iż-żona magħrufa bħala l-Biskuttin, minn fejn aktar minn kollox, se sservi bħala r-rotta l-ġdida fejn il-karozzi tal-linja ser jibdew iwaqqfu lin-nies, minflok mad-dawra tal-funtana, bħalma qiegħed isir bħalissa. Fl-istess ħin, waqt l-ewwel fażi b'risq l-immaniġġjar tat-traffiku, se jibda wkoll ix- xogħol fuq ir-restawr tal-pont li jwassal għal bieb il-Belta u l-pont tal-ferrovija l-antika. Qabel jibda x-xogħol fuq il-pjazza, l-ewwel irid isir maniġjar tat-trasport pubbliku. Il-Perit Mario Bonello, li hu nkarigat minn dan il-proġett ta' riġenerazzjoni, saħaq li qabel jibda kwalunkwe xogħol ta' ristrutturar u pavimentar fil- pjazza tat-Tritoni, l-ewwel irid illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 6 MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jilqa' applikazzjonijiet fid-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation għal dan il-Post: Junior Legal Officer Id-dettalji ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,615 datata il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju 2016. L-applikazzjonijiet u dettalji huma aċċessibli permezz tal-link li ġej: www.recruitment.gov.mt fis-sezzjoni tas-'Sejħiet minn Barra' jew mill-Uffiċċju tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, il-Belt Valletta fuq numru tal-telefon: 2247 9900. L-applikazzjonijiet iridu jaslu sa nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) tal-Ġimgħa, 12 t'Awwissu 2016. MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jilqa' applikazzjonijiet fid-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation għal dan il-Post: Junior Legal Officer Id-dettalji ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,615 datata il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju 2016. L-applikazzjonijiet u dettalji huma aċċessibli permezz tal-link li ġej: www.recruitment.gov.mt fis-sezzjoni tas-'Sejħiet minn Barra' jew mill-Uffiċċju tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, il-Belt Valletta fuq numru tal-telefon: 2247 9900. L-applikazzjonijiet iridu jaslu sa nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) tal-Ġimgħa, 12 t'Awwissu 2016. 150 laqgħa, 8,000 metru kwadru minn 50 siġra u 10 gabbani Il-Pjanijiet għall-proġett jinsabu esebiti għall-pubbliku fil-bini tal-Parlament