Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Għawdex 14 Fost il-ħsejjes tal-festa: il-ħsejjes 'Gozo at arms' MATUL l-ijieli sajfin ta' nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 29 u 30 ta' Lulju, il- hemda fir-raħal sabiħ ta' Kerċem inkisret bil-ħsejjes melodjużi ta' festa ta' lwien, mużika, kant, żfin, ikel u tradizzjoni mħallta ma' ħsejjes dinamici u avventurużi ta' muturi Trials, Enduro u Cross li ngħaqdu flimkien biex taw wirja eċċezzjonali u mill- isbaħ. Il-Gozo Motocross Association organizzat it- tieni edizzjoni ta Xtreme Trials and EnduroCross - avveniment differenti minn tas-soltu fejn muturi Trials, Enduro u Cross ingħaqdu flimkien, ħarġu mill- ambjent naturali tagħhom u kkompetew flimkien ġewwa r-raħal ta' Kerċem. Għall-kompetizzjoni EnduroCross l-assoċċjazzjoni ħasbet li tarma trakka artifiċjali fi spazju miftuh, fejn numru t'ostakli fosthom zkuk, ġebel, tyres kbar u żgħar, rombli tal-cable tad-dawl, friegħi tas-siġar, għadajjar tal-ilma u diversi oġġetti oħra ġew poġġuti mal-art biex jipprovdu passaġġ minn fejn is-sewwieqa kellhom jgħaddu bil- muturi tagħhom. Din it-tip ta' kompetizzjoni ġiet introdotta dawn l-aħħar snin fl-Amerika kif ukoll f 'pajjizi Ewropej. Għall- gzejjer Maltin, din hija t-tieni darba li qatt kien hemm tentattiv biex dan l-avveniment iseħħ. Il-GMA ħadmet bla heda flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Kerċem biex mhux biss issir kompetizzjoni ta' dan it-tip, imma wkoll tkun ta suċċess kbir. Integrata fl-istess trakka kien hemm is-sezzjoni għal- muturi Trials. Hawnhekk tpoggew karozzi 'scrap', rombli kbar, blokki tal- konkrit u diversi ostakli oħrajn li flimkien offrew pjattaforma interessanti Ir-raħal ta' Kerċem inbidel fi trakka naturali u selvaġġa għal muturi Dokumentarju dwar l-istorja militari f'Għawdex minn żmien il-Medju Evu sal-lum minn John Busuttil SITT xhur ilu kont laqqajtkom ma' grupp ta' żgħażagħ li ħolqu dar ta' produzzjoni tal-filmografija f 'Għawdex. Dar maħluqa minn Amadeo u Michael meta minn ħbiberija ta' bejniethom, ħbiberija bejn żewġ persuni li kollox kien jindika li kien improbabbli li jistgħu joħolqu xi ħaġa bejniethom. Għax Amadeo kien 'filmmaker' dilettant li kellu l-ewwel impatt mal- films meta kellu ħames snin u kien ħa sehem fil-film ta' Armand Assante 'Odysseus' filwaqt li Michael kien tabib b'pinna tajba spirat minn Bernard Cornwell u Jack London. Dan kollu u aktar fid-dettal kont ktibtu sitt xhur ilu fuq dawn il-paġni dedikati lill- Għawdex u l-Għawdxin u kont ikkumentajt fit-tul fuq il-livell tal-attività artistika li bdiet tittella' fil-gżira Għawdxija minn għadd ta' żgħażagħ mehdija fil-qasam tal-filmografija. Ħafna drabi, dak li wieħed jitkeb, jaqrawh meta nkiteb u jekk ma ssegwihx kollox jintefa maż-żmien. Hawn min jibda u jieqaf, iżda mhux in-nies u d-dar tal-produzzjoni, Three Generations Down fejn għadhom qed jaħdmu ġmielhom u d-dar tal- produzzjoni tinsab għaddejja b'ċertu ritmu mgħaġġel din is-sena. Għalhekk ħassejt li għal darb'oħra fuq dawn il-paġni nwassal dak li qed jaħmu u x'għamlu f 'dawn is-sitt xhur li għaddew u x'għandhom f 'moħħhom jagħmlu fix-xhur li ġejjin. Iktar kmieni, il-grupp nieda reklam kummerċjali għall-entità www.visitgozo. com, li indirizza s-suq tat-turist domestiku. Il-materjal kien milqugħ ferm tajjeb mill-pubbliku onlajn u ta spinta oħra lill-pubbliċità ta' din id-dar żagħżugħa Għawdxija. Fil-ġimgħa li għaddiet tnieda reklam ieħor, din id-darba għal kumpanija privata, però karatterizzat bl-istess elementi ta' tribut lejn Għawdex, preżenti din id- darba b'reklamar tal-gżira bħala destinazzjoni internazzjonali; proġett li ra diversi uċuh ġodda, inkluż Jason Vella, li ngħaqad flimkien ma' Marie Clare Grima u Manuel Xuereb fid-dipartiment tal-kamera, b'Felix Buhl u Donald Said jissieħbu fir-rigward ta' produzzjoni. It-tim żagħżugħ imbarka fuq sfida oħra dan is-sajf, fejn fi ħdan TGD qed jiġi prodott dokumentarju storiku fil-gżira Għawdxija. Id- dokumentarju jġib l-isem ta' 'Gozo At Arms' u se jkun qed jindirizza • Nhar is-Sibt jittella' lejl artistiku fi ċ-ċinema 'Citadel' minn Three Generations Down • Qed ifi ttxu u jintervistaw veterani minn kunfl itti riċenti TGD qed ifittxu u jintervistaw veter- ani minn kunflitti riċenti. Il-midalji murija fir-ritratt huma ta' wieħed mill-ħafna Għawdxin li servew fil- militar fit-Tieni Gwerra Dinjija L-avveniment li jmiss għal TGD 'Night at the Flicks'