Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Feature 11 Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Appuntament reliġjuż jew xalar bla rażan? kantati u twal? Is-sit illum.com.mt staqsa lil qarrejja tiegħu jekk jaħsbux li l-festi għadhomx reliġjużi fil-ġurnata tal- lum. L-akbar numru ta' nies li pparteċipaw wieġbu fin-negattiv. Fil-fatt, 40.3% iħossu li llum il-festi huma biss okkażjoni għax-xorb u xalar, minnha nnifisha xi ħaġa li hija minnha, għalkemm probabbilment mhux biss. Min-naħa l-oħra, 23% ma jaqblux u jħossu li l-aspett reliġjuż għadu importanti għax fil-festa jingħata ġieħ lill- patrun/a tar-raħal. Il-patrun jibqa' ċentrali ħafna għall- festa, anke jekk għad fadal ħafna li għalkemm suppost jiċċelebraw ħajjet il-qaddis, ftit li xejn jafu dwaru u dwar u dwar ħajtu. L-ILLUM tkellmet ma' Mario Coleiro, wiċċ familjari ħafna mal-eluf ta' telespettaturi tal-programm 'Ħadd Għalik' u persuna akkinita ferm għal dak kollu relatat mal- festi, knejjes, qaddisin u storja. Coleiro ma jaqbilx li l-festi huma biss okkażjoni għal xalar u briju u jfakkar kif "għad hawn persentaġġ kbir ta' Maltin li għalihom il-festi li jsiru fil-knisja u ħajjet il-qaddis huma ferm importanti." Huwa, fil-fatt jiddeskrivi l-festi bħala "żwieġ bejn ir-reliġjon u ċ-ċelebrazzjonijiet tal- poplu." Għalkemm jammetti li hawn parroċċi li abbandunaw il-festi li jsiru fil-knejjes, iżid ifakkar li għad hemm ħafna postijiet fejn id-devozzjoni u l-attendenza għaċ-ċerimonji tal-knisja ma jonqsux. Mitlub jagħti eżempji tanġibbli ta' dan, Coleiro jsemmi fost l-oħrajn kif għan-novena li ssir għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f 'Bormla, il-Knisja Kolleġjata Arċipretali ta' Bormla tkun dejjem ippakkjata bin-nies. Isemmi wkoll kif minkejja s-sħana qawwija ta' nofs Awwissu il-Bażilika ta' Sant'Elena timtela' daqs bajda wara li l-purċissjoni tidħol lura għall-ħabta tal- 11:00am. Il-festi qed jikbru jew le? L-ILLUM staqsiet lil Coleiro jekk jaħsibx li l-festi humiex jikbru jew le, jekk hux qed jikber jew hux qed imajna l-interess f 'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. "L-interess fil-festi qed jikber," tkun l-ewwel risposta ta' Coleiro li jwissi wkoll dwar l-importanza li jkun hemm responsabbiltà ċara ta' min se jieħu ħsieb jorganizza l-festi. "Hemm bżonn," ikompli Coleiro, "li jkun hemm responsabbiltà ċara ta' min qed jorganizza l-festa u min se jieħu responsabbiltà, inkella jista' jkun hemm problema." Il-Festi: Niċċa turistika mhux sfruttata Naturalment, la qed nitkellmu dwar il-festi ma stajniex ma nitkellmux dwar l-importanza li dawn jagħtu lill-valur turistiku ta' pajjiżna. Din il-gazzetta staqsiet lil Coleiro jekk iħossx li l-festi qed iservu ta' vetrina biżżejjed għal pajjiżna. Mingħajr wisq sorpriża, Coleiro iwieġeb fin-negattiv hekk kif huma ħafna dawk it-turisti li jew meta jiġu Malta qatt ma jmorru festa, jew inkella jmorru biss għax jaħslu 'jaħbtu fiha'. "Hemm bżonn li l-festi Maltin ikunu mibjugħin b'mod tajjeb lill-barranin u nirreklamawhom kif suppost u kif xieraq. Hemm ħafna li nistgħu nuru lit- turisti u ħafna li nistgħu nkellmuhom dwarhom meta jiġu l-festi tagħna, imma minflok nirreklamawhom ftit u meta nġibu lit-turisti nħalluhom fil-pjazza għal ftit ħin u daqshekk. Lanqas biss ikunu jafu fejn qegħdin jew x'qed jaraw." Coleiro jisħaq dwar il-bżonn li l-festi ikunu mmirati għat-turist ukoll, fis-sens li min qed jorganizza, jagħmel dan ukoll bit-turist f 'moħħu. "Jekk se jiġu t-turisti, pereżempju, nistgħu n-nar naħarquh ftit qabel mhux fis-siegħa ta' filgħodu u b'hekk ikun gawda kulħadd minnu, anke t-turisti li mbagħad jerħulha għall- lukanda." Ritratt: Għaqda Każin Banda San Filep Ritratti: Ray Attard XALAR?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016