Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

F 'ħafna reklami tal-assigurazzjoni tinstema' l-frażi "il- passat mhuwiex garanzija tal-futur". Ħafna drabi,min ikun qed jagħmel ir-reklam, jgħid din il-frażi b'għaġġla u ma jagħtuhiex ħafna importanza. Imma tkun il-verità - fid-dinja finanzjarja ħadd ma jista' jiggarantixxi li dak li ġara, jerġa' jseħħ, jew affarijiet li qatt ma ġraw, mhux se jiġru. Din il-frażi lanqas ma tgħodd għal dak li ġara fid-Dipartiment tal-Artijiet fl-aħħar ġimgħat. Anzi, bit-tibdil kollu li Joseph Muscat u Deborah Schembri qalu li għamlu, għandna garanzija waħda: li l-passat huwa garanzija tal-futur, u li Cafè Premier u Gaffarena se jerġgħu jseħħu għaliex il-politiċi għadhom bil- kontroll dirett ta' dak li jiġri fl-Awtorità tal-Artijiet. Fil-ġimgħat li għaddew, għamilna sigħat twal niddibattu fil-Parlament - kemm fil-Plenarja u anke f 'livell ta' Kumitat - iżda l-Gvern baqa' jwebbes rasu fuq numru ta' affarijiet li jqajmu ħafna dubji dwar għalfejn Deborah Schembri baqgħet tinsisti li tgħaddi tagħha. Fost l-oħrajn li l-Gvern baqa' jwebbes rasu fuqhom hemm: • li fuq il-Bord tal- Gvernaturi, il-Gvern jinnomina Membri Parlamentari. Ħadd ma jista' jifhem għalfejn il- Gvern qed jibqa' jinsisti li jkun hemm indħil politiku u hija konferma wkoll li l-Gvern ma tgħallem xejn mill-konklużjonijiet taż- żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskandli tal-Cafè Premier u ta' Gaffarena. • li l-avukat, il-perit u l-awditur fuq il-Bord tal-Gvernaturi ma jkunux innominati mill-istess Gvern, iżda għandhom ikunu nnominati mill- kmamar professjonali u rispettivi, jiġifieri l-Kamra tal-Periti, l-Kamra tal- Avukati u l-Institute of Accountants. Aħna, tal- Oppożizzjoni, favur is- sussidjarjetà u għalhekk irridu l-indipendenza tal- awtorità. Hawnhekk nixtieq insellem lill-Kamra tal-Periti li tkellmet dwar dan u anke hi għamlet l-istess proposta li għamilna aħna. Iżda l-Gvern li jisma', ittarrax u la sema' lilna u lanqas mill- Kamra tal-Periti. • biex iċ-Chairperson ma jidhirx għal smigħ quddiem Kumitat Parlamentari, kif wara kollox, wiegħed Joseph Muscat stess fil- programm elettorali tiegħu. Din hija t-tielet darba li fi kwistjonijiet tal-ambjent u l-artijiet, Joseph Muscat qed jikser din il-wegħda, wara l-vot kontra l-emendi tal-Oppożizzjoni fl-Awtorità tal-Ippjanar u fl-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent. • biex l-Awditur Ewlieni tal-Verifika ma jintgħażilx u ma jweġibx lill-Awditur Ġenerali biex tassew ikun awtonomu u fil-libertà li jinvestiga allegazzjonijiet serji, u mhux iwieġeb lil min ikun ħatru. Għal dawn il-proposti kollha, sibna bieb magħluq. Għaliex? Faċli, għaliex il-passat huwa garanzija tal-futur, u dak li għamlu Muscat u Schembri huwa biss daħq fil-wiċċ. Dan huwa Gvern li jrid jibqa' jikkontrolla kollox hu, mill-A saż-Ż. Dan deher ukoll fid-dibattitu li kellna fil-Parlament din il-ġimgħa fejn il-Gvern, flok saħħaħ il-Parlament, ra kif għamel biex saħħaħ l-operat tal- Gvern. Iż-żewġ skandli kbar fid- Dipartiment tal-Artijiet - għax saru bosta skandli fuq livell iżgħar - saru f 'Kastilja, b'interventi diretti tal-Prim Ministru fl-iskandlu tal-Cafè Premier u ta' Michael Falzon fl-iskandlu ta' Gaffarena. Jiġifieri l-problema la kienet fl-impjegati u lanqas fl-istruttura - l-problema kienet Kastilja, l-problema hi Kastilja u l-problema se tibqa' Kastilja. Il-Partit Nazzjonalista - kuntrarju għall-Gvern - ma webbisx rasu. Ħa sehem fid-dibattitu Parlamentari, ressaq emendi - wħud minnhom li ġew aċċettati iżda oħrajn (u ta' prinċipju) ma ġewx. Nixtieq nirringrazzja lill-Perit Toni Bezzina u lil Francis Zammit Dimech li fil-Kumitat tal-Abbozzi tal-Liġijiet taw kontribut importanti f 'dan id-dibattitu bil-għan li nsaħħu din l-Awtorità l-ġdida. Iżda inutli li jkollok Oppożizzjoni b'saħħitha u effettiva li trid tassigura l-indipendenza fl- awtoritajiet, meta jkollok Gvern rasu iebsa, Gvern li ħataf l-istituzzjonijiet kollha, bħalma għamel fil- Korp tal-Pulizija, l-Armata, l-Awtorità tal-Ambjent u anke l-Awtorità tal-Artijiet. B'hekk, ma' Joseph Muscat, għandna garanzija waħda: li l-passat huwa garanzija tal- futur, għaliex Muscat kien, għadu u se jibqa' b'kontroll dirett tal-artijiet ta' pajjiżna. Ryan Callus huwa Kelliem tal-Ambjent, l-Artijiet, l-Ippjanar u l-Infrastruttura għall-Partit Nazzjonalista illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Opinjoni 16 Il-passat hu garanzija tal-futur RYAN CALLUS "Cafè Premier u Gaffarena se jerġgħu jseħħu għaliex il-politiċi għadhom bil- kontroll dirett ta' dak li jiġri fl-Awtorità tal- Artijiet" "Dan huwa Gvern li jrid jibqa' jikkontrolla kollox hu, mill-A saż-Ż" Café Premier u Gaffarena se jerġgħu jseħħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016