Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

K ull min bħali, għandu t-tfal żgħar jew inkella kull min hu dilettant tal-films, żgur ra xi xena f 'xi film tal-fantaxjenza fejn fi ġlieda b'xi laser maġiku, wieħed jitfa' r-raġġi jew sajjetti fuq l-ieħor, u l-ieħor bil-palma ta' jdejh jaqbad dak li jkun ġej għalih b'subgħajh u jerġa' jixħtu lura minn fejn ġie u l-ewwel wieħed jispiċċa mimdud mejjet mal-art. S'intendi, m'għandniex xi ngħidu, dawn huma affarijiet tal-fantaxjenza però tarahom kemm tarahom, dawn it-tip ta' xeni jibqgħu jogħġbuk. Huwa evidenti li bħalissa, fil-Partit Nazzjonalista għaddej perjodu ta' riflessjoni wara tliet snin u iktar ta' Oppożizzjoni mmexxija minn Simon Busuttil. Kif jien l-ewwel wieħed ili ngħid diversi drabi, bl-istrateġija ta' żvugar ta' ħdura li qabad Simon Busuttil wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet kontra kull ħaġa li anke inċidentalment hi konnessa mal-Gvern, fl-aħħar mill-aħħar kien se jispiċċa, bħal dak il- karattru tal-fantaxjenza li semmejt qabel, iweġġa' hu politikament u stendut mal-art. Fi kliem ieħor- boomerang. Mhux qed ngħid li min ikun fil-mira tal-iżvugar ta' ħdura ma jħossx jew personalment ma jweġġax. Iweġġgħu huma u l-għeżież tagħhom. Iħossu li d-dinjità u r-reputazzjoni li tant ħadmu biex bnewha, ġiet imċaqqma. Iżda għal diversi raġunijiet, inkluż l-istorja politika nnifisha li turi hekk - infallibbilment l-iżvugar tal-ħdura jġiegħlek tkun popolari u kuntent mal-hardcore tiegħek momentarjament, però jċekknek mal-istragrandi maġġoranza tal-bqija tas- soċjetà li l-ħdura ddejjaqhom u li jinteressawha l-ideat u l-miżuri li bihom il-familji u negozji Maltin u Għawdxin jimxu 'l quddiem. Mhux qed ngħid lanqas li l-istituzzjonijiet li jkunu fil-mira tal-iżvugar ta' ħdura ma jħossuhiex. M'għandix dubju li l-Qrati, il-ġudikanti, l-Awtorità tax-Xandir, l-Awditur Ġenerali, l-Avukat Ġenerali, ix-Xandir Nazzjonali u issa l-FIAU ħassewha meta Simon Busuttil idawwar il- kanuni fuqhom min b'mod u min b'ieħor u jħossuha għax l-inġustizzja tweġġa' u ddarras. Biss fil-mument li jagħmel hekk, il-balla tal-kanun li jkun waddab Simon Busuttil iddur lura fuqu u tixħtu mal- art. Mhux se nkun jien li nagħti lil Simon Busuttil pariri x'għandu jagħmel biex isir Oppożizzjoni kredibbli. Dak jarah hu. Anke għax egoistikament nixtieq ħafna li Simon Busuttil jibqa' hu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl- elezzjoni ġenerali li ġejja. Birżebbuga Għandhom raġun in-nies ta' Birżebbuga jinkwetaw meta semgħu lil Simon Busuttil jagħti x'jifhem li hu favur li l-Freeport ikompli jespandi. Il-konsegwenza loġika hi wkoll li ladarba Simon Busuttil ta x'jifhem li hu favur li l-Freeport ikompli jespandi, allura huwa ta x'jifhem ukoll li jkun favur li l-Freeport tieħu art li bħalissa għadha mhix żviluppata (ODZ). Meta kont għadni naħdem ta' Avukat fl- uffiċċju ż-Żejtun kienu spiss jiġu residenti minn Birżebbuga jilmentaw miegħi dwar l-istorbju li kien tant idejjaqhom u li kien ikun ġej mill- Freeport. L-istess residenti għadhom jiġu jkellmuni llum u nissimpatizza ħafna magħhom. Allura meta semgħu lil Simon Busuttil jagħti x'jifhem hekk, bir-raġun inkwetaw li s-salib li qed iġorru bħalissa, jekk Simon Busuttil kellu jsir Prim Ministru, se jkompli jikber. Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab spalla ma' spalla mar-residenti ta' Birżebbuga. Din hi d-differenza bejn iż- żewġ mexxejja. Ir-residenti ta' Birżebbuga dan jafuh tajjeb ħafna. Irqad Naf li għal ħafna nies, tinstema' xi ħaġa mhux importanti, iżda l-ammont ta' sigħat li wieħed jorqod kien dejjem suġġett li jinteressani u kull artiklu li jiġi għal idejja li jiddiskutu dan, naqrah minn fuq s'isfel. Ili ħafna nsegwi dan is- suġġett għaliex nemmen li l-ammont ta' sigħat li wieħed jorqod huwa fattur determinanti dwar kemm bniedem kapaċi jagħmel sigħat produttivi matul il- ġurnata, u kemm bniedem hu effettiv f 'xogħlu u fil- ħarsien tas-saħħa tiegħu. Iż-Żejtun, fejn trabbejt, kien hemm qisu l-idjoma li bniedem għandu jimxi mar-regola ta' tmien sigħat – tmien sigħat irqad, tmien sigħat xogħol u tmien sigħat mal-familja jew mistrieħ. Malajr indunajt li fis-seklu 21, din l-idjoma tat-tmien sigħat ma taħdimx! Skoprejt li ħafna nies fin-negozju u l-politika barra minn Malta li għamlu suċċess, iddixxiplinaw lilhom infushom li jorqdu sitt sigħat, bl-iktar ħinijiet popolari fost dawn ikun li jorqdu bejn nofsillejl u s-sitta ta' filgħodu. S'intendi, kruċjali ma' dan kollu hu t-tip ta' ikel u xorb li wieħed jiekol u l-eżerċizzju li wieħed jagħmel biex jiffaċilità l-aqwa output li wieħed jista' jikseb. Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | Opinjoni 17 Boomerang OWEN BONNICI "Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab spalla ma' spalla mar- residenti ta' Birżebbugia.... ir-residenti ta' Birżebbugia dan jafuh tajjeb ħafna" Ritratt: Anthony Xuereb San Pietru fuq id-dgħajjes fi sfond tal-Freeport li l-Kap tal-PN jaqbel li jitkabbar. Joseph Muscat ma jaqbilx minħabba l-effett fuq ir-residenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016