Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 24 Kummerċjali Ilbieraħ, is-6 ta' Awwissu, il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-MaltaPost nedew prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il-mitt anniversarju mit-twelid tal-eks Prim Ministru ta' Malta, Dom Mintoff. Il-prodott huwa sett li jikkonsisti f 'munita tal-fidda u replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal- fidda. Il-munita, maħduma fir-Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta' Malta u s sena tal-ħruġ 2016 fuq in-naħa ta' quddiem, filwaqt li fuq in-naħa ta' wara hemm xbieha ta' Dom Mintoff. Ir-replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal-fidda ġiet prodotta wkoll għall-MaltaPost mir-Royal Dutch Mint, u turi l-bolla postali ta' €3 bi xbieha ta' Dom Mintoff. Il-munita, li tista' wkoll tinxtara waħedha, għandha valur nominali ta' €10. Il- munita hi maħduma f '0.925 fidda, tiżen 28.28 grammi u għandha dijametru ta' 38.61 mm. Il-munita hi maħduma f 'verżjoni proof u l-istampar tagħha hu limitat għal 2,000 munita. Il-munita kienet iddisinjata u mnaqqxa mill- artist Malti Noel Galea Bason. Dan il-prodott konġunt hu disponibbli f 'kaxxa attraenti u huwa limitat għal 500 sett. Is settijiet jistgħu jinxtraw mill-Malta Coins Distribution Centre (MCDC) fil-bini prinċipali tal-Bank Ċentrali ta' Malta, fi Pjazza Kastilja ġewwa l-Belt Valletta, jew mill-e shop tal MCDC fuq is-sit elettroniku www.centralbankmalta.org/ products, u mill-fergħat tal- MaltaPost jew online permezz tas-sit elettroniku www. maltaphilately.com. Għal aktar tagħrif, il- pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill-MCDC billi jibgħat email fuq mcdc@ centralbankmalta.org jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7. Bolla u munita tal-fidda f 'għeluq il-100 sena mit-twelid ta' Dom Mintoff Delicata jtella' l-Classic Wine Festival f 'Għawdex dax-xahar L-14-il edizzjoni tad-Delicata Classic Wine Festival f 'Għawdex ser issir fi Ġnien il-Kunsill, in-Nadur, fid-19, l-20 u l-21 t'Awwissu 2016 mis-seba' ta' filgħaxija sa nofsilejl. Il-Festival hu ċelebrazzjoni ta' inbejjed, ikel u divertiment live. Ser ikun hemm 'il fuq minn għoxrin tip ta' inbid differenti ta' Delicata ta' kwalita' D.O.K. u I.G.T. – kemm minn Malta u minn Għawdex. L-għażla tinkludi nbejjed boutique bħal Victoria Heights, Gran Cavalier u Grand Vin de Hauteville, u marki oħra fosthom Medina, Maltese Falcon, Pjazza Regina, Frizzante, Classic Collection u Dolcino. Dawn kollha ser ikunu disponibbli biex wieħed iduq kemm jixtieq. Strettament, l-ebda inbid mhu se jingħata lil min hu taħt is-17-il sena, u l-viżitaturi huma mfakkra biex igawdu l-festival b'mod responsabbli. Is-sistema għad-dħul fil-Festival hi faċli. Id-dħul huwa b'xejn. Dawk li jixtiequ jduqu l-inbejjed, jistgħu jixtru wristband għal matul is-serata u tazza kommemorattiva għall-prezz ta' €14. B'hekk meta wieħed juri l-wristband fuq xi waħda mill-bankarelli tal-inbid imxerrda mal-ġonna jiġi servut l-inbid fit-tazza tal- Festival. Fost ikel varjat waqt il- Festival ser ikun hemm l-barbecue, majjal mixwi, ftajjar Għawdxin, baguettes, French crêpes, u ikel Ċiniż. Ser ikun hemm ukoll għall-bejgħ soft drinks u ilma. Minbarra nbejjed u ikel bnin, waqt il-Festival ser ikun hemm spettaklu ta' divertiment live kull filgħaxija bil-parteċipazzjoni ta' kantanti u bands ewlenin. Il-Ġimgħa jieħdu sehem Ronald Briffa, MAE, Elaine Haber, Gozo Boy, Pierre Zammit u Straight Ahead, filwaqt li s-Sibt ikun hemm Pierre Cordina, Novel Band, Rebecca Bonello, Isaiah Muscat, Kelly Cassar u Upper Lip. Il-Festival jintemm il- Ħadd bil-parteċipazzjoni ta' Francesca Zarb, Sarah Bonnici, D Capital, Joseph Refalo, Jolene Samhan, u Cash & Band. Ser ikun provdut servizz privat ta' shuttle bus kull filgħaxija bejn it-terminal fl- Imġarr sal-Festival fin-Nadur għall-prezz ta' €2 bir-ritorn għal kull persuna. Id-Delicata Classic Wine Festival fin-Nadur ser jittella' b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur u bl-appoġġ ta' Mapfre Middlesea, Petrolea, APS Bank, Mediterranean Building Finishes u Mediterranean Scaffolding Ltd. Aktar dettalji dwar il-Festival jinkisbu mis-sit: www.delicata. com jew billi wieħed iċempel fuq (356) 21 825 199. Delicata Classic Wine Festival fin-Nadur, Għawdex MAPFRE Middlesea u l-MUBE jiffurmaw ftehim kollettiv ġdid MAPFRE Middlesea u l-Malta Union of Bank Employees (MUBE) reċentement ikkonkludew negozjati għall-ftehim kollettiv ġdid tal-kumpanija. Il-ftehim kien iffirmat mill- President u Kap Eżekuttiv ta' MAPFRE Middlesea Felippe Navarro u l-president tal-MUBE William Portelli. "Il-Kumpanija hija impenjata li żżomm ambjent tax-xogħol pożittiv ma' approċċ modern u etiku lejn prattiċi ta' impjieg ibbażat fuq sħubija b'saħħitha mal-impjegati tagħna," qal il- Kap Eżekkutiv Felipe Navarro. Il-ftehim il-ġdid jinkludi għadd ta' titjib u benefiċċji għall-impjegati ta' MAPFRE Middlesea, inklużi kundizzjonijiet tax-xogħol aktar flessibbli. William Portelli esprima s-sodisfazzjon tiegħu fl-iffirmar ta' dan il-ftehim u esprima l-impenn tiegħu li jkompli jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-impjegati b'mod li huwa wkoll ta' benefiċċju għall- organizzazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016