Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

minn Albert Gauci Cunningham FIŻ-ŻMIEN li ġej mistenni jintlaħaq qbil bejn il-Gvern u s-sidien tal-gabbani li hemm fid-daħla tal-Belt Valletta. Fil-fatt, din il- gazzetta hija nfurmata li dan jista' jseħħ hekk kif is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid- Dipartiment tal-Artijiet Deborah Schembri kellha laqgħat ma' kull wieħed minn dawn is-sidien. Għalkemm kelliema għas- Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikar Amministrattiv ma xtaqitx tidħol fid-dettal dwar il-propostali saret lil tal- gabbani, din il-gazzetta tinsab infurmata li fil-fatt ma' Schembri s-sidien tal- gabbani qablu li jibqgħu fil-post sa Settembru. Dan wara li l-istess sidien kienu ordnati jiżgumbraw miż- żona f 'ittra mibgħuta mid- Dipartiment tal-Artijiet. L-ILLUM hija infurmata wkoll li fil-laqgħat li saru, Schembri serrħet ras dawk li joperaw il-gabbani, li se jkunu inkorporati mal- proġett li se jsir madwar il-funtana tat-Tritoni. (Ara iktar dwar il-proġett f 'paġni 6 u 7) Intant, l-indikazzjonijiet li għandha din il-gazzetta huma li mistenni qbil finali fiż- żmien li ġej. Kienet l-ILLUM li żvelat kif tal-gabbani kienu rċevew ittra ta' żgumbrament mill- post, wara li kienu bdew jiġu finalizzati l-aħħar pjanti għall-proġett tad- daħla tal-Belt li se jkun qed ibiddel il-pjazza ta' madwar it-Tritoni f 'waħda pedonali. L-ILLUM kienet żvelat ukoll kif kuntrarjament għall- pjani oriġinali, l-proġett tal- pjazza se jinkorpora għaxar gabbani. Mal-ILLUM numru ta' sidien tal-gabbani jew impjegati tagħhom kienu esprimew il-biżà li din iċ-ċaqliqa tista' tfisser it- telf tal-impjieg tagħhom, oħrajn kienu esprimew ruħhom hekk; "diġà tmejjel bina l-Gvern preċedenti dwar il-permessi, nispera li l-affarijiet ikunu differenti din id-darba." Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016| illum Aħbarijiet 3 Tal-gabbani jingħataw nifs...sa Settembru Deborah Schembri tiltaqa' mas-sidien kollha wara l-ittra ta' żgumbrament żvelata fuq l-ILLUM Deborah Schembri tiltaqa' ma' kull sid tal-gabbani...ftehim fil-qrib Oppożizzjoni għall-proposta ta' żvilupp f 'Għajn Tuffieħa L-ambjentalisti jopponu proposta għal twaqqif ta' water park f'Golden Bay IL-HERITAGE Parks Federation, li hija magħmula mill-għaqdiet Nature Trust Malta, Gaia Foundation u Din l-Art Ħelwa, u li hija nkarigata mill-ħarsien tal-Park tal- Majjistral urew tħassib serju dwar proposta li għamlet Transport Malta għal twaqqif ta' Water Park fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa, li hija żona marittima protetta. L-għaqdiet appellaw lill- Ministeru tat-Trasport u l-Awtorità għar-Riżorsi Ambjentali biex ma jingħatax permess għat- twaqqif ta' dan il-park, li jmur totalment kontra l-isforzi li qegħdin jittieħdu biex jinżamm l-ambjent intatt ta' din il-bajja li riċentament kisbet ukoll il-Blue Flag. Il-Federazzjoni saħqet li din il-proposta tmur kontra l-politika dwar iż-żoni marittimi protetti, fejn biha se ssir ħsara konsiderevoli permezz ta' ankraġġ fil-qiegħ tal-baħar. Minbarra dan, il- proġett tal-park akwatiku se jkun qed jokkupa 'l fuq minn 300 metru kwadru ta' żona ristretta għall-għawn, filwaqt li jżid b'mod konsiderevoli t-traffiku u l-volum ta' nies li digà jaħkem il-bajja. Minkejja d-daqs żgħir tagħha, Golden Bay diġà qabżet il-kwota tagħha fil-volum ta' sport akwatiku disponibbli fiha. Wara snin ta' talbiet min-naħa tal-federazzjoni, it-tneħħija tal-binja abbużiva tal-kiosk li kien hemm fuq il-bajja, ippermettiet lill-Managers tal-Park biex ikomplu x-xogħol siewi tagħhom fir-riġenerazzjoni tal-formazzjoni unika fir-ramel tal-bajja. Dan is- sajf, bħalikieku biex tagħti l-apprezzament tagħha għax- xogħol li sar fuq il-bajja, fekruna tal-baħar biedet il-bajd tagħha f 'Golden Bay. Il-bejta bħalissa qed tiġi mgħassa minn volontiera mit-tliet organizazzjonijiet li qed jaħdmu flimkien mal- ERA. Il-Federazzjoni qiegħda tittama li f 'din is-sitwazzjoni, jipprevali s-sens komun u ma jingħatax permess għal attività ta' Park Akwatiku f 'Golden Bay, li jkun ta' ħsara għall-ambjent tal-bajja u viżwalment intrużiv għad- dehra naturali tagħha. L-inkjesta tal-Allied Group ma tismax liż-żewġ xhieda prinċipali MINKEJJA li l-inkjesta li fetaħ il-grupp Allied, immexxija mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, issa hija magħluqa, l-ILLUM tinsab infurmata li ż-żewġ xhieda l-aktar importanti u fiċ-ċentru tal-akkużi kollha ma kinux investigati. Fil-fatt, id-Direttur Maniġerjali tal-Allied Group kellu jirreżenja wara allegazzjonijiet li saru fil- konfront tiegħu mill-blogger Daphne Caruana Galizia. Fuq il-blog tagħha hi kienet allegat li Hillman kien qed jirċievi ħlas illeċtu għal pjaċir jew xi forma ta' qbil mal- kumpanija Kasco, immexxija miċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Kemm Hillman kif ukoll Schembri ċaħdu kull allegazzjoni fil-konfront tagħhom. Minkejja li l-akkużi prinċipali kienu fuq dawn it-tnejn, l-ILLUM hija infurmata li la Hillman u lanqas Schembri ma kienu msejħin biex jidhru quddiem il-bord ta' inkjesta. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-eżitu tal-inkjesta ġie mgħoddi lill-bord tal-Allied Group. Mhux magħruf x'deċiżjonijiet ittieħdu mill- istess bord wara li l-eżitu tal-inkjesta 'Bonello' ġiet diskussa. Hillman kellu jirriżenja mill-kariga tiegħu b'dik li skont il-protokoll hija magħrufa bħala 'contructive resignation' hekk kif il-pożizzjoni tiegħu fil- kumpanija ma baqgħetx waħda tenibbli. Mhux magħruf jekk Hillman hux se jkun qed jipproċedi b'xi mod kontra Allied Group. L-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello Adrian Hillman Keith Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016