Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 33 It-Triq 'il quddiem għall-MFA minn Cristian Antony Muscat FIL-LAQGĦA Ġenerali Annwali tal-MFA li saret nhar is-Sibt 30 ta' Lulju li għadda f 'lukanda ewlenija fil-Floriana, ingħataw dettalji rigward dik li qed tidher bħala t-triq 'il quddiem għall-MFA immexxija b'abilità kbira mill-president Norman Darmanin Demajo, li se jkun qed ikompli jokkupa din il-kariga għat-tliet snin li ġejjin, flimkien ma' esponenti prinċipali oħra fosthom is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo u l-Viċi President Chris Bonett. Dan fost esponenti oħra fl- amministrazzjoni ċentrali ta' din l-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol lokali, li jaħdmu qatigħ għall-akbar ġid tal-futbol lokali. Intant, it-triq 'il quddiem għall-MFA ġiet spjegata fid-dettall mill-President tal-istess assoċjazzjoni, Norman Darmanin Demajo, fid-diskors tiegħu tal- għeluq ta' din il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fejn fost oħrajn, spjega li l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali huwa wieħed antik u b'hekk l-MFA trid issib il-fondi biex timbarka fuq proġett li jkun qed jirrinova dan l-istadium. Dan wara x-xogħol impekkabbi li qed isir bħalissa fuq it-turf ta' dan l-istadium, liema xogħol miexi b'ritmu tajjeb u sal- aħħar ta' Awwissu għandu jkun lest. Il-President tal-MFA spjega li din hija t-trend tal-futbol fl-Ewropa, hekk kif bosta stadia madwar l-Ewropa kollha qed jiġu mibdula u rinnovati. Huwa kompla li l-MFA trid tkompli tikkomunika u tidħol fi fi djalogu mal- istakeholders kollha tal- MFA. Huwa saħaq li jridu jkomplu juru lil kulħadd li huma jinsabu fuq l-istess naħa tal-klabbs konċernati u mhux f 'konfrontazzjoni magħhom. Huwa kompla li l-MFA se tkun qed tiffinanzja lill-klabbs tal-Premier biex ikollhom amminstratur full-time jew part-time. Dan hekk kif l-MFA se tkun qed toffri s-somma ta' €25,000 fis-sena biex il-klabbs tal-Premier bejniethom ikollhom persuna jew saħansitra tnejn jaħdmu f 'din il-kariga mill-aktar importanti, speċjalment biex jiġi assigurat il-fatt li l-klabbs Maltin ikunu qed jaħdmu fuq bażi semi- professjonali. Dan minbarra l-fatt li l-MFA se tkun qed tipprovdi wkoll uffiċċju ta' amministazzjoni, li jkun qed jitmexxa b'mod indipendenti mill-klabbs tal- Premier. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Norman Darmanin Demajo, qal li matul it-tliet snin li ġejjin li fihom se jkun qed jokkupa l-kariga ta' president tal-MFA, huwa se jkompli jagħmel l-almu tiegħu biex jara li l-futbol Malti jkompli javvanza fil-livelli, waqt li jixtieq jara xi proġetti li għandu f 'moħħu jsiru realtà. Huwa kkonkluda billi qal li l-fiduċja assoluta fih, riflessa fil-vot kbir favur tiegħu mid-delegati preżenti waqt din il-Laqgħa Ġenerali, se tkompli tixprunah bis-sħiħ biex huwa jkompli jkun ta' servizz għal kull min iħobb il-logħba tal-futbol f 'pajjiżna. Intant, tajjeb ngħidu wkoll li mill-istaġun li ġej se jkun qed jitneħħa l-qsim tal-punti, f 'mossa li ġiet imfaħħra bis-sħiħ minn bosta segwaċi tal-futbol lokali, waqt li mill-istaġun 2017/18, il-Kampjonat Premier se jkun kompost minn 14-il tim fuq bażi ta' 'round robin', fejn kulħadd jilgħab darbtejn kontra xulxin, u jiġu relegati l-aħħar żewġ timijiet, waqt li t-tim li jtemm fil-post ta' qabilhom ikun qed jilgħab play-off kontra t-tim li jkun temm fit-tielet post tad- diviżjoni l-oħra. Dan se jkun jgħodd għad-diviżjonijiet kollha. waħda mill-aqwa atleti f 'pajjiżna sabiex tasal għal dak il- għan, u hi hekk għamlet bl-għajnuna u s-sapport li sabet mingħand diversi nies fosthom il-kowċ tagħha Mario Micallef, il-kowċ nazzjonali Ivan Rozhnov, Edwin Attard - president tal-MAAA, il-Kumitat Olimpiku Malti li tiegħu Francesca hija atleta Elite, SportMalta, ħbieb u familjari kif ukoll l-isponsors ewlenin tagħha: Malta Nutrition, Medcomms Malta, St. Aloysius' Sports Complex kif ukoll Joma Full Marks Sporting. Għalkemm dan l-istaġun għadu kemm ġie fi tmiemu fuq nota daqshekk pożittiva, Francesca diġà tinsab ħerqana ħafna għall-istaġun li jmiss, fejn lesta li tkompli taħdem b'dedikazzjoni u determinazzjoni kbira sabiex tkompli ttejjeb il-ħin personali tagħha kif ukoll tirrapreżenta lil pajjiżna internazzjonalment, fosthom fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar, fejn hi diġà kisbet il-Minimum Qualifying Standard biex tipparteċipa fit-800m. Ix-xewqa ta' Francesca hi li fil-futur qrib tirrapreżenta lil pajjiżna fil- Logħob Olimpiku, kif ukoll li tirbaħ midalji individwali f 'logħob internazzjonali oħra ta' livell għoli. Francesca tammetti li din it triq mhijiex waħda faċli għaliex ta' kuljum trid tlaħħaq ma' diversi affarijiet oħra apparti t-taħriġ intensiv, fosthom xoghol 'full time', però hi tinsab lesta li tagħmel dak kollu possibli sabiex tkompli tagħmel il-ħolm tagħha realtà u tkompli tagħti raġun lil dawk kollha li jemmnu fiha. Francesca Borg fl-azzjoni Ritratt: Wally Galea Norman Darmanin Demajo jifraħ wara li ġie kkonfermat bħala president tal-MFA għat-tliet snin li ġejjin Dehra tal-grawnd tal-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali bid-diversi xogħlijiet li qed isiru fuqu Ritratt : Paul Zammit Cutajar / MFA Ritratt: Joe Borg