Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-inċertezza li bħalissa qiegħda ddur madwarek, trid tagħraf tikkontrollaha speċjalment fejn tidħol ir-relazzjoni tiegħek fl-imħabba. Il-ġranet li ġejjin jafu jkunu ftit diffiċli imma bħala per- suna li temmen fik innifsek għandek tkun b'saħħtek biżżejjed biex din l-inċertezza tingħeleb. Jekk int ma tgħarafx tem- men fik innifsek, ikun kollu għal xejn dak kollu li qed tagħmel. Dan huwa mument ta' prova għalik. Emmen fik u imxi. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 26 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Bidla fil-ħajja tiegħek minn barra, tkun tidher bħala waħda sabiħa u pożittiva, imma minn wara, fiha ħafna iktar x'taħseb għax issa int taf se terfa' iktar responsabbiltà u trid tagħraf tuża iżjed moħħok minn qatt qabel sabiex tagħraf timxi f'din id- direzzjoni l-ġdida. Imma l-aktar li trid tagħraf huma n-nies ta' mad- warek għax min sejjer ikun lest sabiex jagħtik xi gambetta u sin taf tkun ta' ħsara kbira. Tafdax u agħraf iżjed. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 21 u 38. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Magħrufin fil-karattru tagħkom bħala persuni b'ras iebsa, hu san l-aktar li se jispikka bħalissa. Ir-ras iebsa tagħkom għalkemm hemm ċertu raġuni għal dan, imma xi kultant, fil-ħajja trid tkun ftit bilanċjata wkoll, anke meta taf li għandek raġun, speċjalment jekk sitwazzjoni tkun xi ħaġa li se tħabbat wiċċek magħha kuljum. Għalhekk, tajjeb li turi li int għandek raġun, imma ibqa' miexi. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 15, 26 u 31. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April dal-20 ta' Mejju Jonfoħ kemm jonfoħ ir-riħ kontra tiegħek, int trid tkun b'saħħtek biżżejjed li tibqa' sod. Dan huwa mument li int qed tara l-affarijiet ġejjin xi ftit kon- tra tiegħek. Għalhekk huwa ħafna importanti li minn dak li qed jiġri, tara x'hemm bżonn ta' bidla, tara x'inhuma l-punti kardinali li int trid iżżomm, u dawk li issa m'għadhomx aktar vijabbli għall-ħajja ta' madwarek. Meta din il-fażi tgħaddi, int se tagħraf kemm int persuna aħjar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 23 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa wasal il-mument li int issib ftit spazju għalik sa- biex tiffoka aktar fejn huwa l-aktar li għandek tkun iffukat. Wara l-esperjenzi li int għaddejt minnhom, issa trid tinġabar ftit għalik fejn trid tagħmel ftit ta' analiżi bir-reqqa fejn huwa l-aħjar li int tinvesti l-enerġija tiegħek. Minn dak li int għaddej, għandek tkun taf biżżejjed fejn għax-xhur li ġejjin trid tibda tiffoka. Riżultati aktar ta' sodisfazzjon, ġejjin lejk. Agħraf. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm tipprova tkun kawt fir-relazzjoni tiegħek, int qiegħed tinduna b'aktar mod ċar li dak kollu li int qiegħed tagħmel, m'huwa jiswik xejn għax dak li int tixtieq verament ġewwa fik, m'intix issibu. Mhux pass faċli bħalissa sabiex tieħu xi deċiżjoni imma lanqas mhu sew li tibqa' tinfena ġewwa fik. Fil-ġimgħat li ġejjin se tara aktar żmien iebes minn dak li qiegħda llum. Tajjeb li tibda tippjana għas-soluzzjoni. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 25 u 39. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Persuna li tagħraf, tħares 'il quddiem b'ċerta awtorità, u hekk trid tibqa' fil-ġimgħat li ġejjin, għalkemm int jaf ikollok tfixkil, trid tibqa' żżomm li- lek iffukat b'aktar pożittività. Tħalli lil ħadd u xejn ma jbiddillek dak li int tant temmen fih. Dan jaf ikun aktar mument ta' prova għalik milli mument ta' tfixkil. Fil-ħajja ta' mad- warna, xi kultant jinqalgħu sitwazzjonijeit li jkunu ta' eżami għalina. Tfallix għal dak li ġej. Kun iffukat. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 23 u 34. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Agħraf aktar dak li int kapaċi tagħmel. Toqgħodx tinħela fuq dak li ħaddieħor qiegħed jipprova jimpressjona. Int taf fejn tista' tasal. Għalhekk, agħraf dan u warrab kull ħsieb ieħor u ibda minn issa, ħejji bħal pjan jew skeda għalik personali sabiex ftit ftit, tibda tibni lilek innifsek. Għalkemm mhux se tkun sitwazzjoni faċli, imma b'determinazzjoni tiegħek, se tasal, basta temmen biss fik innifsek u ħares 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 24 u 38. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Fażi ta' iktar ħsibijiet se jibdew iduru miegħek, kemm mil-lat ta' karriera anke minn sik ta' mħabba. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet sejrin joħolqu ftit ta' konfużjoni, għax int tip ta' persuna li ma tħobbx tkun taħt pressjoni b'mod speċjali fejn tidħol l-imħabba. Ħalli taffaċja dan kollu li jista' jiġi fil-karriera tiegħek, imma meta tersaq sitwazzjoni kkumplikata fl-imħabba, hemmhekk int titfixkel, però kun pożittiv u tgħeleb dan. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 29 u 39. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Parir li għandek bżonn, trid tagħraf minn fejn l-aħjar li tirċevih. Mhux perir sempliċi għaliex jaf ikun strumentali, u jagħtik direzzjoni kompleta- ment ġdida. Għalhekk, agħraf li ma' min se tiftaħ qal- bek dwar din is-sitwazzjoni, ikollu l-interess vera li int tiġi ggwidat, u mhux ikollu xi interess personali lejk, u wara li int tieħu l-parir, xorta waħda idħol fik innifsek u saqsi sew lilek innifsek jekk dak li se tkun qed tagħmel, hux sew. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 35. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Fil-mument, int qed tara li ħajtek qisha sabet dik ix-xi ħaġa li kienet nieqsa fiha, imma l-parir huwa sabiex ma tgħaġġilx. Ħares lejn il-passat meta kellek l-istess sitwazzjonijiet fejn kont tħossok bħal xi prinċipessa ġewwa xi palazz, u wara ftit żmien jinbidel kollox. Agħraf imxi jum b'jum għax għalkemm qiegħda f'mument tajjeb, trid tagħrad tara kif dan il-mument, int iżżommu, u mhux jiġrilek kif dejjem ġara. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 37. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-imħabba bħalissa hi l-iktar sitwazzjoni li int taħseb dwarha, u dan għax il-mument qisu qiegħed jagħmlek inċert minn dak li hemm. Toqgħodx toħloq sitwazzjonijiet fittizji għax dan mhux se jservi ta' ġid għalik. Diġà tinsab ftit taħt it-tensjoni, is-sitwazzjoni ta' madwarek qed tikkomplika. Din il-fażi tista' tkun waħda qasira, imma jekk int ma tgħarafx tgħelibha, sejra tkun waħda kkumplikata u taf iddum madwarek. Agħraf. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 29 u 30. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? It-tifla misterjuża (it-tielet parti) OMM Audrey kompliet tara kif tista' ssib tarf ta' din is-sitwazjioni issa li saret taf li t-tifla tagħha kien qed ikkolha kuntatt ma' din l-entità f 'darhom. Li tbiegħ id-dar kien qed ikun kollu għal xejn u aktar ma bdiet tipprova, aktar kienet tħossha mhux f 'postha, waqt li kienet toqgħod attenta li ma tagħmilx ħsara lit-tqala li kellha. Issa Audrey fl-età ta' 7 snin kienet aktar tagħraf lil Karen, għalkemm ħadd ma kien jara xejn ħlief Audrey u dan ikkawża ftit ta' bruda bejn l-omm u bint. Darba minnhom, waqt li omm Audrey kienet qed titkellem ma' xi ħbieb irrakkomandawlha li l-aħjar issib lil xi ħadd li kien kapaċi jikkomunika mal-ispirti, iżda f 'Għawdex, dan kien diffiċili ħafna. Saret taf b'mara li ġabitha minn Malta ħalli tgħinha ssolvi s-sitwazzjoni tagħha. Meta waslet fid-dar, din il- mara bdiet titkellem ma' omm Audrey, u għall-ewwel kollox kien sejjer tajjeb, sakemm bdiet riesqa lejn it taraġ li jagħti għall-kamra ta' Karen. Audrey beda jaqbadha bħal ħass ħażin, u tant kemm bdiet tibża', ommha qaltilha sabiex ma tkomplix. Wara jumejn, saret taf li din il-mara kellha esperjenzi negattivi fil-passat tagħha imma minħabba l-għaġla ma' qagħditx tfittex dwarha, però Audrey lil ommha qaltilha li dik il mara kinet se tweġġa' lil Karen, din ma ppermettietx dan. Wara li Audrey kienet tagħmel kuntatt ma' Karen, ommha kienet dejjem tara forma aktar sabiħa ta' Audrey, bħal dawl imdawwar magħha. Issa, Audrey kienet qed tqatta' ħafna ħin ukoll f 'parti mill- ġnien u meta kienu jmorru jixtru nhar ta' Sibt, Audrey kienet titlob lil ommha biex tixtri bukkett fjuri sabiex tqiegħdu f 'parti mill-ġnien. Audrey kienet tpoġġi l-fjuri bla ilma fil-ġnien u dawn kienu jagħmlu ġimgħa sħiħa sbieħ mingħajr ma jinxfu. Waqt li darba minnhom kienu qed jieklu, Audrey ħarset fil-fond lejn ommha, u f 'daqqa waħda qaltilha, "Ma, int baby girl se jkollok u jekk issemmiha Karen, ikun isem sabiħ ħafna.'' Dan wara li għal xhur sħaħ, fil-viżti li kellha, dejjem ġiet mgħarrfa li se jkolla tifel, u hi ħejjiet kollox għal tifel. Waqt riċeviment ta' tieġ, Audrey marret fuq ommha u qaltilha li għall-ħabta tad-9.30- 10.30, il-papà kien se jkun qed ikellem mara. Ommha ma tatx kas għax qatt ma rat għajn ħażina minnu, imma kumbinazzjoni, xi l-10.00 omm Audrey riedet tiċaqlaq biex tmur tieħu ritratt u hi u sejra, għaddiet biswit ġnien u tilmaħ lir-raġel tagħha jitkellem ma' tfajla u nnutat li kien hemm ċertu kunfidenza bejniethom, però bħal qisu ma rat xejn. Wara ħmistax, marret qadja sa Marsalforn u kif għaddiet minn ma' ħanut, lemħet lil żewġha ma' dik l-istess tfajla jieħdu kafè. Ġisimha ffriża u ftakret f 'dak li kienet qaltilha Audrey. Żammet kalma, u meta ġie r-raġel mix-xogħol u staqsietu kif qatta' l-ġurnata, għalkemm qisu tfixkel ftit, mit-tweġiba tiegħu indunat kemm kien qed jgħawweġ il-fatti imma żammet kolox fiha. Issa aktar min qatt qabel riedet issib persuna li tgħinna dwar l-ispirtu li kien hemm fid-dar u li kienet f 'kuntatt qawwi mat-tifla, u aktar minn hekk biex tkun taf x'inhu għaddej ma' żewġha. Xi ħadd għarrafha li fil-Birgu hemm persuna tajba ħafna, saet tajf bija u rat kif ġabet in-numru sabiex tagħmel appuntament miegħi. Tkompli ħmistax oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016