Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 29 Tiftaħ b'suċċess Skola Sajf ta' TS Table Tennis Academy FIL-BIDU ta' Lulju, għar- raba' sajf konsekuttiv, l-Akkademja ta' TopSpin Table Tennis, reġgħet fetħet tliet xhur ta' Skola Sajf bis-sehem ukoll tal- Kowċ rinomat Pollakk, Andrzej Borkowski. Borkowski hu kowċ professjonali u kkwalifikat li jilgħab f 'wieħed mill- aqwa kampjonati tat-table tennis ġewwa l-Ġermanja. Peressli, fis-snin ta' qabel, Borkowski ntlaqa' tajjeb ħafna mill-istudenti, l-Akkademja rat kif għamlet biex din is-sena terġa' tospitah. Fil-fatt, din hija t-tielet sena li hu ġie mistieden mill-Akkademja biex iqatta' numru ta' ġimgħat jipprepara s-sessjonijiet tat-taħriġ għall-istudenti. Apparti minn dan, il- psikologa tal-isport, Dr Adele Muscat, se tkun qed terġa' tħejji taħdita kostruttiva għall-istudenti tal-Akkademja, fosthom fuq kif wieħed jista' jgħin biex tingħeleb l-ansjetà li tinħakem qabel u waqt il-logħob.Numru sabiħ ta' studenti ġodda, subien u bniet ta' kull età, ingħaqdu mal-Akkademja riċentement biex jibdew jitħarrġu f 'dan l-isport. Għall-ewwel darba minn mindu twaqqfet TS Table Tennis Academy, studenta mill-Akkademja ntgħażlet biex tikkompeti internazzjonalment fil- European Youth Table Tennis Championships li ġew organizzati f 'Żagreb ġewwa l-Kroazja. L-Akkademja tieħu l-opportunità biex tifraħ lil Nicole Cutajar tad-determinazzjoni u l-perseveranza li wriet matul il-logħob tagħha kollu. TS Table Tennis Academy tixtieq tawgura wkoll lill- istudenta Anthea Cutajar li ntgħażlet biex tingħaqad mal-Iskola Nazzjonali tal- Isport tul is-snin skolastiċi li ġejjin. L-Akkademja tinsab kburija ħafna bl-avvanz li l-istudenti tagħha qegħdin jagħmlu fi żmien qasir. Min jixtieq iktar tagħrif dwar l-Akkademja u l-attivitajiet marbutin magħhajista' jżur il- paġna tal-Facebook jew inkella s-sit www. topspintabletennisacademy. com. Apparti minn hekk, wieħed jista' wkoll jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq in-numru tal-mowbajl, 99470278. L-Akkademja hija dejjem entużjasta biex tilqa' fi ħdanha, membri ġodda ta' kull età. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Lara Michelle Camilleri, li hija studenta ta' Topspin Table Tennis Academy. In-Nursery tal-Futbol ta' Naxxar Lions tikseb suċċess fil-Ġermanja GRUPP ta' 86 persuna min-Nursery tal-futbol ta' Naxxar Lions li jinkludu 46 tifel mill-kategoriji tal-Under 8, Under 9, Under 12 u Under 15, sitt kowċis, u 34 familjari tat-tfal ħallew Malta nhar l-Erbgħa 13 ta' Lulju sabiex iqattgħu ħamest iljieli fil-kapitali Ġermaniża ta' Berlin u jilagħbu ammont ta' logħbiet ta' ħbiberija. It-tfal tan-Nursery ta' Naxxar kellhom logħob kontra Sparta Lichtenberg, SV Lichtenberg 47 u SV Bau-Union u fl-aħħar u mhux l-inqas, FC Union Berlin li hija waħda mill-aqwa akkademji tal- futbol fil-Ġermanja. It-tfal lagħbu futbol eċċellenti f 'kull loghba u l-prestazzjonijiet tagħhom kienu osservati sew mill- kowċis Ġermaniżi li kienu sorprizi ħafna bil-livell tekniku għoli li kellhom it-tfal Naxxarin. Il-kowċis tat-timijiet Ġermaniżi kellhom kliem ta' tifħir lejn it-tfal u anke għaddew kummenti pożittivi fuq ċerti tfal partikolari. L-iktar partita li t-tfal tan-nursery tan-Naxxar kienu ħerqana għaliha kienet dik kontra FC Union Berlin minħabba l-fatt li dan il-klabb hu meqjus bħala wieħed mill- aqwa timijiet fil-Ġermanja. Il-faċilitajiet u l-kumplessi tat-taħriġ tal-akkademja ta' FC Union Berlin kienu xi ħaġa impressjonanti ferm għall-grupp Naxxari. Il- kumpless jinkludi grawnd tal-futsal. Dan jikkonferma d-direzzjoni tajba li miexja fiha n-nursery tal-futbol Naxxarija. Intant, tajjeb ngħidu wkoll li n-nursery tan-Naxxar kienet waħda mill-ewwel nurseries f 'Malta li introduċiet it-tagħlim tal-futsal għall- kategoriji taż-żgħar. Ta' min isemmi l-prestazzjoni kbira li taw it-tfal kollha fil-Ġermanja. Il-kategorija tal-Under 15 irnexxielha żżomm il- qawwa Ġermaniża ta FC Union Berlin fi draw ta' 0-0 għal iktar min-nofs siegħa logħob. Il-kategorija tal-Under 15 rebħet b'kollox tliet logħbiet, dik tal-Under 8 rebħet żewġ logħbiet filwaqt li l-Under 9 rebħu waħda. Ir-rizultati f 'din l-età mhumiex importanti però t-tfal Naxxarin żgur li ħa jibqgħu jiftakru din l-esperjenza sabiħa u dawn il-prestazzjonijiet u riżultati eċċellenti. Minbarra l-logħob li sar, il-grupp li kien jinkludi tfal, familjari tagħhom u kowċis, kellu organizzati ħafna attivitajiet oħra fosthom cruise b'dgħajsa fuq ix- xmara Spree, tour madwar Berlin u l-villaġġ pittoresk ta' Potsdam, tour tal- Olympiastadion li huwa l-istadium tal-Hertha Berlin, kif ukoll mawra fiż- zoo ta' Tierpark. Għall-aħħar informazjoni u attivitajiet tan-nursery Naxxarija, wieħed jista' jsegwi l-paġna ta' Facebook ta' Naxxar Lions Youth Nursery. Min jixtieq jirreġistra man-Nursery tan-Naxxar, mitluba jibagħtu messaġġ fuq il- paġna ta' Facebook tan- Nursery ta' Naxxar Lions, jew inkella jċemplu lil Felix Camilleri fuq 79702308. Membri tan-nursery tal-futbol ta' Naxxar Lions fil-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016