Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Jekk se tidħol l-isptar… tinsiex tieħu t-tablet minn Ruben Anthony Xuereb FILĠRANET li għaddew tħabbar li fl-isptar Mater Dei, se tinbidel is-sistema fejn fil-kmamar tal-isptar se jitneħħew is-settijiet tat-televiżjoni u jinbidlu għal sistema ta' WIFI, fejn il-pazjent ikun jista' jara t-televiżjoni jew juża l-internet fil-kumdità tas- sodda permezz tal-apparat elettroniku bħal tablet, laptop, jew smartphone tiegħu. L-ILLUM ġiet infurmata bit-tħassib ta' diversi persuni dwar l-użu tas-sistema l-ġdida, speċjalment fejn jidħlu pazjenti anzjani biex jużaw apparat elettroniku bħal tablets u laptops. Għaldaqstant, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Isptar Mater Dei u d-Dipartiment tas-Saħħa sabiex titkixxef aktar dwar is-sistema l-ġdida ta' WIFI li qiegħda tiġi installata fl-isptar. Ivan Falzon, CEO tal-Isptar Mater Dei, tkellem mal- ILLUM u spjega fuq kollox dwar il-bżonn li kien hemm biex issir bidla fis-sistema u avvanz fit-teknoloġija. Falzon spjega kif is-settijiet tat- televiżjoni li kienu jinsabu fil-kmamar tal-isptar kienu ilhom hemm mill-2007, u bħalma jiġri lil kull apparat elettroniku tul iż-żmien, l-apparat skada u beda jġarrab xi ħsara. Falzon irrimarka wkoll li bis-sistema l-antika, kien hemm biss 650 televiżjoni li setgħu jaqdu biss 650 pazjent; numru ferm iżgħar mill-eluf ta' nies li jidħlu u joħorġu mill-isptar kuljum. "Is-servizz il-ġdid se jkun bla limitu," saħaq Falzon, "u lanqas limitat għall-użu tal-pazjenti biss, iżda għal kull min jiffrekwenta l-isptar, mingħajr il-limitazzjoni tas-settijiet." Falzon spjega kif l-isptar se joffri servizz tal-internet u televizjoni permezz tal-WIFI li kulħadd jista' jgawdi minn fuq l-apparat personali tiegħu. L-internet se jkun b'xejn fil- maġġorparti tal-isptar Minn informazzjoni mogħtija mid-dipartiment tas-saħħa, din il-gazzetta tinsab infurmata li s-servizz ta' WIFI se jkun b'xejn fl- Emerġenza, l-Outpatients, ir-Reception prinċipali tal-isptar, kif ukoll fis-swali tat-tfal. Fis-swali l-oħra, il-WIFI se jkun offrut għall-prezz ta' €2.50 għall-24 siegħa. Biex pazjent ikollu s-servizz ta' stazzjoni tat-televiżjoni fuq it-tablet tiegħu, dan jista' jagħżel li juża applikazzjoni provduta mill-kumpanija li tipprovdi s-servizz, u għall- prezz ta' €1 kuljum, jingħata aċċess għall-istazzjonijiet bażiċi. Dan ifisser li bis-sistema l-ġdida għal servizz tat- televiżjoni u WIFI tħallas €3.50 kuljum, filwaqt li qabel biex ikollok l-istess servizzi kont trid tħallas €5. Il-ħlas għas-sistema l-ġdida jkun jista' jsir permezz ta' vouchers li jinxtraw mir-reception jew inkella permezz ta' ħlas dirett bil-karta tal-kreditu minn fuq it-tablet personali tal- pazjent stess. Mistoqsi dwar il-faċilità tal- użu tal-applikazzjoni li biha jintwerew l-istazzjonijiet, Ivan Falzon, spjeġa li l-applikazzjoni li tintuża minn fuq kwalunkwe tablet jew apparat elettroniku ieħor hija sempliċiment verżjoni aktar moderna u interattiva tas-sistema li kien hemm qabel. Huwa spjega li "s-settijiet tat-televiżjoni ta' qabel, ma kienu xejn ħlief 'touch- screens' kbar ta' teknoloġija antika." Għaldaqstant, Falzon jemmen li ħadd m'għandu jkollu diffikultà jinnaviga fuq is-sistema l-ġdida, ibbażat fuq il-fatt li ħadd ma kellu diffikultà juża s-sistema l-antika għal dawn l-aħħar għaxar snin, inkluż l-anzjani. "L-użu ta' tablets u apparat elettroniku portabbli se jiffaċilità l-ħajja kemm għall-pazjenti, kif ukoll għall-ħaddiema," qal Falzon, li sostna wkoll li għall- benefiċċju tal-pazjenti, se jkunu provduti 'stands' għall-apparat personali tagħhom. WIFI fl-isptar se jkun ta' benefiċċju biex xogħol kliniku jkun aktar effiċjenti Minbarra l-aspett kummerċjali tas-sistema, li permezz tagħha pazjenti u viżitaturi jistgħu jgawdu minn servizz ta' internet, l-għan prinċipali ta' sistema WIFI madwar l-isptar kollu se jkun għall-'bedside care', il-kura mmedjata li tingħata lill-pazjenti, fejn permezz ta' tablets jew smartphone, l-istaff ikunu konnessi man-network tal-isptar, bil-faċilità li servizzi bħal x-rays, bookings għal servizzi u talba għal riżultati, isiru b'mod sempliċi u malajr. "Dan se jagħmel ix-xogħol kliniku aktar effiċjenti," li Falzon jisħaq li huwa l-għan prinċipali ta' teknoloġija ġdida fl-isptar. X'se jagħmel min m'għandux tablet jew laptop? It-tħabbir ta' din is- sistema l-ġdida qajjem xi ftit inkwiet u mistoqsijiet fost dawk li m'għandomx tablet jew laptop personali. Din il-gazzetta għaddiet dan it-tħassib lid-Dipartiment tas-Saħħa, li rrisponda li bħalissa l-Isptar Mater Dei qiegħed anke jikkunsidra sħubiji ma' kumpaniji privati li jkunu interessati joffru servizz ta' kiri ta' tablets jew laptops mill- isptar stess. Is-CEO tal-Isptar jemmen li bis-sistema l-ġdida, is- servizz se jitjieb u l-affarijiet se jmorru 'l quddiem. Huwa stqarr li s'issa wara l-ewwel ġimgħa ta' prova tas-servizz, kollox jinsab miexi tajjeb u ma kien hemm ebda lment. Fix-xhur li ġejjin, l-inginiera se jkunu qegħdin jadattaw is-sistema bbażat fuq l-ammont ta' użu f 'żoni differenti tal-isptar u jagħmlu tibdiliet neċessarji bbażat fuq ir-rispons li jirċievu minn pazjenti, viżitaturi u impjegati. Is-sistema se tkun imnedija b'mod finali kemm għall- użu kummerċjali kif ukoll għal dak kliniku mill-ewwel ta' Ottubru ta' din is-sena. 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Consultancy Services for MITA Innovation Hub – T084/16 Data ta' ħruġ: 3 t' Awwissu 2016 / Data tal-għeluq: 31 t' Awwissu 2016 Operaturi ekonomiċi li huma interessati biex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Il-pazjent se jkun jista' jara t-televiżjoni jew juża l-internet fil-kumdità tas-sodda permezz tat-tablet tiegħu