Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Għawdex 15 il-ħsejjes tal-muturi għal dawn is-sewwieqa li l-objettiv tagħhom mhix il-veloċità jew is-saħħa, imma t-teknika, il-bilanċ u l-ħila ta' kemm wieħed kapaċi jżomm mingħajr ma jaqa' u fl-istess waqt jgħaddi l-mutur tiegħu minn ostaklu għall-ieħor mingħajr ma jiżbalja. Fil-kompetizzjoni EnduroCross il-Ġimgħa filgħaxija, taħt dawl artifiċjali, is-sewwieqa tellqu tnejn tnejn, bi ftit sekondi bejniethom u għamlu tliet heats ta' żewġ laps il-waħda. F'korsa diffikultuża kienu diversi sewwieqa li sabuha ferm diffiċli jgħelbu l-ostakli kollha fl-inqas ħin possibbli. Joseph Scicluna, sewwieq Malti li ġab riżultati tajbin anke barra minn Malta, spiċċa fl-ewwel post b'ħin ta' minuta u 8 sekondi, Bernard Sammut, b'minuta u 12-il sekonda, fit-tielet post daħal is- sewwieq Għawdxi Robert Spiteri b'ħin ta' minuta u 20 sekondi, Damon Bonello u l-Għawdxi Steve Xuereb fir- 4 u l-5 post rispettivament b'inqas minn sekonda differenza minn xulxin Intant il-kompetizzjoni trials ġiet mirbuħa mis- sewwieq per eċċellenza Damon Bonello, Champion Trials 2016, segwit minn Joseph Scicluna u Ian Scicluna, fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fi tmiem il- kompetizzjonijiet, is-sindku ta' Kerċem Mario Azzopardi qal kelmtejn tal-okkazzjoni. Huwa rringrazzja lid- diriġenti tal-GMA u faħħar il-professjonalità tagħhom fit-twettiq ta' dan l-avveniment. Il-President tal-Gozo Motocross Association, Frankie Xuereb, qassam it-trofej ta' tifkira lis-sewwieqa parteċipanti kollha. Alvin Grech, CEO tal-Gozo Sports Board ippreżenta trofej lill-aħjar tliet partecipanti fis-sezzjoni Trials filwaqt li Horace Vella, chairperson tas-sotto kumitat ta' Ta' kercem Fiesta, Beer & wine Festival, qassam it-trofej lill-ħames rebbieħa fl-EnduroCross. Il- President tal-GMA, Frank Xuereb irregala tifkira lis- Sindku bħala apprezzament tal-għajnuna u s-sapport li wera l-Kunsill tiegħu matul il-preparazzjonijiet li wasslu biex dan l-avveniment ikun suċċess. Fl-istess waqt, l-Assocjazzjoni tixtieq tavza li l-attivitajiet fit-trekk Ta' Xħajma jerġgħu jibdew minn Settembru li ġej 'il uddiem, b'kampjonat ta' 8 avvenimenti, numru ta' 'fun races' u avvenimenti oħra matul l-istaġun kollu. l-istorja militari ta' Għawdex. Il-produzzjoni se tindirizza l-avvenimenti l-kbar f 'dak li hu militar, mill-Medju Evu sal- ġurnata tal-lum. Il-produzzjoni se tinkludi kontributi minn storiċi, nies involuti f 'dak li hu restawr u manteniment ta' wirt storiku relatat, gruppi ta' re-enactment, kif ukoll intervisti ma' xi individwi Għawdxin involuti f 'kunflitti riċenti madwar id- dinja. Il-proġett daħal fil- produzzjoni iktar kmieni din is-sena u preżentament jinstab fl-aħħar fażijiet tal-fotografija prinċipali. Dovut għall-iskala ta' dan l-proġett partikolari, kemm mis-sens loġistiku kif ukoll minn dak artistiku, id- dar tal-produzzjoni involviet numri akbar f 'dak li hu crew, bl-ikbar tim ċinematografiku fuq proġett individwali mit- twaqqif ta' TGD tliet snin ilu, li reġa' nkluda lil Grima u Xuereb, fil-kumpanija ta' Sean Attard, Nick Bugeja, u Luke Galea. L-istess proġett inġibed f 'iktar minn tletin lokal f 'Għawdex u mistenni jiġi finalizzat kmieni s-sena id-dieħla. Nhar is-Sibt 13 ta' Awwissu, T.G.D se jkunu qed itellgħu lejl artistiku fiċ-ċinema Citadel fir-Rabat Għawdex fejn se jiġu murija diversi produzzjonijiet friski, inklużi Spectrum u The Temples, kif ukoll produzzjoni komika indipendenti. Is-serata tibda fis-6 pm u l-qligħ se jmur kollu għall-fondazzjoni Puttinu Cares. Kollox ma' kollox, jidher li se tkun sena interessanti għal dak li hu filmografija fil-gżira Ghawdxija, fejn jidher biċ-ċar li din il-kwalita' ta' attivita qed tħalli impatt pożittiv fil-kamp artistiku lokali. Tistgħu ssegwu iktar fuq 'Night at the Flicks' jew 'Three Generations Down' fuq il-paġni tagħhom fuq Facebook. Searight jikkonsulta ma' Xuereb waqt ġbid ta' silta f 'post storiku f 'Għawdex għad-dokumentarju 'Gozo At Arms' Fredrick Searight fl-ewwel minn ħmistax-il ġurnata ta' produzzjoni li ssieħeb fihom fil-preżentazzjoni ta' 'Gozo at Arms'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016