Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506
illum Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Sports 32 Gżira United b'aspirazzjonijiet kbar fir- ritorn tagħhom fil-Premier wara 34 sena FIL-JIEM li għaddew, Gżira United sejħu konferenza stampa sabiex jagħtu l-opportunità lill- media tiltaqa' mal-kowċ il-ġdid, kif ukoll sabiex tingħata informazzjoni dwar l-isponsor il-ġdid ta' dan il-klabb għat-tliet snin li ġejjin. Din il-konferenza stampa ġiet indirizzata mill-uffiċjali tal-Kumitat immexxija mill-president Sharlon Pace, li qal li din is-sena se tkun sfida ġdida għall-klabb li issa jrid jissielet bis-sħiħ sabiex iżomm postu fil-Kampjonat Premier u dan il-kampjonat ma jkunx il-ħolma biss li l-Gżira jilħquh darba kultant żmien iżda li jibqa' l-kampjonat naturali li fih jikkompetu għas-snin li ġejjin. Huwa introduċa lill-kowċ il-ġdid tal-klabb, Branko Nisevic, eks plejer ta' Pietà Hostpurs, Valletta u Birkirkara. Kien ukoll assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti u fl-aħħar snin kowċ ta' Hibernians. Ċertament li l-esperjenza li għandu fil-Kampjonat Premier u l-unuri li kiseb mat-timijiet li mexxa jimlu lil Gżira United b'kuraġġ għal din l-isfida li għandhom quddiemhom. Bħalma l-Maroons kienu diġà ħabbru, Branko Nisevic se jkollu miegħu jassistih lill-kowċ Darren Abdilla. Huwa ngħata kuntratt ġdid għall-perjodu ta' tliet snin sabiex jagħmel parti mill-istaff tekniku tal- Klabb. Wara li matul is-sena li għaddiet, huwa wassal lit- tim ta' Gżira United lura fil- Kampjonat Premier, u dan wara nuqqas ta' 34 sena, huwa issa se jkun qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu biex il-parteċipazzjoni ta' Gżira United fil-Kampjonat Premier tkun waħda rispettabbli. Gżira United ħabbru wkoll li kkonfermaw għat-tieni sena konsekuttiva lil Marlon Galea bħala 'Team Manager', u dan wara li bi professjonalità u b'dedikazzjoni kbira wettaq l-inkarigu mogħti lilu s-sena li għaddiet bl-aħjar mod possibbli. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-president ta' Gżira United, Sharlon Pace, introduċa lill- isponsors il-ġodda 'Tipbet' li se jkunu l-isponsors ewlenin flimkien ma' RSM, Paparazzi 29, Fortel Group of Companies kif ukoll numru ta' sponsors oħra. 'Tipbet' hija liċenzjata f 'Malta sa minn Ottubru 2015 u hija konnessa mal-betting fl-isport bħall-futbol, tennis, rugby, tiġrijiet taż-żwiemel u l-klieb, u ħafna attivitajiet sportivi oħra però mhux il-futbol Malti. 'Tipbet' hija wkoll waħda mill- isponsors uffiċjali tat-tim Ġermaniż ferm rinomat, Bayern Leverkusen. Huma joperaw mill-uffiċini tagħhom ġewwa l-Gżira stess u waqt żjara li għamel riċentament, is-sindku tal- istess lokalità Conrad Borg Manchè, 'Tipbet' esprimew miegħu x-xewqa li jagħtu l-kontribut tagħhom lejn din il-lokalità. Wara li ġie spjegat il-progress u l-mod professjonali li tmexxa bih il-klabb ta' Gżira United fl-aħħar staġun, fejn ġie promoss għall- Kampjonat Premier bħala Champion tal-Ewwel Diviżjoni mingħajr telfa, huma nteressaw ruħhom mal-ewwel sabiex ikunu l-isponsors ewlenin ta' dan il-klabb għat-tliet snin li ġejjin. Il-fiduċja ta' kumpanija bħal 'Tipbet' timla lil Gżira United bil- kurraġġ sabiex bħala klabb ikompli jaħdem bi stil professjonali kif fuq kollox jixraq li jkun klabb fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. "Il-koperazzjoni tagħkom magħna, li għaliha nirringrazzjakom hija sfida għalina sabiex dawn il-flus insarrfuhom f 'investiment fi plejers li jagħtu riżultati u ġieh xieraq lill-Gżira United u fuq kollox lilkom bħala sponsors uffiċjali tagħna, kif ukoll għall- kontributuri oħra għall- istaġun li jmiss," temm jgħid il-president ta' Gżira United, Sharlon Pace. Francesca Borg tikkonferma lilha nnifisha bħala waħda FTIT tal-ġranet ilu ġewwa l-Belġju wasal fi tmiemu staġun atletiku ieħor għal Francesca Borg, li għalkemm għad għandha biss 21 sena, diġà stabbiliet ruħha bħala waħda mill-iktar atleti b'saħħithom li qatt kellna fil-kategorija tat- 800m ġewwa pajjiżna. Francesca tifforma parti mit-tim nazzjonali tal-atletika f 'pajjiżna u f 'dawn l-aħħar snin irrapreżentat lil Malti f 'diversi avvenimenti internazzjonali prestiġjużi, fosthom żewġ edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġewwa l-Lussemburgu u l-Iżlanda kif ukoll fil-Logħob tal-Pajjiżi Ewropej fl- Ażerbaijan, fost oħrajn. F'dawn il-logħob, Francesca kkompetiet fl- 400m, 4x400m Relay, kif ukoll fit-800m. Dan kien l-ewwel staġun fejn Francesca iffukat totalment fuq it-800m, u wara ħafna taħriġ intensiv, kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali kif ukoll b'dedikazzjoni assoluta, irnexxielha tagħlaq l-istaġun tagħha b'ħin ta' 2:11:21s ġewwa l-Belġju. Dan il-ħin huwa tliet sekondi aħjar minn dak li Francesca kisbet matul l-istaġun ta' qabel kif ukoll rekord nazzjonali ġdid għal taħt it-23 sena ġewwa pajjiżna. Dan ir-riżultat ma wasalx faċilment għal Francesca, għaliex minħabba li lokalment ma kienx hawn kompetizzjoni ta' livell, Francesca kienet qed issibha diffiċli sabiex tinżel dawk is-sekondi li l-kowċ tagħha Mario Micallef kif ukoll il-kowċ nazzjonali tad-distanza medja Ivan Rozhnov, kienu jemmnu bis-sħiħ li kienet kapaċi ttejjeb. Minkejja dan, Francesca ma qatgħetx qalbha u baqgħet tistinka sakemm fit-30 ta' Lulju kkompetiet ġewwa Leuven fil-Belġju u ssorprendiet lil kull min kien preżenti bil- prestazzjoni tagħha, inkluż lilha nnifisha għaliex sa ftit tal-ġranet qabel, għaliha li tikseb dan il-ħin kienet biss xewqa. Francesca temmen li meta tkun trid verament tagħmel xi ħaġa f 'ħajtek trid tibqa' ffukat u leali lejn dak il-ħsieb Sharlon Pace, Branko Nisevic u Darren Abdilla fost oħrajn waqt konferenza stampa li ndirizzaw f 'isem Gżira United