Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 Darmanin Demajo mistenni jkun ikkonfermat għall-aħħar tliet snin bħala President Inqas minn €50 fis-sena għal assikurazzjoni taż-żwiemel minn Ruben Anthony Xuereb B'SOMMA ta' €49.95 fis-sena biss, sid ta' żiemel illum jista' jkun kopert minn polza ta' assikurazzjoni li tkopri r-riskji ta' terzi għall- ammont ta' €125,000 fi ħsarat imġarrba mill- persuna l-oħra involuta. Għall-ammont ta' €84.97, il-polza tkopri ammont ta' €250,000 fi ħsarat imġarrba minn terzi persuni. L-ILLUM kisbet din l-informazzjoni mingħand il-kumpanija tal-assikurazjoni 'Island Insurance' li qegħdin joffru l-poloz tagħhom lis-sidien taż-żwiemel u karrozzini li huma membri fl-Għaqda Żwiemel u Kultura. Il-kumpanija toffri wkoll skont ta' 10 fil-mija għas- sidien li jassikuraw aktar minn żiemel wieħed. L-assikurazzjoni għas- sidien taż-żwiemel, li bħal- liċenzji se tkun obbligatorja minn Settembru li ġej, se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd għax issa se tpoġġi s-sidien taż-żwiemel fuq l-istess livell u bl-istess drittijiet tas-sewwieqa tal- karozzi. Dan ifisser li issa f 'każ ta' incident bejn karozza u vettura miġbuda minn żiemel, iż-żewġ partijiet se jkollhom l-istess drittijiet li jagħmlu talba għall- assikurazzjoni, fejn l-assikurazzjoni tal-parti ħatja se tkun responsabbli li tkopri d-danni tal-parti l-oħra. Filwaqt li dan jinstema' ovvju, għax huwa n-norma f 'inċident bejn żewġ karozzi, s'issa f 'każ ta' żwiemel, l-assikurazzjoni kienet biss għażla. Id-dritt li qatt ma tilef iż- żiemel biex juża t-triq issa ġie legalizzat Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' rappreżentanta mill-Għaqda Żwiemel u Kultura, li stqarret li l-għaqda laqgħet b'mod pożittiv ħafna l-introduzzjoni tal-liċenzji u assikurazzjoni għas- sidien taż-żwiemel. Hija saħqet li l-użu tat- toroq huwa dritt li qatt ma tilef iż-żiemel, u li issa flaħħar ġie legalizzat. Min-naħa tal-għaqda, intweriet ix-xewqa li minbarra l-infurzar dwar il-liċenzji u l-ubbidjenza tal-liġijiet tat-traffiku, għandha ssir kampanja nazzjonali ta' edukazzjoni biex teduka s-sewwieqa kif għandhom iġibu ruħhom meta jaraw żiemel fit-triq. Is-salvagwardjar taż- żwiemel għandu jingħata aktar importanza fl-imġiba tas-sewwieqa kollha li jużaw it-toroq Maltin. F'dan il-pajjiż, qisu li fit-toroq għadha tgħodd il-liġi tal- ġungla, li min għandu l-ikbar vettura jieħu d-dritta, u fejn trakk jabbuża minn karozza, li minn naħa tagħha tabbuża minn mutur, u kollha f 'daqqa ma jurux rispett lejn iż-żwiemel. Is-sewwieqa, kif ukoll is-sidien taż-żwiemel, u anke l-pedonali, għandhom bżonn jiġu edukati dwar kif jikkoeżistu flimkien fit-toroq, mingħajr ma jirfsu fuq id-drittijiet jew il-bżonnijiet ta' xulxin. L-infurzar tal-liċenzji u assikurazzjonijiet kien biss l-ewwel pass pożittiv, għall- benefiċċju ta' kulħadd, b'mod speċjali taż-żwiemel, li jista' jmur biss għall-aħjar jekk minbarra l-liċenzji, is- sewwieqa kollha jkollhom ukoll aktar edukazzjoni u rispett lejn xulxin. Il-ġimgħa li għaddiet, l-ILLUM irrapurtat dwar il-kundizzjonijiet u l-prezzijiet meħtieġa mil- liġi sabiex sid ta' żiemel jew vettura miġbuda minn żiemel jakkwista l-liċenzja. Infatti Transport Malta kienet infurmat lil din il-gazzetta li bħala parti mill-proċess għall-kisba tal-liċenzja, is-sewwieqa taż-żwiemel se jkollhom jattendu numru ta' lezzjonijiet u jridu jgħaddu minn test qabel jiġu liċenzjati. Dan huwa diġà pass pożittiv li jiżgura li tal- inqas qabel wieħed joħroġ b'żiemel fit-triq, ikollu livell ta' tagħrif u edukazzjoni. Il-pass li jmiss għandu jkun li t-taħriġ jiġi estiż fuq livell nazzjonali, biex ikopri lil kull min juża t-triq u jaqsamha ma' ħaddieħor. Bormliż iħares lejn il-baċir hekk kif beda jixref minn wara l-isca olding il-bini li għal snin twal kien stat ta' telqa. Il-binja, magħrufa bħala 'British Building' u li kienet parti mid-Dockyard ż- żmien, ingħalqet u se ssir ċentru edukattiv, parti mill-proġett ta' isitituzzjoni li to ri edukazzjoni għolja, l-American University of Malta. Id-deċiżjoni li parti minn din l-Università ssir Bormla ttieħdet wara oppożizzjoni qawwija minn diversi bnadi għal art verġni li kienet se tittiekel ż-żona taż-Żonqor f 'Marsaskala. Il-bini restawrat se jkun qed jikkumplimenta l-promenade mill-isbaħ li ta libsa kif jixraq lil din il-belt antika u storika. Ritratt: Chris Mangion Ritratt tal-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016