Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum M'għandekx aptit toħroġ tixtri l-gazzetta? Abbona biex tkun tista' taqra l-ILLUM għal sena sħiħa b'mod diġitali kull nhar ta' Ħadd għall-prezz ta' €35 biss. Min jabbona jidħol fi ċ-ċans li jirbaħ bosta rigali. Żur is-sit http://www.maltatoday.com.mt/illumdigitaledition/ www.illum.com.mt kwadru pavimentar, 'il fuq gabbani għall-Pjazza tat-Tritoni isir maniġġjar sostenibbli għas- sistema tat-trasport pubbliku. Bonello spjega kif fi żmien l-Arriva, kien ġie deċiż li jidħol biss numru minimu ta' karozzi il-Belt, u nfatti nħolqu ftit żoni biss għall-parkeġġ tal-karozzi tal-linja fil-foss ta' San Ġakbu. Meta deher li din is-soluzzjoni ma kinetx waħda vijabbli, reġgħu daħlu l-karozzi kollha l-Belt li bdew iwaqqfu l-passiġġieri madwar il-funtana tat-Tritoni. Hekk kif inbidel l-operatur, spjega Bonello, il-GHRC pjanat il-ħolqien ta' aktar żoni ta' parkeġġ fil-foss. L-idea issa hi li bħala parti mill-proġett il-ġdid, jiżdiedu aktar postijiet għall-parkeġġ tal-karozzi tal- linja faċċata ta' dawk eżistenti, fil-foss u fi Triq Nelson. Minfok jitniżżlu l-passiġġieri fil-pjazza tat-Tritoni, wara li din issir żona pedonali, il-karozzi tal-linja se jibdew iwaqqfuhom fit-triq mal-ġenb tal-Biskuttin, u waqt li l-passiġġieri jimxu lejn il-Belt minn fuq iż-żona pedonali madwar il-funtana, il-karozzi jkompli fi triqthom għall-foss ta' San Ġakbu sabiex hemm ikunu jistgħu jdawru u jippreparaw għall-vjaġġ li jmiss. Se jintużaw ġebla tal-aħrax għal-pavimentar u siġar indiġeni biex isebbħu ż-żona pedonali Għat-8,000 metru kwadru ta' pavimentar taż-żona pedonali fi pjazza Tritoni u 4,000 metru kwadru fil-biskuttin, ġie deċiż, anke bl-approvazzjoni tal-uffiċċju ta' Piano, li se tintuża l-istess ġebla Maltija tal-Aħrax li biha sar il-bqija tal- pavimentar ta' Pjazza Ħelsien. Anke l-għażla tas-siġar li se jintużaw għad-dawra tal- pjazza pedonali se tkun waħda magħmula bi ħsieb, fejn se jintużaw 52 siġra indiġena tal- Ballut madwar pjazza Tritoni, filwaqt li fil-Biskuttin, se jerġgħu jitħawlu l-14-il palma li bħalissa huma neqsin biex tiġi riflessa d-dehra l-oriġinali tal- post, flimkien ma' erba' siġar oħra tal-Ballut. Il-Periti Mario Bonello u Dorianne Cachia, spjegaw ukoll lill-ILLUM li d-disinn tal- pavimentar se jkun riflessjoni u tifkira tal-arkitettura oriġinali ta' żmien il-kavallieri, fejn id- disinn fil-pavimentar se jimita l-forma tal-fortifikazzjonijiet l-oriġinali li kien hemm fid- daħla. Cachia spjegat ukoll, kif wisq probabbli, l-arkitettura l-oriġinali tinsab mirduma taħt il-pjazza preżenti u għaldaqstant, minħabba l-valur storiku tagħha, il-pjazza ma tistax tiġi mħaffra. Bonello żied jgħid li għal din l-istess raġuni, is-suġġeriment li kien sar xi żmien ilu, li l-venda tal-karozzi tal-linja issir f 'livell taħt il-wiċċ tal-pjazza, qatt ma seta jkun possibbli. Karatteristika interessanti u unika oħra li se jkolla l-entratura l-ġdida se tkun l-aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Minbarra aċċess għal siġġijiet tar-roti, se tinħoloq sistema biex tassisti lil min hu nieqes mid-dawl. Il-perit Bonello spjega kif permess ta' marki speċjali integrati fid-disinn tal-pavimentar, persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom bħala gwida lejn l-entratura. F'tarf tal-pjazza, viċin bieb il-Belt, hemm ukoll pjanijiet biex jinbena ċentru għall- informazzjoni, li skont Zrinzo Azzopardi, huwa bżonnjuż li jkun hemm wieħed fid-daħla tal-Belt kapitali. Foss żdingat, issa se jindibel fi ġnien u żona ta' rikreazzjoni Il-Foss tal-Belt, l-ewwel ħaġa li wieħed jara huwa u dieħel minn fuq il-pont, kien minn dejjem veduta xejn pjaċevoli ta' parkeġġ żdingat u xejn dinjituż għad-daħla tal-kapitali. Il-Perit Cachia, li hija nkarigata mir-riġenerazzjoni tal-foss, spjegat lil din il- gazzetta li issa l-foss se jinbidel fi ġnien li d-dehra tiegħu, kif tidher minn fuq il-pont, tkun waħda li tilqa', bi spazji li jistgħu ikunu użati għar- rikreazzjoni , divertiment u attivitajiet kulturali. Cachia ddeskriviet il-foss bħala l-post li pratikament welled il-Belt, minħabba li kien l-ewwel barriera minn fejn inqata' l-ġebel biex jinbnew is-swar. Cachia spjegat li biex jingħata r-rispett xieraq lill-foss, il-ġnien li ddisinjat se jkun imfassal qisu mużajk kbir li permezz tad-disinn fil-pavimentar hekk kif jidher mill-elevazzjoni tal-pont, jinterpreta u jirrakkonta l-istorja tal-Belt. Anke l-veġetazzjoni li se tintuża għall-ġnien tal-foss se tirrrispekkja l-lokal, saħqet Cachia, li spjegat li se jintużaw 56 sigra, 200 arbuxell u 'l fuq minn 4,000 pjanta biex isebbħu l-ġnien. Il-ħsieb tal-foss huwa li dan jirrappreżenta stampa li tidher minn fuq bħala pittura ħajja permezz tal-veġetazzjoni u d-disinn. Inklużi wkoll 10 gabbani fid- disinn Peress li l-ILLUM kienet diġà ħadet interess dwar x'se jiġri mill-gabbani fid-daħla tal-Belt, saret mistoqsija lil Stefan Zrinzo Azzopardi dwar jekk ġewx ikkunsidrati dawn il-gabbani, fejn hu rrisponda li fid-disinn hemm pjan għal għaxar gabbani. Huwa qal li l-ħtieġa ta' faċilitajiet fejn min dieħel il-Belt jista' jixtri x'jiekol u jixrob ġiet rikonoxxuta u għaldaqstant inkluża fil- pjanijiet. Il-Perit Bonello żied jgħid ma' dan li l-gabbani se jkunu mibnija bħala parti integrali mid-disinn globali, b'daqs u forma uniformi u mibnijin b'materjali kompatibbli mad- dehra tal-pjazza. Dwar lil min se jingħataw il-gabbani, Zrinzo Azzopardi saħaq li din il-kwistjoni qiegħda tiġi indirizzata mid- dipartiment tal-artijiet, li bħalissa jinsab f 'diskussjonijiet mal-Ministeru konċernat. Il-Proġett kollu mistenni jkun lest għall-aħħar tal-2017, fil-ħin għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Belt Valletta Kapitali tal- Kultura 2018. Mill-Biskuttin sa' Bieb il-Belt se ssir pjazza pedonali kollha pavimentata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016