Illum previous editions

ILLUM 7 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/712506

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Awwissu 2016 | illum Olimpiku Malti Sports 35 possibli minn dawk nominati u li jistgħu jagħmlu isem għal pajjiżna. Dan isir wara bosta sessjonijiet ta' skrutinju min-nies esperti u midħla sew tad-diversi dixxiplini sportivi f 'pajjiżna. Dan huwa differenti fil- każ tal-Olimpjadi. Għal-Logħob Olimpiku, l-ewwel, l-assoċjazzjoni jew federazzjoni involuti fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti jinnominaw lill-aħjar atleti tagħhom, imbagħad il-Kumitat Olimpiku Malti bi ftehim ma' dawn l-Għaqdiet Nazzjonali japplika għall-Invitation Places skont ir-regolamenti tat-Tripartite Commission tal-IOC. Il-kelma finali tkun ta' din it-Tripartite Commission. Iktar tard, wieħed jista' japplika għall-Quota Place jekk jibqa' xi Quota vojta. Fl- aħħar, nistgħu napplikaw għall- Universality Places fl-għawm u fl-atletika mingħand il-Federazzjoni Internazzjonali – il-FINA u l-IAAF, dejjem fi ftehim mal-Għaqdiet Nazzjonali. X'kien jiġri li kieku sfortunatament weġġa' xi atleta ftit jiem biss qabel dawn l-Olimpjadi? Ir-regoli tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jistipulaw li dan ma jistax ikun sostitwit minn atleta ieħor wara l-erba ta' Lulju u għalhekk li kieku ġara dan, Malta, bħal kull pajjiż ieħor, kien ikollha tikkompeti b'atleta jew atleti inqas, sakemm ma tasalx għal xi ftehim mal-Għaqda Internazzjonli ta' dak l-iSport partikolari. Bħala President tal-Kumitat Olimpiku Mati, x'inhuma l-aspirazzjonijiet għall-atleti Maltin fl-Olimpjadi ta' Rio? Malta se jkollha l-akbar kontinġent tul l-aħħar 16-il sena, għalkemm kellha l-istess daqs ta' kontinġent lura fl-2004 fl-Olimpjadi ta' Ateni fil-Greċja, u l-għan tagħna bħala Kumitat Olimpiku Malti huwa dak li kull atleta jipproduċi l-aqwa wirja jew riżultat possibli fid-dixxiplina sportiva partikolari li jkun qed jieħu sehem fiha f 'dawn l-Olimpjadi. Nemmen li qegħdin tajjeb ħafna fl-isparar, double trap, fejn ir- rekord huwa dak tat-tmien post u li għandna potenzjal sabiex intejbuh permezz tat-tiratur, William Chetcuti. Sadanittant, aħna, bħala Kumitat Olimpiku Malti tkellimna ma' kull atleta fejn tlabniehom li qegħdin nistennew 'personal best' u rekord nazzjonali minn kull wieħed u waħda minnhom. Intant, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nerġa' niċħad rapporti li dehru f 'sezzjonijiet tal-media fil-ġimgħat li għaddew u li fihom ġie rrappurtat li kien ingħata xi trattament preferenzjali lil ċerti atleti rigward selezzjoni għall- Olimpjadi. Kif spjegajt lill-media kollha waqt koferenza stampa li saret fil-ġimgħat li għaddew, nixtieq nerġa' nisħaq li l-Kumitat OIimpiku Malti għamel dak kollu possibli taħt ir-regolamenti ta' dan il-Logħob Olimpiku, biex Malta tkun tista' tikkompeti bl-aqwa tim waqt dawn l-Olimpjadi f 'Rio, fejn l-atleti Maltin se jkollhom test importanti biex juru eżattament x'isarrfu fl- isport. Għalkemm pajjiżna huwa wieħed żgħir, ninsab ċert li l-atleti kollha Maltin magħżula se jkunu qed jagħtu ġieh u jagħmlu unur għal pajjiżna. Il-messaġġ finali tiegħek lejn dawk it-tfal u żgħażagħ li qegħdin jaspiraw biex jibdew jieħdu l-isport bis-serjetà f 'ħajjithom. L-isport nadif huwa l-iżjed ħaġa importanti għaliex jgħinek soċjalment u jtik anke ċertu dixxiplina importanti għall-ħajja ta' kuljum. Fl-istess ħin, iżommok b'saħħtek u 'l bogħod minn ċerti vizzji koroh. "Għal-logħob kollu ħlief dak Olimpiku, ikunu s-46 assoċjazzjoni jew federazzjoni membru fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti li jinnominaw lill-aħjar atleti tagħhom għall- għażla finali ta' kull logħob li nieħdu sehem fihom" Twieled fl-1 ta' Mejju tal-1952 ġewwa l-Imtarfa Ilu jokkupa l-kariga ta' President tal-Kumitat Olimpiku Malti għal ftit ikar minn tliet snin Qabel dan il-perjodu, kien jokkupa l-kariga ta' Viċi-President tal-Kumitat Olimpiku Malti sa mill-2001 Kien bowler u President tal-Malta Tenpin Bowling Association għal 38 sena, kif ukoll il- President tal-Commonwealth Tenpin Bowling Federation sa mis-sena 2002 Julian Pace Bonello Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2016