Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 514 • 21 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista maċ-Chairman ta' Spor tMalta Luciano Busuttil Ara paġni 34 u 35 Ta' Montebello b'idejhom marbutin fuq il-Jerma minn Albert Gauci Cunningham IDEJN l-aħwa Montebello, sidien tal-kumpanija JPM Brothers, jinsabu marbutin waħda sew u minkejja rapporti li minflok il-Jerma se jsir żvilupp ta' boutique hotel u bajja, l-Awtorità tal-Ippjanar ilbieraħ ħarġet ordni ta' infurzar fuq żewġ siti, t-tnejn tal-istess JPM Brothers. Din l-ordni tiġi fid- dawl ta' deterjorament serju fis-sitwazzjoni finanzjarja tal- istess kumpanija, li għandha djun kbar xi tħallas lil banek lokali u internazzjonali, kif ukoll lil terzi persuni. Sorsi mill-Awtorità tal- Ippjanar infurmaw lill- ILLUM li fid-dawl tal-qagħda finanzjarja mwiegħra, l-aħwa fadlilhom biss ftit għażliet. Jew ibigħu, kif kienu diġà pruvaw jagħmlu mingħajr suċċess lil Gasan, jew inkella jsibu investitur li huwa lest jinvesti f 'lukanda. Is-sorsi ta' din il- gazzetta qalu li fil-fatt, l-aħwa kellhom laqgħa informali ma' nies mill-awtorità biex jaraw kemm żvilupp ta' lukanda u moll fejn isir l-irmiġġ ta' dgħajjes hu possibbli fiż-żona, skont il-politiki tal-awtorità. L-aħwa Montebello mhux qed jintlaqgħu b'wisq interess għat-talba tagħhom ta' investiment ta' lukanda fiż- żona mill-iżviluppaturi b'bosta minnhom aktar interessati li jinvestu flushom fil-qasam tal-proprjetà ta' lussu, li hu suq li bħalissa hemm domanda qawwija għalih. Attentat simili ta' bejgħ mill-aħwa Montebello diġà sar, imma falla. Gasan, li quddiemu, ta' Montebello ressqu l-proposta, kien rappurtat jgħid li ma tantx kien komdu "għax bdew jgħaġġluna biex nikkonkludu l-ftehim." Tkompli f 'paġna 8 Interess minn Albert Gauci Cunningham IRRIŻULTAT tar-referendum seta' ġie bħala pillola qarsa għal ħafna fir-Renju Unit, madwar l-Unjoni Ewropea u anke għal ħafna f 'Malta. Iżda jidher li l-mixja Brittanika 'l barra mill-UE qed twassal għal interess qawwi ħafna minn diversi kumpaniji biex jirrilokaw hawn Malta. L-ILLUM tinsab infurmata li l-Malta Enterprise bħalissa għaddejja bi trattattivi ma' tliet kumpaniji li bħalissa qed joperaw fir-Renju Unit u li qed juru interess qawwi li jmexxu l-operat tagħhom f 'pajjiżna. L-ILLUM hija infurmata wkoll li dawn il-kumpaniji ġejjin mill-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-assigurazzjoni, żewġ setturi li fihom, bħalissa hemm inċertezza kbira fir- Renju Unit. Għadu mhux magħruf fiex waslu dawn id-diskussjonijiet, għalkemm jidher li sakemm ikun hemm ftehim finali, il-Malta Enterprise u l-Gvern se jibqgħu kemm jista' jkun kawti. Il-vot favur Brexit qed iwassal għall-inċertezza fost bosta li joperaw fis-servizzi finanzjarji, bil-bżonn ta' qafas regolatorju ġdid li se jkollu jkun imfassal qabel mar-Renju Unit jitlaq mill-UE. Jiżdied l-interess f 'Malta wara l-vot Brexit; Tliet kumpaniji mir-Renju Unit f 'diskussjonijiet mal-Malta Enterprise Tliet kumpaniji mir-Renju Unit f 'diskussjonijiet mal-Malta Enterprise Tkompli f 'paġna 6 Sena wara li daħal x-xena politika għax qal li emmen f 'Simon 'Qtajt qalbi' Ara paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016