Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 6 Qtajt qalbi mill- politiċi u l-politika' - Ivan Bartolo 11-il xahar ilu kien qal: 'Simon Busuttil ifakkarni - onestà u l-integrità' minn John Busuttil IVAN Bartolo il-Fundatur u Kap Eżekuttiv tal- Kumpanija 6PMu negozjant li kien inħatar sentejn ilu minn Simon Busuttil biex imexxi l-Forum tal- Politika Nazzjonalista dwar l-ekonomija ħassu ferm diżappuntat mill-politika wara li s-sit Internazzjonali 'Politico' ħareġ bl-aħbar li uffiċjali tal-PN, Membri Parlamentari Ewropej tal-PN u deputati fil-Parlament tal-PN huma involuti fl- iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Bartolo ħassu diżappuntat jekk dak li nkiteb hu minnu fejn dehrlu li jikteb fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu hekk: 'Jekk dan hu l-każ, Jien uffiċjalment qtajt qalbi mill- politiċi kollha u mill-politika. Inħossni devastat.' Il-Kap eżekuttiv ta' 6PM b'dan il-messaġġ jagħti x'jifhem li m'għadux konvint fuq dak li 11-il xahar ilu kien qal dwar Simon Busuttil. Bartolo tkellem f 'diversi attivitajiet tal-PN fejn l-aħħar darba li semma leħnu kien fl- attivitajiet tal-Indipendenza, f 'Settembru li għadda meta għamel eloġju lil Simon Busuttil "Survey tan-negozju li qrajt jgħid li l-onestà u l-integrità huma l-kwalitajiet essenzjali ta' kap tan-negozju. U hekk ifakkarni Simon Busuttil: Onestà u Integrità. Busuttil hu r-raġuni li qed nersaq aktar qrib il-politika." Bartolo kompla jgħid dakinhar li Busuttil kellu raġun li jwissi lil poplu qabel l-2013 li Malta tmur dritt għal ġol ħajt jekk jitla' l-Labour. "Naħseb li kellu raġun għax meta nkun imsiefer, nies li nitkellem magħhom jgħiduli 'X'ġara minn dak il-pajjiż li n-nies tiegħu kienu dejjem jinvestu'. Forsi m'iniex wisq intelliġenti, iżda għadni ma nistax nifhem kif dan il-Gvern tela b'maġġoranza daqshekk kbira, ta' 36,000 vot," temm Ivan Bartolo kważi sena ilu waqt l-attivita tal- Indipendenza. Dawk li qed joperaw Malta applikaw biex ikabbru n-negozju Tkompli minn paġna 1 BOSTA kumpaniji, fosthom tal-assigurazzjoni, qed jibżgħu li se jitilfu mis- saħħa li għandhom li jiddeterminaw il-ħolqien ta' regoli fis-settur u l-banek ikollhom joħolqu sussidjarji Ewropej, minflok awtomatikament jiftħu fergħat fil-pajjiżi fejn jixtiequ. L-ILLUM hija infurmata li apparti l-klima ta' inċertezza li ħoloq il-Brexit, ħafna mill- kumpaniji mir-Renju Unit u li diġà qed joperaw Malta applikaw għal tkabbir fin- negozju tagħhom. Dan qed iservi ta' riklam kbir għall- pajjiżna u b'hekk jattira iktar interess Brittaniku lejn Malta. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li fil-Parlament, ftit wara li kien magħruf ir-riżultat tar-referendum fir- Renju Unit, ħabbar li l-Gvern se jkun qed jimbarka fuq strateġija li tattira lejn pajjiżna kumpaniji mir-Renju Unit. Il-Bord tal-Governanza jsib lil Fenech Adami ħati Jiċħad l-akkużi u l-PN jgħid li mhux se jaċċetta ġudizzju mingħand Ronnie Pellegrini ILBORD tal-Governanza Lokali f 'deċiżjoni li ppubblika lbieraħ, irrakomanda lid-Direttur tad-Dipartiment għall- Gvern Lokali biex "jieħu dawk il-miżuri li fl-opinjoni tiegħu jidhirlu li huma xierqa fil-konfront tal- eks Sindku Nazzjonalista Karkariż Michael Fenech Adami kif ukoll fil-konfront ta' Arthur Pizzuto, l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara," li fi żmienhom, skont l-istess deċiżjoni, seħħew irregolaritajiet fl- għoti ta' tenders. Id-deċiżjoni tal-bord tiġi wara lment li sar mill-Kunsilliera tal-Partit Laburista tal-lokal, li fih ġibdu l-attenzjoni għall-għoti ta' diversi tenders, fosthom ta' xogħlijiet fuq toroq u anke ta' kiri ta' vetturi, xiri ta' deskijiet, tender ta' tindif u ħlasijiet għal servizzi ta' tbattil ta' skips. L-ispiża ta' kull tender mogħti tvarja, għalkemm f 'bosta każi, il-Bord jgħid li l-Kunsill immexxi minn Fenech Adami aġġudika xogħol fil-ħidma tal-Kunsill imsemmija hawn fuq mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali. F'każijiet minnhom, bħal fil-każ tat-tender mogħti għat- toroq, il-Bord irrapporta kif l-eks sindku ta xogħol lill-kuntrattur mingħajr approvazzjoni formali preċedenti tal-Kunsill Lokali B'Kara u mingħajr ma kien għadu sar il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender partikolari. "Mill-minuti approvati tal-laqgħat tal- Kunsill li ġew ippreżentati quddiem dan il-Bord, irriżulta b'mod ċar li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni tal- Kunsill Lokali, la informali u wisq anqas formali," jgħid ir-rapport. Fil-każ ta' kiri ta' vetturi mingħand Davico/Tapram u kiri ta' photocopiers mingħand Corex International, il-Bord sab lil Fenech Adami ħati ta' ksur tal-proċeduri finanzjarji stabbiliti filwaqt li fil- kuntratt li ngħata lil General Cleaners ma kienx hemm l-approvazzjoni tal-Kunsill, apparti li ma sarx bil- proċeduri stabbiliti. Ftit biss wara li l-Bord tal-Governanza Lokali ħareġ konklużjonijiet dwar il- Kunsill Lokali ta' Birkirkara li kien imexxi Michael Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista ħareġ qatta bla ħabel kontra wieħed mill-membri tal- istess bord, Ronnie Pellegrini. "Mhux se naċċettaw ġudizzju mingħand Ronnie Pellegrini," saħaq il-PN, li kompla jfakkar dwar kummenti li l-istess Pellegrini għadda fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Huma akkużaw lil Pellegrini li biddel il-verità "ta' taħt fuq, proprju biex issir diskriminazzjoni kontra min ma jaqbilx miegħu politikament." Il-PN kompla jgħid li "Ronnie Pellegrini qed juri kemm jemmen fid-diskriminazzjoni meta fir-rwol tiegħu bħala membru tal-Bord tal- Governanza Lokali, dawwar il-fatti kompletament biex jaqdi lis-Sindku Laburista Joanne Debono Grech billi jikkundanna lill-eks Sindku ta' Birkirkara Michael Fenech Adami." Intant Fenech Adami f 'reazzjoni, filwaqt li qal li dak li ħareġ mir-rapport kien mimli nofs veritajiet akkuża lis-Sindku u lill-Partit Laburista li qed jagħmlu vendikazzjoni. "Tant kemm ma sar xejn irregolari min- naħa tiegħi, li r-reazzjoni tal-membri tal-Bord għax- xhieda tiegħi kienet waħda li l-investigazzjoni in kwistjoni hija kollha ħela ta' ħin u bla ebda bażi. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li min talab l-investigazzjoni fil-konfront tiegħi u ċoè s-Sindku preżenti Joanne Debono Grech qablet u għalhekk ivvutat favur kull deċiżjoni li ttieħdet minni bħala Sindku," temm jgħid Fenech Adami. Michael Fenech Adami