Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016| illum Aħbarijiet 3 Bejn muntanji Ġermaniżi u gżejjer Ġriegi… Il-preferenzi s-safar għall-vaganzi tas-sajf tal-Maltin… minn Ruben Anthony Xuereb HAWN min iħobb xmajjar u muntanji, filwaqt li wħud jippreferu l-baħar u x-xemx fuq xi ramla Griega. Fis- sajf ħafna Maltin iħobbu jsiefru jagħmlu mezz li jaħarbu għal ftit taż-żmien mill-gżira tagħna biex iżuru pajjiż barrani. Iżda fejn jiġbidhom l-aktar lill- Maltin? L-ILLUM tkellmet ma' xi aġenziji tal-ivjaġġar sabiex titħarreġ liema kienu d-destinazzjonijiet favoriti tal-Maltin għal dan is-sajf. Skont l-aġenzija Hamilton Travel, jidher li l-Maltin m'għadhomx jagħżlu l-Italja jew l-Ingilterra bħala destinazzjonijiet favoriti. Infatti, l-istess aġenzija qalet lil din il-gazzetta li dan is-sajf, l-aktar li kellhom domanda kienu għal vaganzi fl-Islovenja u l-Kroazja. Dan għaliex mid-dehra dawn il-pajjiżi, li qabel il-Maltin kien jistkerrhu xi ftit minħabba kwestjonijiet soċjopolitiċi li seta' kellhom, illum qegħdin jirreklamaw lilhom infushom bħala destinazzjoni turistika attraenti. Mhux il-Maltin kollha jfittxu xenarju differenti minn dak ta' pajjiżna u jfittxu muntanji u xmajjar. Il-kumpanija SMS Mondial saħqet mal-ILLUM li Santorini, Rodi, Ċipru u Korfu kienu l-aktar destinazzjonijiet imfitxija mill-klijenti tal-kumpanija tagħhom, li juri l-gosti tal- Maltin ivarjaw u ħafna xorta jkun hemm min jagħżel li jżur bajjiet u kosti, minkejja li f 'pajjiżna għandna simili tagħhom. Brittania Tours intant qalu li min-naħa tagħhom l-aktar destinazzjonijiet imfittxija dan is-sajf kienu l-Islovenja, il-Ġermanja u l-Awstrija. Dan seta' kien peress li din is-sena, huma offrew ġiti ġodda u varjati lejn dawn id- destinazzjonijiet li forsi ħajru aktar lin-nies jagħżluhom minn pajjiżi oħra. Uħud jagħżlu li jmorru kontra l-kurrent u jikkunsidraw vaganzi differenti minn dawk li tagħżel il-maġġoranza u infatti jipprenotaw il- vaganzi tagħhom f 'xi post eżotiku bħall-gżejjer tal- Maldives jew Mauritius, li aġenzija minn dawk li tkellmu magħna ddeskriviet bħala vaganzi popolari ħafna għall-qamar il-għasel. L-aġenziji kollha semmew li din is-sena żdied aktar l-interess għall-'cruises', infatti ħafna Maltin għażlu li jqattgħu xi ftit ġimgħat fuq dawn il-vapuri lussużi li joħduhom f 'postijiet anke 'l bogħod daqs il-Fjordi tan-Norveġja u saħansitra sal-Alaska. Cruises oħrajn popolari mal-Maltin kienu dawk madwar il-pajjiżi tal-Mediterran, li jinkludu fihom ġiti qosra f 'kull pajjiż fejn jieqaf il-vapur. Filwaqt li wħud jippakjaw ħwejjeġ għall-għawn, u oħrajn żraben komdi biex jimxu u jespoloraw il-kampanja, jibqa' l-fatt li huma x'inhuma l-gosti differenti tal-Maltin, ħaġa tibqa' ċerta; li l-Malti huwa poplu li jħobb isiefer u jgawdi… Veduta pittoreska tal-gzira ta' Santorini, fil Greċja Il-Malti huwa poplu li jħobb isiefer u jgawdi… Lanqas biss nitolbuhom irċevuta... HUWA ħażin li ħafna persuni, inkluż xi nies li joffru servizz ta' umbrelel u deckchairs ma jagħtux irċevuta, imma huwa daqstant ħażin ukoll li ħafna nies li jagħmlu użu minn servizz lanqas biss jitolbu rċevuta. Fil-fatt, 39% tal-qarrejja li ħadu sehem fl-istħarriġ ta' kull ġimgħa tal-illum.com.mt u li l-ġimgħa l-oħra staqsa dwar l-għoti ta' rċevuti mingħand dawk li jikru deckchairs/ umbrelel qalu li huma la qatt ingħataw irċevuta u lanqas qatt talbu għaliha meta krew umbrelel u deckchairs. Dan mhux xi fenomenu stramb. Fil-fatt f 'ħafna każi oħrajn, anke saħansitra fejn ikun użat servizz ta' tabib jew ta' avukat, kif ukoll servizzi oħrajn tal-id, huwa rarissimu li tingħata jew tintalab irċevuta għas-servizz mogħti. Minoranza konsiderevoli minn dawk li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ qalu wkoll illi huma, meta jmorru jgħumu qatt ma jikru umbrelel jew deckchairs. Kienu 21.5% biss tal-qarrejja illi qalu li qatt ma ngħataw irċevuta, anke meta talbuha. L-istħarriġ sar fid-dawl tal- attenzjoni estensiva mogħtija, inkluż fuq l-illum.com.mt, lis- sitwazzjoni gravi f 'Kemmuna b'ritratti ta' din il-gazzetta juru bajja (Blue Lagoon) fgata bid-deckhchairs u l-umbrelel. Il-furur li qam wassal biex l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tieħu azzjoni bl-iżbarazzar komplet tal-bajja iktar kmieni din il-ġimgħa, azzjoni li ntlaqgħet b'mod pożittiv minn dawk il-ħafna li jmorru u japprezzaw din il-ġawhra fi ħdanna. Intant il-mistoqsijiet li bagħtet din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra dwar permessi għall-operat tal- gabbani u negozju tal-'lockers', li faqqas dan is-sajf, baqgħu mhux imwieġba sakemm morna għall-publikazzjoni. Kulħadd fuq xulxin, sakemm l-awtoritajiet ħadu azzjoni din il-ġimgħa 57 serqa inqas mill-bajjiet Maltin ILPULIZIJA Maltija rċeviet 318-il rapport ta' allegat serq minn fuq bajjiet fix-xhur tas-sajf fis-sena 2015. Din is-sena 2016, jidher li kien hemm tnaqqis sostanzjali għaliex meta wieħed jqabbel ix-xhur ta' Ġunju u Lulju tas-sena l-oħra meta kien hemm total ta' 148 rapport, mal- 91 rapport f ' Ġunju u Lulju ta' din is-sena, jidher tnaqqis ta' 57 rapport. Bħala prevenzjoni wieħed għandu jieħu affarijiet mill- inqas miegħu meta jmur il- baħar, speċjalment affarijiet ta' valur. Huwa importanti li fi grupp, filwaqt li jkun hemm min jinżel jgħum, ħaddieħor joqgħod mal- affarijiet. L-appell tal- Pulizija dwar dawn it-tliet tipi ta' reati huwa, li wieħed għandu jevita li jġorr miegħu affarijiet ta' valur li m'għandux bżonn u qatt ma jżomm numru tal-pin mal- credit card. Dan filwaqt li jekk persuna tara imġiba ta' xi ħadd fil-pubbliku suspettuża, turih li qed jinnota l-mossi suspettużi, għaliex x'aktarx min ikollu ħsieb ħażin ser jallarga minn fuq il-post jekk jinduna li nqabad. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex dejjem jibqa' jagħti attenzjoni lejn l-oġġett ta' valur li wieħed jkun qed jġorr fuqu għal iżjed prevenzjoni.