Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 33 pożittivi fil-UEFA Women's Champions League vs. Twente fis-18:30 Stadium: Sportpark De Peuverweide, Geesteren Referi: Tess Olofsson 28 t'Awwissu: vs. Ferencvaros fit-15:30 Stadium: Sportpark De Peuverweide, Geesteren Referi: Tess Olofsson Il-lista tal-plejers ta' Hibernians għal din l-ispedizzjoni Ewropea: Rita Tagliaferro (GK) Rachel Borg (GK) Mandy Debono (DF) Maria Azzopardi (DF) Charlene Zammit (DF) Rebecca Bajada (DF) Jade Flask (DF) Gabrielle Tonna (DF) Dionne Tonna (DF) (Captain) Rodiana Borg (DF) Shona Zammit (MF) Corissa Vella White (MF) DorianneTheuma (MF) Francesca Chircop (MF) Ruth Steer Chetham (MF) Nicole Borg (ST) Emma Xuereb (ST) Martina Borg (ST) "Kont ili naħdem biex nirrealizza din il-ħolma għal dawn l-aħħar sentejn" - Michael Bongailas M'HEMMX dubju li l-ġurnata ta' nhar il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016, se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil- ħajja tat-triatleta Għawdxi, Michael Bongailas, hekk kif huwa sar l-ewwel triatleta Għawdxi li qatt ikkompeta u lesta Ironman 140.6 li tfisser u tinkludi fiha xejn inqas minn għawma ta' 3.8km, 180km rota u ġirja ta' 42.2km. Dan hekk kif huwa ħa sehem fl-Ironman Maasthrict-Limburg 2016, fejn ħadu sehem iktar minn 2000 atleta ġejjin minn madwar id-dinja kollha. Din it-tellieqa kienet l-ewwel waħda fl-istorja sa issa li bdiet u ntemmet f 'żewġ pajjiżi differenti hekk kif bdiet fl-Olanda u ntemmet fil-Belġju. B'hekk dan il-ġurnal ma setax ma jagħmilx kuntatt ma' Michael Bongailas innifsu fejn tana dawn il-kummenti rigward x'kienet tinkorpora fiha din it-tellieqa iebsa tal- Ironman, kif ukoll x'fisser dan is-suċċess fil-karriera tiegħu ta' triatleta. Huwa sostna li: "L-aktar ħaġa importanti fl-isport tat-triathlon hija dik li trid tkun 100% ppreparat kemm mentalment, kif ukoll fiżikament. Pass pass bdejt nipprepara għall-Ironman, li mhijiex ċajta meta qed tħares lejn tellieqa li teħodlok aktar minn10 sigħat. Dan għaliex it-tellieqa tikkonsisti fi 3.8 kilometri għawm, 180.2 kilometru rota u 42.2 kilometru ġirja. Dan ifisser tliet dixxiplini ta' sport magħqudin flimkien f 'tellieqa waħda. Biex tagħmel dan irid ikollok programm ta' taħriġ professjonali fejn ikollok kowċ li jippreparak tajjeb għal dak kollu li jista' jinqala' kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt it-tellieqa. Dan kollu sar bis-saħħa tal-kowċ tiegħi, Fabio Spiteri, li diġà esperjenza xejn inqas minn ħames tlielaq tal-Ironman fil-karriera mill-aqwa tiegħu fit-triathlon. Il-programm ta' taħriġ dejjem irċevejtu mingħandu permezz ta' email u t-taħriġ dejjem għamiltu f 'Għawdex stess waħdi peressli kien ikun diffiċli mmur Malta minħabba x-xogħol tiegħi. L-għawm nittrenjah ġo pixxina ta' 12-il metru fil- faċilità tal-Arka Respite Centre f 'Għajnsielem f 'Għawdex ukoll. Dan kien ikun diffiċli ħafna għalija. Infatti, kien ikolli nintrabat b'ħabel apposta ma' saqajja peressli ma kienx ikolli biżżejjed distanza. Trid tqis ukoll li taħriġ tal-għawm biss kien ikolli erba' jew ħames darbiet fil-ġimgħa. Fid-dixxiplina tar-rota ukoll nittrenja distanzi twal ħafna li jwasslu għal 180 kilometru f 'toroq li huma twal tmien kilometri biss. Dan ifisser li kien ikolli nirrepeti l-istess rotta għal aktar minn 20 darba. Il-ġiri jagħmel parti kbira mit-triathlon. Dan għaliex il-ġirja li tikkonsisti f 'maratona (42.2 kilometru) hija l-aħħar parti ta' din it- tellieqa wara t-3.8 kilometru għawm u 180 kilometru rota li jkunu diġà ħaduli madwar sitt sigħat u nofs. Int trid tippjana sew minn qabel kemm mentalment kif ukoll fiżikament, u żżomm pass tajjeb ħalli waqt il-ġirja tkun b'saħħtek biżżejjed biex tkompliha sal-aħħar mingħajr problemi, waqt li trid tieħu ħsieb ukoll li ma tonqosx min-nutrizzjoni. Għall- ġirjiet nittrenja wkoll ġewwa Għawdex ukoll u ndaħħal ħafna tlajja' u nżul ħalli ġismi jkun ippreparat għall-massimu li kont ħa nsib fl-Ironman. Tajjeb nirrimarka l-fatt li għal dawn l-aħħar sitt xhur, jien u l-kowċ tiegħi, Fabio Spiteri, ħdimna u studjajna ħafna fuq din it-tellieqa biex nippjanaw għar-rotta tant diffiċli ta' Maastricht li tikkonsisti f 'ħafna tlajja' u nżul f 'temp li ma kienx wisq sabiħ u li ħoloq periklu kbir għal waqt ir-rota. Ir-rotta tar-rota ħassejt li kienet diffiċli peressli t-toroq ma kontx nafhom u allura ma tkunx tista' tipprepara bl-aħjar mod għalihom. Dan apparti mill-fatt li kont f 'battalja mat-temp ikrah li sibna fil-Belġju, fejn infatti tlift 30 minuta għal din ir-raġuni. Iżda, l-importanti hu li żżomm kalm u tkun ippreparat għal kollox, u jien hekk għamilt! Wara r-rota ppreparajt għall-maratona fi ftit minuti u tlaqt għall-parti tant mistennija. Ħassejtni b'saħħti u kunfidenti ħafna u bqajt hekk tul il-maratona kollha. Infatti, tlaqt nitbissem u nsellem lill-familja tiegħi u lit- tfajla tiegħi Deborah, li kienu hemm biex jissapportjawni. Fortunatament għalija, mar kollox sew u ma esperjenzajtx problemi bħal bukgħawiġ jew xi uġigħ ieħor. Wara kollox, dak li tkun qed tistenna wara seba' sigħat mingħajr waqfien. Din l-esperjenza fl-Olanda u l-Belġju kienet waħda unika u sabiħa ħafna għalija. Kienet ħolma li saret realtà speċjalment f 'dak il-mument meta tkun wasalt fl-aħħar ftit metri tat-tellieqa. Ninsab kburi ħafna li rnexxieli nasal f 'livell daqshekk għoli fl-isport li tant inħobb u li għamilt unur għal pajjiżi, u għal Għawdex. Dan kollu ma setax isir mingħajr is-sapport tal- kowċ tiegħi, Fabio Spiteri, tal-familja tiegħi u tat-tfajla tiegħi Deborah u l-familja tagħha li mingħajr l-għajnuna tagħhom, żgur li din il-ħolma kienet tkun aktar diffiċli biex issir realtà. Ma tonqosx ukoll il-kollaborazzjoni li wrew miegħi l-Kunsill Lokali tal- Fontana, The Dukes Cafeteria, Sportmania, Shape Up Fitness Centre, Customize Nation u l-Malta Triathlon Federation," temm jgħid Michael Bongailas. Michael Bongailas waqt il-ġirja fl-Ironman 140.6 li bdiet fl-Olanda u ntemmet fil-Belġju