Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 24 Kummerċjali HSBC Malta jorganizza Kunċert tas-Sajf għall-klijenti Il-Bank HSBC Malta organizza Kunċert tas-Sajf għall-klijenti tiegħu, u wara sar riċeviment bl-ikel u xorb fil- Forti Sant'Anġlu. Il-kunċert ingħata mis- Sezzjoni tal- Perkussjoni tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) - inizjattiva ta' kollaborazzjoni bejn l-MPO u l-perkussjonista Daniel Cauchi – bil- parteċipazzjoni wkoll tal-mezzo soprano Clare Ghigo, Alex Bezzina (bit- trumbetta) u Matt McKay (bis- saxophone). Chris Muscat, Ian Decesare, Simon Decesare u Louisa Decesare Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane, Daniela Attard, u Ronald Attard Ix-xenarju spettakolari fl-isfond tal-Kunċert tas-Sajf ta' HSBC Malta li sar fil-Forti Sant'Anġlu Norman Aquilina, Marika Caruana Smith, John C Grech, Anne Grech u David Curmi Offerti speċjali għall-Klassi tan-Negozju fuq ħafna mid-destinazzjoni globali ta' Emirates Emirates qed toffri prezzijiet speċjali għal dawk il- passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw fil-Klassi tan- Negozju minn Malta lejn Dubaj u aktar lil hinn, li jfisser lejn iktar minn 70 destinazzjoni magħżula fil-Lvant Imbiegħed, Lbiċ tal-Asja, l-Oċean Indjan, l-Awstralja u New Zealand, l-Afrika, l-Lvant Nofsani u l-kontinent tal-Amerika. Għal żmien limitat, globalistas jistgħu jgħidu "hello" għal avventuri ġodda permezz tan-netwerk globali tal-Emirates u tal-offerti speċjali li qed toffri għall- Klassi tan-Negozju. L-ibbukkjar għandu jsir sal-31 ta' Awwissu 2016 għal vjaġġi bid-data ta' tluq mit-28 ta' Ottubru 2016 sal-31 ta'Mejju 2017. F'ċerti dati, l-offerta ma tapplikax. Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Emirates qed toffri skontijiet sa 33% fuq il-biljetti standard tal-Klassi tan-Negozju jekk il- biljetti jinxtraw sa 90 ġurnata qabel id-data ta' tluq, jew sa 25% jekk jinxtraw sa 30 ġurnata qabel it-tluq. Il-vjaġġaturi tal-Klassi tan- Negozju jistgħu jibbenefikaw minn trasport privat b'xejn minn u lejn l-ajruport, aċċess għall-lounge fl-ajruporti u allowance tal-bagalja ġeneruża ta' 40 kilo għal kull persuna. Emirates ittir lejn iktar minn 150 destinazzjoni f '81 pajjiż u topera skeda ta' titjiriet kuljum bejn Malta u Dubaj. Emirates toffri servizzi eċċellenti abbord l-ajruplan minn ekwipaġġ internazzjonali reklutat minn 130 nazzjonalità differenti, inkluż Malta. Emirates tipprovdi prodotti ta' kwalità u valur għall-flus lill-vjaġġaturi fil-Klassi tan-Negozju permezz ta' lie-flat beds, u iktar minn 2,500 stazzjon tad-divertiment on-demand permezz tas- sistema ice. Aktar tagħrif dwar Emirates u l-offerti speċjali għall-Klassi tan-Negozju jistgħu jinkisbu mis-sit www.emirates.com/mt Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar, direttament mill-Uffiċċju tal- Bejgħ tal-Emirates fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fuq in-numru tat-telefon: 2557 7255, jew onlajn mis-sit www. emirates.com/mt AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Emirates qed tniedi offerti speċjali għall-Klassi tan-Negozju fuq ħafna mid- destinazzjonijiet tagħha għall-vjaġġaturi minn Malta Lucas Bols, l-eqdem marka tal-ispirti distillati fid- dinja, dan l-aħħar nediet il-Galliano Ristretto. Dan hu msemmi għal shot qasir u qawwi ħafna ta' espresso u huwa likur artiġjanali magħmul 100% minn espresso li jiġi mill-ifjen żerriegħa tal-kafè Robusta u Arabica. Is-Sur Pierre Stafrace, General Manager, FBIC Limited, qal, "Il-marka Galliano għandha għażla sofistikata ta' likuri artiġjanali Taljani, bl-aktar togħmiet rikki u fini tal-Italja. Kuntenti ħafna li daħħalna r-Ristretto bit-togħma eċċezzjonali tiegħu f 'Malta. B'hekk inkomplu ntejbu l-għażla għall-bartenders u l-konsumaturi lokali." 55% tal-Galliano Ristretto hu magħmul mill-kafè Arabica li jiġi mill-Kolumbja u l-Braġil, b'laqtiet ħfief kremużi taċ- ċikkulata, u l-45% l-oħra huma mix-xitla tal-kafè Robusta, mill-Indja u l-Kenja. Dawn jagħtu l-aħjar bilanċ lit-togħma morra tiegħu. Il- Galliano Ristretto jista' jiżdied bħala likur f 'xarbiet klassiċi bħall-Black and White Russian, inkella jista' jitħallat f 'xarba sħuna fix-xitwa. Huwa 100% naturali, mingħajr addittivi, u ħafna drabi fil-pajjiż nattiv tiegħu, l-Italja, jinxtorob bħala diġestiv. Hu '60 proof ABV' u joffri togħma konsistenti ta' kafè mingħajr l-użu ta' krema jew ċikkulata. Dan kollu jagħmlu prodott uniku fil- kategorija tal-likuri tal-kafè. Il-Galliano Ristretto jista' jitħallat ukoll ma' cola u jinxtorob minflok ix-xarba moderna tar-RedBull, kif ukoll bil-krema jew bħala shot. Il-Galliano hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons. Il-Galliano jiċċelebra bir-Ristretto