Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Sitwazzjoni skomda ser iġġiegħelek tieħu deċiżjoni xi ftit jew wisq kontra qalbek imma issa ma hemmx lok aktar li tħossok bejn ħaltejn, issa jew vi jew va! Għalkemm qed tħoss xi ftit skumdità dwar din is-sitwazzjoni, dak li għaddejja minnu u dak li ġejja xorta waħda trid issir din id-deċiżjoni. L-importanti li ma tarax dak li jista' jkun għal-lum imma trid tqis il-futur tiegħek. Aħseb sew! Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 26 u 31 Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Għalkemm il-karriera hi l-akbar prijorità tiegħek imma trid tagħraf ukoll ir-relazzjoni u d-dedikazzjoni tal-maħbub/a tiegħek. Bħalissa m'intix tinduna li hemm żbilanċ f 'din is-sitwazzjoni, għandek bżonn issib spazju ta' rilassament fejn tajjeb li tmur tgħum jew terġa' taqbad id-delizzju li kellek. Agħti ftit spazju għalik innifsek Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 23 u 30. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Għalkemm il-ħajja romantika li għandek hi waħda trankwilla, għal xi raġuni fil-ġranet li ġejjin, se tibda taħseb dwar ċertu affarijiet minħabba xi tibdil li ser tara fis-sieħeb / sieħba tiegħek. Però m'għandekx għalfejn tallarma ruħek. Tajjeb li bil-mod tara kif ser tidħol fis-suġġett biex tara eżatt għaliex qiegħed jiġri dan it-taqlib. Dejjem żomm il-kalma u idħol għad-diskors fin fin. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 26 u 35. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus mill-21 ta' April dal-20 ta' Mejju Waqfa li qiegħed tippjana hi purament tajba minn kull aspett. Din hi okkażżjoni tajba għalik sabiex waqt li se jkollok ftit serħan mill-istress ta' madwarek, ikun ukoll mument tajjeb ta' rif- lessjoni għal dak li għandek tkompli tagħmel fil- kumplament tas-sena. Din il-waqfa għandha sservik biex tiffoka fuqek għalhekk aħtaf din l-opportunità. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 22 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Sfidi quddiemek għandha tkun ta' aktar kuraġġ u determinazzjoni. Għalkemm bħalissa rġajt qed tiltaqa' ma' kurrenti kontra tiegħek dan għandu jkun ta' opportunità biex joħroġ il- karattru qalbieni tiegħek. Għalkemm inti trid tagħraf tibqa' kawt quddiem kull sitwazzjoni, żomm lilek innif- sek pożittiv u żgur li kif dejjem irnexxielek tagħmel din il-fażi wkoll tiġi megħluba. Żomm kalm. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 19, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Bħalissa huwa l-mument li trid tagħraf tuża moħħok. Għalkemm tinsab taħt pressjoni qarrija xorta waħda din sejra tgħaddi. Minn din l-esperjenza issa trid tagħraf timxi aktar b'moħħok. B'dak li esperjenzajt issa tista' tinnota kif bħal donnok tinsab taħt osservazzjoni. Issa tista' tagħraf tis- frutta dak li inti tixtieq tagħmel. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas- Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 13, 29 u 38. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Xi drabi ninqabdu bejn ħaltejndwar deċiżjoni li għandna nieħdu jew inkella liema triq irridu nagħżlu. Inutli li tipprova tieħu xi pariri għax dak li tħoss int ħadd mhu se jħossu. Il-parir li inti ser tirċievi se jkun fuq dak li jħoss ħaddieħor u mhux dwar dak li tħoss int. Ieqaf minn dak kollu li qed tagħmel u rrifletti aktar dwar dak li tixtieq. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 25 u 32. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Għalkemm din hija ġimgħa ta' impenn u ser tħarbatlek xi ftit l-iskeda li inti tħobb iżżomm, xorta għandek tagħti l-massimu tiegħek biex turi l-abbiltà tiegħek u dan għandu jservi ta' ġid 'il quddiem fil-karriera tiegħek. Mhix ser tkun ġimgħa faċli u għalkemm ser ikun hemm mumenti fejn taqta' qalbek, trid tkompli turi l-kapaċitajiet tiegħek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 31. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Pjan ta' waqfa li qed tħejji, għandu jservi tajjeb minħabba l-pressjoni li hemm madware. Din il-vaganza se jkollha żewġ għanijiet: l-ewwel li tistrieħ ftit għax għandek bżonn tirrilassa u t- tieni se tkun opportunità biex tirrifletti fuq dak li hemm ġej. Aħseb dwar kif ser tqassam il-ħin għax taf li minn dak li qed tara jaf ikun hemm żbilanċ għat-tqassim tal-ħajja tiegħek Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 29 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ħsieb li qed idur f 'moħħok, ser ikun ta' inkwiet għalik f 'din il-ġimgħa. L-aħjar mod kif issib ftit serħan il-moħħ huwa li tieqaf ftit u tiffoka fuq il-problema biex issolviha mill-aktar fis possibbli. Jekk tibqa' ttawwal, il-problema sejra toħloq ostakoli li se jfixkluk fir-rutina tiegħek. Din il-ġimgħa sib spazju waħdek, irrifletti u ddeċiedi sew. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 22, u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Għalkemm tinsab kuntent/a fir-relazzjoni li tinsab fiha bħalissa, xorta għandek tirrifletti fuq il-passat. Dan ser jikkawża xi problemi żejda f 'dan il-mument. Il-passat tajjeb tħares lejh sabiex tagħmel xi riflessjonijiet imma jkun ħażin ħafna jekk teħel ma' dan l-imbierek passat kulma għandek tagħmel hu li tiffoka fuq dak li għandek illum u dak li għadda ħallih Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 28 u 39. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Persuna mill-passat ser tidħol fil-ħsibijiet tiegħek. Ser tinħoloq kurżità kbira madwarek minħabba li tixtieq tkun taf dwar il-ħajja ta' din il-persuna. Din is-sitwazzjoni taf iġġiblek inċertezza kbira f 'ħajtek u dan jaf ifisser xi ftit inkwiet żejjed għalik meta suppost għandek perjodu stabbli. Moħħok bħal donnu qatt m'għandu kwiet. Tgħaġġilx għax dak li taħseb jaf ma jkunx. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 10, 25 u 36. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? It-Tifla Misterjuża KIEN il-jum tat-Tlieta meta omm Audrey ċemplitli sabiex tkellimni, u wara xi 20 minuta nitkellmu, iddeċidiet li tagħmel appuntament miegħi sabiex nitla' Għawdex ħalli nara s-sitwazzjoni tad- dar u tat-tifla Malli dħalt id-dar, stajt inħoss l-arja li kinet ferm friska: indikazzjoni li kien hemm xi forma ta' enerġija. Wara li dort dawra mad- dar, kien imiss il-kamra fejn Audrey kien ikollha kuntatt ma' Karen. Hawn sibt sitwazzjoni ferm kumplikata, għalhekk tlabt li nqatta' tlett ijiem Għawdex ħalli nkun ċert min dak li ħassejt li f 'dak il-mument żammejt kollox ġo fija. Wara kien imiss li nqatta' ftit ħin ma' Audrey, u ndunajt li għalkemm ta' età żgħira, ġa kellha ħafna għerf u stajt nara fejn nista' nasal magħha. Għalkemm ma kontx preparat, ommha ħatfet l-opportunità sabiex namlu sessjoni sabiex ikollha forma ta' ġwida dwar is-sitwazzjoni tagħha ma' żewġha u kienet ferm iddispjaċuta minn dak li rriżulta però, għalissa tlabtha ma tagħmel l-ebda pass u tikkopera aktar miegħi bil-kundizzjoni li fil-mument opportun tieħu l-azzjoni li jkun hemm bżonn, u hekk għamlet. Ħriġt mid-dar f 'sitwazzjoni maqsuma fi tliet partijiet, u spiċċjat totalment bla enerġija. Lura d-dar bdejt inħejji għal dan il-każ fejn kont naf li se jkun kumplikat għax hemm involviment ta' tliet sitwazzjonijiet. Għalhekk, inġbart għal erbat ijiem fi rtir ta' talb, magħluq għalija waħdi sabiex inkun nista' nidħol għal din is-sitwazzjoni b'enerġija spiritwali, u fl-istess waqt, ta' protezzjoni minn dak kollu li jista' jinqala'. Sar ftehim li fi tlett ijiem li nkun f 'din id-dar, ħadd ma jkun fiha, u hekk sar. Fl-ewwel lejla kelli taqbida sabiex nasal eżatt dwar ir-raġuni għala l-ispirtu ta' din Karen kien tant qawwi f 'din id-dar. Wara li għamilt it-tieni lejla, wasalt għall-konklużjoni fejn irriżulta li xi 30 sena qabel minħabba li meta kien ikun hemm xi tfal b'diżabbiltà ma joħorġuhomx mid-dar, meta Karen mietet id-dar f 'età żgħira, din ġiet midfuna fil-ġnien li kien hemm mad-dar. Ġew infurmati l-Pulizija, u wara kważi Ġimgħa iħaffru, instabu xi fdalijiet umani midfuna, u wara testijiet li saru, deher li kienu umani ta' età ċkejna. Wara sessjoni oħra ma' omm Audrey, din ħadet il-parir li tagħmel ċertu osservazzjonijiet lil żewġha, u wara ftit ġimgħat irnexxielha taqbad fil-fatt lil żewġha, li kien ilu f 'relazzjoni ma' persuna oħra għal sentejn. Wara, ġie deċiż li Audrey u ommha jibdew ħajja ġdida f 'Malta, u hekk sar. Wara dan kollu, għall- okkażjoni tal-magħmudija tat- tieni bint, kif kienet qaltilha Audrey, tlabt lil omm Audrey sabiex iċ-ċermonja tagħmilha fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu bħala ringrazzjament li kollox mar sew, u wara, żorna ċ-ċimiterju fejn ġew midfuna f 'post xieraq il-fdaljiet ta' Karen, u min hemm inbeda kapitlu ġdid. Illum, Audrey xorta waħda għad għandha kuntatt ma' Karen, imma issa għandha oħtha li jisimha KarenJo, ommha fetħet negozju tal- ħwejjeġ tat-tfal, imma d-dar li kienu jgħixu fiha Għawdex, sal-ġurnata tal-lum baqgħet ma nxtrat minn ħadd. Għalhekk, il-qawwa spiritwali reġgħet kienet fundamentali sabiex twassal enerġija pożittiva lill-familja kontra kull aspettattiva oħra.