Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
minn Albert Gauci Cunningham JEKK gwardjan li jaħdem il-ħabs ikun jaf illi persuna biddlet il-ġeneru tagħha u intenzjonalment jikxef l-identità tal-istess persuna jista' jeħel multa ta' bejn €500 u €1,000. Din il-miżura, issa fil-liġi, hija waħda mill-ħafna oħrajn illi ġew imħabbrin fil-politika għall-priġunieri 'trans', 'intersex' jew 'gender variant' iktar kmieni din il- ġimgħa. Il-politika għandha l-għan li tagħmel ħajjet priġunieri transessewali, aktar faċli u li tara wkoll illi kulħadd ikun trattat b'mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni. Għalkemm hemm min jista' jara din it-tip ta' politika bħala żejda jew esaġerata, fil-fatt mhi qed toffri ebda dritt żejjed jew privileġġ lil xi priġuner, imma toffri biss protezzjoni lill- priġunier trans mill-mument li jidħol, sal-mument li joħroġ mill-ħabs. Fil-fatt, din ma kinitx u mhix kwistjoni lokali hekk kif l-inġustizzji u l-umiljazzjoni li batew numru ta' priġunieri trans saħansitra waslu fil- Parlament Ingliż. Is-sena l-oħra d-Deputata Laburista Cat Smith, kienet żvelat ittra ta' persuna trans li kienet qed tiskonta sentenza u li f 'ittra spjegat kif l-awtoritajiet tal- ħabs kienu ħadulha kollox, saħansitra l-mediċina. "Ħadd ma jaf kemm qed inħossni suwiċidali għax ħadd ma jimpurtah...qed inħossni totalment imkissra...ma niflaħx iktar. Jiena mara f 'ħabs tal- irġiel. Dan mhux sew." Fid-dawl ta' dawn ir-realtajiet li l-Gvern Malti qed jindirizza l-ILLUM tat ħarsa ħafifa lejn dak li qed jipproponi l-Gvern biex, kif jingħad fid-dokument li tqassam lill- midja, ikun provdut taħriġ u informazzjoni preċiża, li titnaqqas id-diskriminazzjoni u li jkun hemm sett stabbilit ta' proċeduri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum SITUATION VACANT The Gozo Technical Diving Center Requires the services of a full time highly qualified scuba diving instructor If interested contact: Tom Steiner on 79009565 or Audrey Cudel on 79009575 Working Hours: 8:00 - 17:00 L-għan tal-bidliet imħabbrin L-għan tal-politika li ħareġ il-Gvern, b'ħidma konġunta bejn il-Ministeri ta' Helena Dalli u Carmelo Abela, hija li tipprovdi informazzjoni korretta u kurrenti lil dawk kollha li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, dwar id-drittijiet u l-obbligi ta' nies trans. Qed tagħmel ċari wkoll proċeduri li ma kienx hemm, dwar priġunieri trans kif ukoll toħloq qafas li taċċerta t-trattament ġust u mingħajr diskriminazzjoni ta' persuni trans. Il-politika mħabbra mill- Gvern hija waħda mibnija fuq il-valuri tad-dinjità u l-awtonomija tal-persuna, il-ġustizzja soċjali, l-indirizz għall-inġustizzji u d-diversità. Multi ta' bejn €500 u €1,000 kontra min jikxef l-identità ta' priġunier trans ...wara li din il-ġimgħa tħabbret il-politika għall-protezzjoni ta' priġunieri transesswali Il-Gvern Malti beda jindirizza l-fastidju u d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw bosta persuni trans fil-ħabs Meta persuna trans tidħol il-ħabs id-Direttur għandu, fil-privat, jagħmel sett ta' mistoqsijiet dwar l-identità tal-ġeneru u jitlob dettalji dwar bidliet li l-persuna għamlet jew qed tistenna li tagħmel. Persuna trans li saret mara jew li tqis il-ġeneru tagħha bħala femminil għandha tkun fid- diviżjoni tan-nisa. Uża l-femminil meta tinidirizzaha. Persuna trans li sar raġel jew li jqis il-ġeneru tiegħu bħala maskil għandu jkun fid-diviżjoni tal-irġiel. Uża l-maskil meta tindirizzah. L-impjegati tal-ħabs għandhom dejjem juru rispett u jevitaw li jitkellmu dwar is-sitwazzjoni ta' persuni trans quddiem oħrajn. L-istaff għandu jingħata t-taħriġ kollu meħtieġ dwar il- karatteristiċi u dwar kwistjonijiet ta' identità tal-ġeneru u kif jitratta każi simili. Wara konsultazzjoni ma' tim mediku priġunier trans ikun jista' jdaħħal miegħu affarijiet bħal kożmetiċi, kremi depilatorji jew prostetiċi, bħal forom ta' sider jew ġenitali. Jista' jkun li jinħass il-bżonn li jkunu stabbiliti ħinijiet separati għall-ħabsin trans meta jkollhom bżonn jieħdu showers. Kull priġunier trans għandu d-dritt illi jingħata aċċess mediku u trattament relatat mal- identità tal-ġeneru, espressjoni jew karatteristika. Għandu dritt ukoll li jkollu aċċess għall- medikazzjoni ormonali jekk preskritta.