Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Se jieħu post il-programm Reporter Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Minn Ottubru li ġej, XTRA fuq TVM IL-PROGRAMM televiżiv Reporter, li deher għall- ewwel darba fuq TVM fl-1999, se jkun qed jeħodlu postu l-programm ġdid ta' ġrajjiet kurrenti XTRA. Il- programm ġdid, li se jkun qed jixxandar f 'data u ħin differenti, se jkun qed jibqa' jiġi preżentat mill-ġurnalist u direttur maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan. "Il-programm huwa partnership bejni u TVM, imma se jkun qed jiddependi mis-sapport ta' MediaToday meta jiġi għal features, riċerka u loġistika," qal Saviour Balzan. Il-programm il-ġdid huwa mistenni li jippreżenta dehra ġdida u se jkun qed jibbaża ħafna mit-temi ta' diskussjoni fuq ġrajjiet kurrenti, imma mhux se jillimita ruħu għall- politika biss. Reporter ixxandar għall- ewwel darba fl-1999 u beda bħala programm ta' diskussjoni ta' kuljum, fuq TVM. Kien tneħħa fl-2004, anke jekk kien imsemmi li seta' jieħu post Bondiplus, u rritorna fl-2006, u reġa' tneħħa fl-2009. Il-programm irritorna fl-2013 kull nhar ta' Tnejn u kien joffri punt ta' referenza għall-ġrajjiet kurrenti qabel l-aħbarijiet u s-seconda serata. F'kull stħarriġ, Reporter kien dejjem igawdi minn udjenza tajba u kien jiġi biss wara Disett. Il-programm ħa reputazzjoni li ma jħares lejn wiċċ ħadd u jkun inkwiżittiv fl-istil ta' rapportaġġ tiegħu. "Se nkunu qed inżidu talent ġdid fis-serje l-ġdida," kompla jsostni Balzan, "Kollox se jinbidel u għandi kull intenzjoni li nkompli npoġġi l-interessi u l-aspettattivi tat-telespettaturi l-ewwel. Minkejja dan, mhu se jkun qed jikkompeti mal-ebda programm ieħor." Saviour Balzan żied jgħid li fi 17-il sena ta' xandir, qatt ma nstab ħati mill-Awtorità tax-Xandir li naqas jew kien żbilanċjat fir-rappurtaġġ tiegħu, u jittama li dan jibqa' hekk. "Kont iddiskutejt il- programm ma' Anton Attard, u komplejt bid-diskussjonijiet mas-CEO l-ġdid, John Bundy. Minkejja l-impressjoni li għandhom xi nies, qatt ma kien hemm indħil fl- għażla tas-suġġetti jew tal- mistoqsijiet. Hemm protokoll li nsegwi flimkien mal-kap tat-taqsima tal-aħbarijiet tat-TVM, Reno Bugeja. Hu jagħti l-parir tiegħu fuq il-kontenut, imma ma jagħtix direzzjoni editorjali. Per eżempju, trattajt il-kwistjoni tal- Panama Papers fil-programm iktar minn kwalunkwe preżentatur, u qatt ma ġejt mitlub sabiex nibdel is-suġġett," kompla jgħid Saviour Balzan. Meta mistoqsi dwar x'jaħseb li programmi kompetituri, bħal Times Talk tneħħew mill-iskeda, hu sostna li jifhem kif qed iħossuhom f 'dan il-mument. "Jien kont tneħħejt diversi drabi fil- passat, u bħas-soltu, il-ġustifikazzjoni dejjem ma tkunx ċara. Dak iż-żmien, ma kienx inqala' għagħa, imma hekk hi l-ħajja. Nemmen li x-xandir tal-istat għandu bżonn dik il-qabża fejn ilħna differenti b'veduti differenti minn oqsma differenti jingħaqdu f 'diskussjoni. Sakemm hemm id-diversità, m'hemmx problemi." Balzan sostna li mhux se tkun faċli li ż-żewġ partiti politiċi jpoġġu bilqiegħda u jaraw l-istampa kollha, iktar u iktar jekk dawn għandhom l-istazzjonijiet tagħhom. Imma jgħid li l-pubbliku jixraqlu li din il-problema tiġi indirizzata darba għal dejjem. "Jiena pruvajt nagħmel il-parti tiegħi fl-2013 billi tkellimt ma' Simon Busuttil u Joseph Muscat, imma xejn ma ħareġ minn dan. Anke jekk forsi mhix ċara daqs iż- żminijiet ta' Lou Bondi, xorta waħda ottimist li x-xandir tal- istat jista' jiġi riformat." Meta mistoqsi dwar ix-xniegħat li hu kien se jieħu post Xarabank, Balza qal, "Dan mhux il-każ hija t-tweġiba sempliċi. Peppi għandu l-istil iteħgu, u m'għandi l-ebda intenzjoni li nipprova nimita. Aħan noffru prodotti differenti u jkun ta' detriment għall-PBS li jneħħuh. Din għamiltha ċara ħafna fil- laqgħat tiegħi ma' PBS, imma huwa importanti li nkunu konxji li kulħadd għandu data ta' skadenza, jien inkluż." TVM reġa kkonferma wkoll iż-żewġ programmi mtellgħa minn MediaToday: il-programm ta' tisjir GourmetToday u l-programm ta' diskussjoni soċjali, Dwarna.