Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Għawdex 15 biż-żmien' - Sindku ta' San Lawrenz l-Kunsill u r-residenti ta' San Lawrenz għandna obbligu li niġġieldu biex din it-triq issir. "Inħossni nonqos lill- komunità tiegħi jekk ma niġġilidx għall-istat perikoluż li tħalliet fiha Triq San Lawrenz, li hija responsabbilità tal-Gvern Ċentrali. It-triq jonqosha t-tieni saff ta' tarmak li ilha tistenna għal aktar minn tliet snin. It-tappieri ħafna 'l fuq mit-triq qed joħolqu periklu għalina r-residenti u l-eluf ta' turisiti. TIBQGĦUX TGĦADDUNA BIŻ-ŻMIEN! Aħna ċittadini bħall-bqija tal-Għawdxin! Il-Kunsill ilu ħafna jiġbed l-attenzjoni u ser iżomm responsabbli lil awtorità konċernata minn din it-triq għal kull ħaġa li tista' tinqala'. Sadanittant nisħqu fuq prudenza fis-sewqan. Fejn hemm bżonn niġbed l-attenzjoni għandi niġbidha. Wara kollox għalhekk ħadt il-fiduċja tal-poplu biex inkun l-vuċi tagħhom. Hekk għamilt fil-passat u hekk nibqa' nagħmel." Noel Formosa qal li ilhom jgħidulhom mill-Ministeru li se titranġa fix-xhur li ġejjin iżda s'issa għadu kollox kif kien. Għawdex qed jattira miljun u aktar turist fis-sena u dawn kollha kemm huma jispiċċaw id-Dwejra tant li din id- destinazzjoni fuq Trip Advisor tinsab fl-1 post ta' dawk li jżuru Għawdex. It-triq kif inhi barra li hi perikoluża, hi wkoll kerha u ma tagħmilx ġieħ lil Għawdex mat-turist. Barra hekk skont ir-resident ta' San Lawrenz billi l-wiċċ tat-triq mhux livellat, iwassal li meta tkun ix-xita iżżomm l-ilma għax ma jmurx fejn suppost għandu jmur meta t-triq tkun lesta, għax it-toqob għas-sistema tad-drenaġġ jinsabu 'l fuq mil-livell tat-triq li hemm bħalissa. tar-ristoranti li ma mtlewx kollha kemm huma, iżda żgur li marru tajjeb is-supermarkets Għawdxin speċjalment il- LIDL li matul il-ġimgħa kien ippakkjat b'Maltin, bil-karrelli mifqugħin b'kull tip ta għaġin, inbid, birra, energy drinks, ġelati, laħam tal-BBQ, sauces u ġobon; fejn ridt tistenna għal ħin twil wara karrelli oħra biex tgħaddi minn kuridur għall-ieħor. Mill-istħarriġ li għamilna anke s-supermarkets l-oħra kellhom ħafna aktar xogħol mis-soltu fejn anke dawn kienu mimlija b'Maltin jimlew il-karrelli tagħhom. Min ħaseb li l-clubs bħall- Grotta se jkunu mifqugħa biż-żgħażagħ Maltin mar kemmxejn żbaljat għax dawn iż-żminijiet m'humiex magħrufa għat-turist żagħżugħ bħal dak tal- Karnival, iżda tal-familji u ħbieb li jqattgħu l-ħin tagħhom, jgħumu, jieklu, jixorbu u jagħmlu parties fil-farmhouses. Il-fatt li 1,700 sodda fil-lukandi kienu meħuda kollha u l-5,000 appartament u farmhouse (li huma rreġistrati) kienu kollha mimlija, juri eżatt il-fatti kif kienu. Kull pożittiv iġib miegħu n-negattiv Rekord ta' nies, karrozzi, bejgħ u rekord ta' ċitazzjonijiet skont il-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber. Għalkemm meta tkellimna mal-ministru Owen Bonnici li taħtu jaqgħu l-gwardjani lokali qalilna li ma ngħatawx daqshekk aktar mis- soltu u l-aktar ċitazzjonijiet ingħataw minħabba double u triple parking fi triq it-Tiġrija. Kull influss qawwi fi gżira ċkejkna bħal Għawdex iġib miegħu sew tkattir ta' ġid u anke tkattir ta' problemi fejn anke ż-żibel ħdejn l-appartamenti kiber mhux ftit u dawk il-maltin li krew xi akkomodazzjoni f 'Għawdex ħallew il-boroż suwed tagħhom fit-toroq jew appartamanti li krew. Li ma kinux jafu li dawn ħallewhom mit-Tnejn sat-Tlieta meta nhar ta' Tlieta jinġabru l-boroż l-griżi u għalhekk iż-żibel tħalla fl-art għal kważi jumejn. Kien ikun aktar ta' sens komun kieku l-iskart inġabar kollu wara festa li ġabet daqshekk turizmu lejn Għawdex. Tkellimna ma' Joe Muscat li qalilna li dan is-suċċess jista' jitħassar jekk ma nużawx is-sens komun, "Qrajna ħafna lmenti ta' Maltin li ma jridux jitilgħu iżjed Għawdex minħabba ċ-ċitazzjonijiet li qalgħu. Għax il-Malti lest li jonfoq €500 u €20 ċitazzjoni ddejqu wisq. Iżda aħna ma rridux li jkun hawn kaos jew il-Malti jipparkja fejn irid u kif irid. Iżda qed nitolbu li l-gwardjani lokali jħarsu lejn il-prevenzjon aktar milli ċ-ċitazzjoni. Għandu jwissi qabel jaġixxi. Ma nistgħux nużaw dawn iż-żminijiet biex nagħmlu nasba lill-Malti. Il-Gwardjani għandhom imorru jkellmu lil min jkun se jipparkja ħażin u jfehmuh li hemm postijiet oħra li jistgħu jmorru jipparkjaw u jużaw jew it-trasport pubbliku inkella jimxu ftit. Għax bil-mod kif għamlu l-gwardjani lokali ġara li l-parkeġġ ħażin baqa' hemm, il-kaos baqa' hemm basta daħħalna l-flus. Mhux sew li dak li tant ilna naħdmu għalih inkissruh b'dan il-mod. U qed ngħiduh issa dan ħalli ma jerġax jiġri l-istess fil-mewġa kbira oħra li ġejja għall-Festa tal-Bambina." Tkellimna wkoll mal- Ministeru għal Għawdex dwar dan u qalulna li hu fattur li l-parkeġġ f 'Għawdex mhux biżżejjed anke għall- Għawdxin biss aħseb u ara meta jiżdiedu b'daqsekk eluf il-Maltin. Qalulna wkoll li l-Ministeru qed jaħseb għal dan u sa sentejn oħra se jkun hemm parkeġġ ta' madwar 400 karrozza taħt il-qorti li se jibda jinbena u anke taħt l-iskola li se tinbena flok il-grawnd li hemm fejn il-venda tal- linja li se jkollu diversi sulari taħt l-art bi spazji ta' mijiet ta' karrozzi. Kelliem għall- Ministeru qalilna li d-dinja ma saritx f 'salt iżda qed jaħsbu biex fil-futur din il-problema tittaffa. Dwar iċ-ċitazzjonijiet l-istess kelliem qalilna li sfortunatament l-liġi qiegħda hemm għal kulħadd u min jipparkja ħażin u jikser il-liġi irid iħallas għaliha. Il-ħmieġ li jitħalla wara l-bibien l-għada ta' Santa Marija bis-sindku ta' San Lawrenz jgħin fit-tindif "M'għandniex nużaw dawn iż-żminijiet biex indaħħlu lill- Maltin f 'nasba"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016