Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 2 Pembroke A ............... 1 FLORIANA bdew l-istaġun b'rebħa tajba ta' 2-1 kontra Pembroke Athleta. Huma ħarġu ferm aggressivi u wara biss ħames minuti logħob resqu viċin li jsibu x-xibka meta l-captain Nicolas Chiesa lejn Amadou Samb li minn taħt il-lasta xeħet ftit għoli. Il-Greens fethu l-iskor fil-11-il minuta meta wara xogħol tajjeb ta' Amadou Samb, huwa indirizza cross preċiż lejn Mario Fontanella li daħal bħal vleġġa qabel ma tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat. Iżda Floriana ma tantx damu jifirħu hekk kif sitt minuti biss wara, minn indeċiżjoni tad-difiża tal-Greens, approfitta l-attakkant żagħżugħ Luke Montebello, li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel dar mal-goalkeeper internazzjonali Justin Haber u tefa' l-ballun f 'lasta vojta, biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka propju fid-debutt tiegħu fil-Kampjonat mat- tim immexxi mill-kowċ Winston Muscat. Pembroke Athleta resqu viċin li jmorru għall- ewwel darba fil-vantaġġ fit-28 minuta meta minn indeċiżjoni oħra tad-difiża ta' Floriana, il-ballun spiċċa f 'saqajn Siraj Eddin Arab li iżda mill-viċin tefa' inkredibbilment għoli. Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ fit-32 minuta, meta Amadou Samb indirizza cross għan-nofs iżda Brandon Muscat kien sfortunat meta l-ballun ħabat miegħu qabel intemm ġewwa biex b'hekk irriżulta auto-goal. Fis-66 minuta, il-Greens resqu viċin li jagħmluhom tlieta permezz ta' freekick dirett ta' Maurizio Vella, li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Mario Muscat li salva bi bravura liema bħalha. Fid-69 minuta, Pembroke Athleta qalgħu daqqa ta' ħarta fit-tentattv li jsalvaw imqar punt minn din il-logħba meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers, hekk kif tkeċċa għalihom Siraj Eddin Arab permezz ta' karta ħamra diretta, wara daħla kerha minn wara fuq Jurgen Pisani. Fid-90 minuta Pembroke Athleta spiċċaw jilagħbu b'disa' plejers meta tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta, Luke Montebello, wara foul ikrah fuq Andrè Scicluna. Floriana: Haber, Scicluna, Monticelli, Pepe, Borg, Vella, Pisani, Cini, Samb, Chiesa, Fontanella (Amadio 74') Pembroke A.: Muscat, Gauci (Da Silva 61'), Maksymov, Montebello, Eddin Arab, Levnaic, Barbetti, Muscat, Micallef (Eduardo Mariano 78'), Attard, Borg Referi: Trustin Farrugia Cann AMADOU SAMB Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti. Twieled fit-22 ta' April 1988 fis- Senegal, u għandu 28 sena. Qed jilgħab ma' Floriana għat- tielet staġun konsekuttiv. Floriana jiksbu rebħa tajba kontra Pembroke A. Ritratt: Christine Borg Amadou Samb d-dwell mal-captain Serb ta' Pembroke Athleta, Zoran Levnaic