Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Sports 30 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... KALIDOU KOULIBALY - Chelsea jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' £60 miljun biex jakkwistaw lill-plejer ta' Napoli, Kalidou Koulibaly. Għalkemm, il-Partenopei jidhru lesti li jaċċettaw is-somma ta £45 miljun għal dan il-plejer, Chelsea jinsabu lesti li jħallsu £15-il miljun iktar biex jagħmlu ċert li jakkwistaw lil dan il-plejer qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferimenti, fi tmiem dan ix-xahar. CHRISTIAN ERIKSEN - Juventus tefgħu ħarsithom fuq l-istilla Daniża ta' Tottenham Hotspur, Christian Eriksen. Il-kuntratt ta' dan il-plejer mal-Ispurs jiskadi fl-2018 u bħalissa huwa qed jinnegozja kuntratt ġdid mat-tim immexxi mill-kowċ Arġentin Mauricio Pochetino, fejn dan tal-aħħar esprima l-ħsibijiet sinċiera tiegħu fuq dan il-plejer fejn saħaq li qed jagħmel minn kollox biex iżomm lil dan il-plejer mal-klabb minn Londra, hekk kif huwa jqisu bħala plejer indispensabbli. JASPER CILLESSEN - Hekk kif il-jiem tal-goalkeeper Claudio Bravo ma' Barcelona huma magħduda, hekk kif kollox qed jindika li huwa se jkun qed jingħaqad ma' Manchester City biex jieħu post Joe Hart bejn il-lasti, il-Katalani tefgħu ħarsithom fuq il-goalkeeper ta' 27 sena ta' Ajax, Jasper Cillessen, li għalih offrew is-somma ta' £10 miljun. RICARDO RODRIGUEZ - Chelsea qed isegwu mill-qrib il-passi tad-difensur left-back ta' Wolfsburg, Ricardo Rodriguez. Rapporti li dehru fuq diversi ġurnali Ingliżi fl-aħħar jiem, saħqu li l-internazzjonali Żvizzeru jinsab ħerqan li jħalli lil dan it-tim Ġermaniż biex jibda avventura ġdida barra mill-Ġermanja. L-interess ta' Chelsea f'dan il-plejer ta' 23 sena beda wara l-klawżola li dan il-plejer kellu biex huwa seta' jinbiegħ, li kienet dik ta' £21.5 miljun, skadiet f'Lulju li għadda. Chelsea għandhom difensuri full-backs oħra fuq ir-radar tagħhom, li huma Faouzi Ghoulam ta' Napoli u Jonas Hector ta' Cologne. ANDER HERRERA - Wara li Juventus ċedew lill-midfielder internazzjonali Franċiż, Paul Pogba lil Manchester United, għas-somma rekord ta' £89 miljun, teżisti possibbiltà li huma jiffirmaw lill-midfielder Spanjol, Ander Herrera mingħand l-istess United, hekk kif qed juru interess kbir. Min-naħa tiegħu, Herrera qed jipprova jsib post regolari fit-tim immexxi mill-kowċ, José Mourinho, iżda jidher li ma jinsabx fil-pjanijiet tal-kowċ Portugiż u għaldaqstant il-futur tiegħu jidher wieħed inċert. Interessati f'Ander Herrera, hemm ukoll l-Ispanjoli ta' Atletico Madrid. AYMEN ABDENNOUR - Everton jinsabu viċin li jiffirmaw lid-difensur internazzjonali Tuneżin Aymen Abdennour mingħand Valencia. Huwa ffirma ma' Valencia fil-bidu tal-istaġun li għadda mingħand Monaco wara li stabbilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta' Ligue 1. Iżda mhux l-istess jista' jingħad li għamel fil-Kampjonat Spanjol hekk kif ġie utilizzat 22 darba minn 38 partita. Dan il-plejer ta' 27 sena lagħab 44 darba għal pajjiżu. ACHRAF LAZAAR - West Ham United jinsabu pass 'il bogħod milli jakkwistaw lid-difensur Marokkin ta' Palermo, Achraf Lazaar, għas-somma ta' €2.9 miljun. Il-kuntratt ta' dan il-plejer mat-tim mill-kapitali ta' Sqallija se jkun qed jiskadi fil-jiem li ġejjin u għalhekk il-futur tiegħu mal-Isqallin huwa wieħed dubjuż. BASTIAN SCHWEINSTEIGER U ANTONIO VALENCIA - Galatasaray tefgħu ħarsithom fuq iż-żewġ players ta' Manchester United, li jidher li ma tantx jinsabu fil-pjanijiet tal-kowċ Josè Mourinho. Dawn huma Bastian Schweinsteiger u Antonio Valencia, fejn it-Torok qed joffru s-somma ta' €5 miljun għal kull plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016