Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? L-imħabba tiegħi lejn l-isport bdiet mid-dar, għaliex kulħadd kien jara l-futbol u jien nista' ngħid li ħadt in- naħa t'ommi għaliex hi kienet iżżomm mat-Taljani u jien ħriġt inżomm mal- Juventus. Bħala partitarju ta' Ħamrun Spartans, x'qed tistenna mill-istaġun li ġej li se jkun qed jara r-ritorn ta' dan it-tim fil-Premier? Jien nispera li dan l-istaġun iservi bħala wieħed li jwitti t-triq lejn iżjed suċċessi u kapitli pożittivi fl-istorja tal-klabb ta' Ħamrun Spartans, jiġifieri jżommu r-ritmu tal-istaġuni li għaddew u jibnu fuqhom. Spjega eżattament x'jinvolvi l-irwol tiegħek bħala Chairman ta' SportMalta u kif irnexxielek tittrasforma lil SportMalta għal kif nafuha llum. Bażikament, SportMalta għandha bord tad-diretturi, fejn jiena ċ-chairperson tagħhom. Prattikament, nieħdu ħsieb l-operat kollu ta' SportMalta, fejn eventwalment jgħaddu kollox għandi l-Kap Eżeuttiv u l-management tiegħu, sabiex jemendaw kollox huma. Fl-istess waqt, aħna nagħtu l-assistenzi tagħna lill-klabbs u lill-atleti konċernati, fejn ovvjament nieħdu ħsieb anke l-baġit tagħna u tagħhom. Intant però, jien nemmen li SportMalta għandha jkollha iżjed awtorità u mhux sempliċiment tkun entità li torganizza u tħares biss, minkejja li aħna nkopru rwol importanti għaliex dejjem inħarsu lejn is-sitwazzjonijiet tal-klabbs u naraw li jimxi kollox bl-aktar mod preċiż u skont ir-regoli. Sadanittant, nista' nżid iżda li minn meta dħalt jien, jiġifieri fl-2013, għamilna ħafna mirakli bħala SportMalta, fejn fost l-oħrajn bdejna b'dejn ta' €1.7 miljun u issa qegħdin bl-istess ċifra, iżda minn fuq! Dan kollu frott ta' ħafna sagrifiċċji li għamilna fejn neħħejna ħafna ħela, inkluż anke dik fuq riżorsi umani. F'konferenza stampa li saret fix-xhur li għaddew, l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-iSport, Chris Agius, kien qal li bħala SportMalta konna sibna bastiment qed jegħreq, iżda jien immur oltrè minn hekk u ngħid li l-vapur kien ġralu bħat-Titanic għax kien għereq għal kollox! Waħda mill- affarijiet prinċipali li għamilt kienet li daħħalt fil-bord, dixxiplina finanzjarja, speċjalment fil-kontijiet, għaliex fil-bidu li bdejt nokkupa l-kariga ta' Chairman ta' SportMalta, lanqas biss kien hemm Chief Financial Officer, jiġifieri kelli nara kollox jien fosthom il-finanzi ta' SportMalta. Dak iż-żmien, kellna ħafna pagamenti b'lura u xi wegħdi li ma sarux u li kieku ma sar xejn, SportMalta kienet prattikament tfalli. Bħal atleta, SportMalta kellha injury. L-injury tagħha kienet waħda finanzjarja u bħal kull atleta li jiffaċċja l-biża' li ma jibqax tajjeb għall-isport minħabba l-injury, hekk aħna kellna t-taqtigħ il-qalb u l-biża' li ma nirkuprawx mid-dejn li kellna. SportMalta, inqisha u nimmaġinaha atleta. Bħal kull atleta, l-akbar kompetizzjoni li jkollok huwa miegħek innifsek, biex ittejjeb lilek innifsek. Hekk qed nippruvaw nagħmlu. Hekk kif atleta jittripplika s-sagrifiċċju biex jirkupra minn injury sabiex jerġa' jkun tajjeb għall-kompetizzjoni, hekk għamilna aħna u grazzi għall-ħaddiema kollha ta' SportMalta, id-dedikazzjoni tagħhom, is-sagrifiċċji li għamlu lkoll flimkien bħala tim, din l-injury għelibniha u f 'sentejn id-dejn neħħejnieh u spiċċajna s-sena l-oħra b'bilanċ pożittiv ta' madwar €1.7 miljun. X'kien l-iskop tar-rebranding fejn fost oħrajn saret il-bidla fl-isem - minn Kunsill Malti għall-iSport għal SportMalta? Żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, ridna nħarsu lejn perspettivi Ewropej sabiex viżwalment ikollna organizzazzjoni aġġornata, għaliex madwar l-Ewropa, ħafna organizzazzjonijiet jisimhom hekk, fosthom Sport UK. It-tieni nett, tgħin ukoll fl-infrastruttura, għaliex biddilna xi affarijiet sabiex ikun hemm operat effiċjenti. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan huwa li n-nies li jaħdmu fi SportMalta, ikunu kburin li jaħdmu ma' SportMalta. Mhux biss bil-libsa ġdida li tajna lil dak li qabel kien il-Kunsill Malti għall-Isport, permezz ta' rebranding imma billi ntejbu dak it-tajjeb li sibna, nikkoreġu l-iżbalji li saru qabel u nippruvaw ma nirrepetuhomx. Kif kienet is-sitwazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali f 'tal-Qroqq meta dħalt int u kif inhi issa? Kienet fi stat bikri għaliex kienet imkissira, kważi kważi nista' ngħid li kienet pixxina se taqa' biċċiet. Kien hemm rapport fl-2012 fejn kien ġie rrimarkat il-fatt li kien hemm periklu iżda ħadd m'għamel xejn u meta dħalt jien, qlajt din il-kwistjoni u immedjatament ridt rapport tekniku u rriżulta li kieku ma konniex ħa nieħdu azzjoni, parti mill-pixxina kienet se tinkisrilha l-konkrit u kien hemm ċans ta' traġedja. Eventwalment, kien hemm żmien fejn kont qed naħseb li saħansitra nieħu d-deċiżjoni drastika li nagħlaq din il-pixxina, iżda wara li ġibna l-periti u kellna l-fondi mill-Gvern Ċentrali, il-livell tjieb u issa ħa nibqgħu naħdmu biex ikollna pixxina ta' standard internazzjonali. Il-Pixxina Nazzjonali kienet dik il-faċilità sportiva li matul din is-sena rat l-akbar investiment. Bdejna bil-bini mill-ġdid tas-South Block wara li l-istruttura kienet fil-periklu li tikkollassa. Id-danni, apparti r-riskju fuq il-ħajja tal-bniedem, kienu jkunu devastanti. Dan il-proġett sewa €800,000 u miegħu rnexxielna nispiċċaw proġett ta' €1 miljun, parti minnhom imħallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea, biex il- pixxina ssir aktar effiċjenti u niffrankaw mill-ħela tal-enerġija. Dak li niffrankaw se ninvestuh lura fl-istruttura tal-pixxina biex inkomplu ntejbuha, insebbħuha u nġibuha ta' livell internazzjonali. Agħtina ikar dettalji fuq in-National Sports Forum li sar riċentamnet. Nistgħu ngħidu li kien ta' suċċess fejn bis-saħħa tal-ħafna voluntiera li kellna, imxejna tajjeb ħafna. Huwa importanti, li f 'mument bħal dan ma ndaħħlux politika u naħdmu id f 'id mal- Oppożizzjoni. L-isport huwa ta' kulħadd u mhux ta' xi partit biss. Kurżità - kif jirnexxilek tlaħħaq mar- responsabbilitajiet kollha tiegħek? Inlaħħaq iva, għaliex nagħmel 17-il siegħa xogħol kuljum. Jien nemmen li l-ħin tużah tajjeb mhux jekk tkun preżenti fiżikament, iżda li tkun dejjem 'hands on' u tkun aġġornat b'x'ikun qed jiġri. Nista' ngħid pereżempju, li mal-Aġent Kap Eżekuttiv Mark Cutajar naħdem sew, anzi, grazzi għall-viżjoni li huwa għandu fl-isports, flimkien nagħmlu xogħol effiċjenti. Il-preżenza fiżika mhux importanti dejjem sakemm ix-xogħol jibqa' jsir tajjeb. Għalkemm dawn il-proġetti u r-riżultati miksuba minn SportMalta huma ferm evidenti u tassew ta' min wieħed jiftaħar bihom, ma jinkwetakx il-fatt li r-rata tal-obeżità f 'pajjiżna għadha fost l-ogħla fl-Ewropa? L-obeżità hija problema li ma tikkumbattihiex biss permezz tal- isports. Però, aħna bdejna l-proġett ta' 'Summer on the Move', fejn kellna rekord ta' partecipanti, 5,600 tifel u tifla. Madankollu, nemmen li l-problema hija l-mentalità għaliex aħna għadna nqisu l-isports bħala xi ħaġa sekondarja. Sabiex nikkumbatti din il-biċċa tax- xogħol, aħna bdejna proġett ieħor jismu 'Move 360', fejn ġbarna 'sample' ta' tfal mill-Kottonera u ħadnihom l-iSports Complex, dejjem tal-Kottonera. Hemmhekk, huma kienu mqabbdin jagħmlu 'healthy snacks' huma sabiex ikunu indipendenti, jagħmlu 'homeworks' ma' għalliema kkwalifikati u mbagħad jittrenjaw ma' kowċis professjonali, fejn it-tfal kienu jiġu anke mmoniterjati minn diversi tobba. Dan huwa proġett importanti li nixtieq li narah iżjed ta' spiss madwar Malta. Kemm huwa diffiċli li atleta li mhux futboler jagħmel karriera professjonali f 'Malta? F'Malta huwa diffiċli. Jeżistu programmi bħall-Flexi Training li jagħmel it-tiratur William Chetcuti, illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Cristian Antony Muscat Luciano Busuttil - Avukat u Chairman tal-Bord tad-Diretturi ta' SportMalta, li fl- aħħar tliet snin li ilu jokkupa din il-kariga, ittrasforma lil din l-entità governattiva li tippromwovi u taħdem qatigħ favur l-isport ġewwa pajjiiżna. L-Avukat li ttrasforma Sports 34 "F'konferenza stampa li saret fix- xhur li għaddew, l-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall- Isport, Chris Agius, kien qal li bħala SportMalta konna sibna bastiment qed jegħreq, iżda jien immur oltrè minn hekk u ngħid li l-vapur kien ġralu bħat-Titanic għax kien għereq għal kollox!"