Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Intervista 12 'Qatt ma rajt TV Malti L -isem Strada Stretta jġib miegħu bosta immaġini ta' nisa, prostituzzjoni, postijiet tax-xorb, żina u l-aktar xenarji diġenerattivi, għalkemm ikkuluriti wkoll. Sa it żmien ilu Strada Stretta ma kienet xejn għajr ċimiterju li jfakkar ħajja passata, li għaddiet, mietet u ndifnet hekk kif il-Belt Valletta ma baqgħetx iċ-ċentru ta' kollox f 'Malta u l-popolazzjoni nfirxet lejn iċ-ċentru tal-gżira. Illum iżda, Strada Stretta saret il-preżent. M'għadhiex kantuniera moħbija, iżda reġgħet qed tixref u tqajjem l-interess tal-Malti li forsi jixtieq jerġa' jduq xi ftit minn dak li kien il-passat, anke jekk il-passat fi Strada Stretta mhux dejjem kien sabiħ, ikkulurit u romantiku. Iżda xejn ma vviżwalizza aħjar lil din it-triq u numru ta' karattri tipiċi li setgħu għaddew, għexu, qalgħu ħobżhom jew qattgħu xi lejl tbagħrid hemm, mis-serje televiżiva bil-Malti, li f 'Ottubbru se tkun qed tidħol fit- tieni staġun tagħha. L-ILLUM tintervista wieħed mill- imħuħ ta' 'Strada Stretta', Justin Farrugia li qiegħed imexxi din il-produzzjoni flimkien ma' Steve Dalli u grazzi għall-kitba tal-iskritt u l-kreazzjoni tal-kunċett ta' Audrey Brincat Dalli. Fil-lista ta' suċċessi tiegħu Farrugia għandu wkoll 'Giselle' u l-popolari 'Evanġelisti'. Strada Stretta ħareġ mill-kċejjen u mar fit-toroq Niltaqgħu ma' Farrugia fuq is-sett, f 'parti minn dar antikissima fil-Belt Valletta, li qed isservi bħala l-bar ta' Polly. Post li fih kull nhar ta' Tnejn tant nies jaraw imħabba, kant, żfin, għira, ġlied u anke xi xkupa ttir lejn ras xi baħri li jkun fettillu jmiss lil waħda mit-tfajliet. 'Għaliex is-suċċess ta' Strada Stretta?' Tibda tistaqsi l-ILLUM. Farrugia jisħaq li s-suċċess huwa, fir-realtà, grazzi għal bosta fatturi, fosthom l-atturi u anke l-fatt illi s-serje televiżiva qed teħodhom lura għal Malta, għal Strada Stretta tal-ħamsinijiet. L-appuntament ta' kull nhar ta' Tnejn qed jittanta jagħti stampa, anke jekk mhux neċessarjament dejjem assolutament preċiża, tal-ħajja mhux biss fil- kċejjen u fil-kmamar tas-sodod, iżda lil hinn ukoll. Qed tieħu lit- telespettatur fi vjaġġ lura fiż-żmien, fejn kollox, jispjega Farrugia, huwa magħmul b'dettall u rispett lejn dak li kien fil-passat. "Huwa taħlita b'nukleu ta' nies li qed jagħtu t-300% tagħhom. Kulħadd qed jagħti l-almu biex dan il-prodott ikun suċċess. Tinsiex li d-dramm Malti jrid jadatta għal udjenza Maltija li mhux daqstant faċli. Imma r-riżultati jitkellmu waħedhom. Strada Stretta huwa frott il-ħidma ta' kulħadd." Il-Bar ta' Polly: Il-post fejn tinsa' l-għawġ li hemm barra Ikolli nametti li malli dħalt fis-sett tal-bar, ħassejtni dħalt fl-iskrin li fuqu nsegwi dan is-serje. Fliexken tal-luminata żgħar, inkwatri żgħar bir-riklami ta' xarbiet ta' dawk is- snin, mhux wisq wara t-tieni gwerra dinjija, u bar żgħir fil-kantuniera minn fejn drajna naraw lil Polly. Nistaqsi lil Farrugia dwar il-post fejn konna qegħdin nagħmlu l-intervista. "Dan il-post ma qbadniex u vvintanjieh, ħarisna u ġibna lil min kien iktar milli lest li jgħina niddiżinjaw bar matul dawk is- snin. Ikun hemm min jaħseb li dak iż-żmien post tax-xorb kien wieħed b'dehra monotona. Fil-fatt," ikompli Farrugia, "fi Strada Stretta l-barijiet kienu kollha kulur, kienu magħmulin apposta biex inessu d-dwejjaq jew l-għawġ li seta' kien għaddej barra u minflok jferrħu bil-kulur, il-kant u t-tbissima ta' xi tfajla ħelwa." La l-intervista kienet qed issir fil- bar ta' Polly ma stajniex ma nistaqsux kif dan il-karattru, interpretat mill-attriċi Pauline Fenech, huwa importanti għal dan is-serje. "L-atturi ta' Strada Stretta għandhom ħafna aspetti differenti u fis-serje t-telespettatur jista' jgwadi l-angoli differenti ta' kull karattru, inkluż ta' Polly li f 'dan il-bar tkun qed tidderieġi, fuq quddiem, tikkmanda, imma mbagħad fil-kwiet ta' darha tinġabar għaliha nnifisha u taħseb fil-problemi u n-nuqqas f 'ħajjitha." Id-dettall huwa parti mis-sigriet Fuq is-sett tas-serje l-ILLUM setgħet tinnota kif l-attenzjoni għad-dettall hija parti integrali mill-formazzjoni sħiħa tal-kunċett. Innotajna ashtrays mimlija b'sigarri antiki, ġiet f 'idejna wkoll gazzetta bil-Malti li tmur lura għall-1972, dokumenti antiki, kotba u saħansitra prodotti tal-ikel jew dawk li jiżdiedu ma' xi soppa biex jagtħuha togħma aħjar. 'Tħoss illi d-dettall, għal ħafna snin, ingħata ġenb minn dawk li kienu qed jipproduċu drammi Maltin?', tistaqsi l-ILLUM lill-Farrugia. "Iva l-attenzjoni għad-dettall kienet nieqsa għal ħafna snin. Trid ħafna ħin għad-dettall, ifhem. Trid tiġri, tiskopri, issir taf bosta dettalji li ftit kienu jafu bihom." Imma t-telespettaturi Maltin jimpurtahom illi l-prodott televiżiv li qed jintwera quddiemhom jinkludi l-perfezzjoni tad-dettall? "Jekk id-dettall se ttih lin-nies, dawn se jfittxuh. Aħna għażilna li nagħtu valur, għalhekk tajna d-dettall, kemm tad-dinja ta' barra kif ukoll tad-dar. Qbadna dawn id-dettalji u poġġejnihom quddiem it- telespettatur fis-salott tiegħu." Kont naħlef li ma narax TV Malti u spiċċajt naħdem fih L-ILLUM ħadet lil Farrugia lura ftit taż-żmien. Semmejna produzzjonijiet ferm popolari, li kienu ntwrerew madwar 25 sena ilu: 'Ipokriti', l-ewwel soap opera bil-Malti, 'Triq Waħda' b'elenku ta' wħud mill-aqwa atturi Maltin, 'Għaddi l-Bieb Miftuħ', 'Baħar Wieħed', il-verżjoni ġdida tal-'Madonna taċ-Ċoqqa'...imma Farrugia laqagħna b'risposta pjuttost soprendenti. "Għalija naqra diffiċli ngħaddi aprezzament ta' dawn il- produzzjonijiet għax qatt ma kont nara TV bil-Malti. Anzi, kont naħlef li ma narax TV Malti biex issa spiċċajt naħdem fih. Ma kont nara xejn ħlief films barranin, cartoons u komiks. Imbagħad kont nara l-istampa tal-produzzjonijiet lokali u nara lr-reċtar fqir li konna qed noffru. Ma kontx ittina tort, ż-żgħażagħ ta' dak iż-żmien, li nħarsu b'mod mhux daqstant pożittiv lejn produzzjonijiet Maltin." Huwa jammetti iżda li ftit li xejn qatt seta' jobsor kemm il- produzzjoni ta' drammi setgħu jfissru xogħol. 'Lanqas il-bażiku ma kellna' 'Imma mhux qed tara kbir? Qed tirraġuna daqslikieku kollox beda tajjeb malli dħalt int fix-xena,' tirrimarka din il-gazzetta. Imma Farrugia jiċħad bil-qawwa. "Le mhux qed nara kbir. Jien qatt ma dħalt għad-drama għax nara kbir. Imma kienet tweġġagħni li nara produzzjonijiet fejn lanqas shot tajjeb ma kien jittieħed. Nixgħelu erba' bozoz u l-atturi jirreċtaw. Din qatt ma kienet is-sitwazzjoni barra minn pajjiżna u ma nafx għaliex aħna aċċettajnieha hawnhekk." Huwa jkompli jgħid illi għal żmien twil l-aġenda tad-drammi lokali kienet iddettata minn negozji kbar, mentri llum huwa ċar li anke l-istudenti li ħerġin mill-Università qed jipproduċu filmati ta' kwalità tajba. "Qabel, anke l-bażiku imma kien nieqes. Jekk int irrealizzajt xi ħaġa jew trid tikxef aktar emozzjoni partikolari, bi close up trid tagħmilha. Dawn l-affarijiet ikun fihom raġuni u ħsieb warajhom, ma taqbadx u tagħmel shot." Nistaqsuh imma, jekk jaħsibx li l-Maltin japprezzaw din il- professjonalità li jaħdmu biha hu u diversi produtturi oħrajn, fosthom ta' 'Iċ-Ċaqqufa' u 'Katrina' u diversi oħrajn fuq stazzjonijiet differenti, jew jekk hux qed naċċettaw il- medjokrità bħala stat ta' fatt. "Meta nara s-sondaġġi u nqabbel ir-riżultati li Strada Stretta qed tikseb inqawwi Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Xarabank u l-istess Strada Stretta jgħaqqdu nies differenti, minn sfond differenti u ta' etajiet differenti " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016