Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum ttrasforma lil SportMalta Sports 35 imma dak jinkludi ammont sostanzjali ta' flus, għaliex inħallsulu nofs il-paga aħna bħala SportMalta. Ovvjament, tajjeb għalih għax jitjieb, iżda rridu nqisu li dan huwa atleta li kapaċi jikseb riżultat tajjeb għal Malta, u allura ma nistgħux nagħmlu dan il-proġett għal kull atleta. Fl-aħħar mill-aħħar, nibqa' nsostni li l-problema tagħna hija l-hekk imsejħa 'comfort zone', fejn wieħed jippreferi jibqa' jgħix f 'Malta mal-familja u l-ħbieb minflok jibda avventura barra minn Malta fejn hemmhekk ikun waħdu u 'l bogħod mid-diversi kumditajiet li jipprovdi pajjiżna. Xi proġetti maġġuri nedejtu matul l-aħħar snin barra minn dawk li diġà semmejt, u xi proġetti għandkom f 'moħħkom bħala SportMalta għas- snin li ġejjin? SportMalta se tkun aktar minn qatt qabel viċin l-atleti, l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs. Dan għaliex se jkollna aktar assistenzi lejhom. Assistenzi li minkejja l-injury li kellna, ma naqsux matul is-sena li għaddiet li, meta tnaqqas dak li tajna lill-Kumitat Olimpiku Malti sabiex l-atleti Olimpiċi jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom aħjar għall- Olimpijadi li jintemmu llum, l-assistenzi li gawdew minnhom il-klabbs u l-atleti kienu jammontaw għal xejn inqas minn €1 miljun. Ridna però mhux biss il-bidla ssir f 'dak li jidher imma anki f 'dak li ma jidhirx, litteralment. Żidna t-trasparenza f 'dak kollu li jsir, speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet finanzjarji. Aħna nemmnu li ġaladarba l-flus li qed namministraw mhumiex tagħna imma huma tal-atleti u tal-klabbs, għandna nagħmlu dan bl- ogħla livell ta' trasparenza u kontabilità. Ridna nżidu l-kwalità. Dan jista' jsir billi toħloq proġetti ġodda, li jagħmlu sens kemm loġistiku u fuq kollox finanzjarju. Żidna l-parteċipazzjoni ta' tfal u żgħażagħ u anki ġenituri u anzjani fil-programmi sportivi tagħna, tant li qbiżna l-5000 parteċipant f 'Summer On The Move - numru sabiħ iżda mhux biżżejjed. Fadal aktar x'nagħmlu u dan in-numru rriduh jikber kull sena. Se nkunu qed inwettqu għas-snin li ġejjin mal-25 proġett ġdid, fosthom Shooting range f 'Għawdex, Boiler fil-University Sports Hall, 'dance studios' ġodda fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq, il-bdil tal-art tal-Cottonera Sports Complex, il- proġett ta' Warm up track fil-Marsa, kif ukoll sala ġdida tal-judo. Dan apparti li nkomplu nagħtu l-assistenzi finanzjarji. Wara dawn ir-riżultati mill-aqwa li rnexxilkom tiksbu bħala SportMalta mmexxija minnek bħala Chairman tal-Bord Diretturi, flimkien mal-kollegi sħabek, ninsab ċert li tixtieq tagħmel diversi ringrazzjamenti lil bosta persuni... Hekk hu. Nibda biex nirringrazzja lill-familjari u lill-ħbieb kollha tiegħi tas-sapport kontinwu li jtuni f 'dak kollu li nagħmel fil-bosta oqsma li jien involut fihom fil-ħajja. Radd il-ħajr biex dan kollu li semmejt f 'din l-intervista jkun jista' jsir, imur lill-ħaddiema kollha ta' SportMalta mmexxija mill- Kap Eżekuttiv Mark Cutajar, u lis- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, l-Onorevoli Chris Agius u l-istaff kollu tiegħu u wkoll radd ta' ħajr lill-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-iSport, l-Onorevoli David Agius, li jaqbel bis-sħiħ ma' dak li nemmnu aħna, jiġifieri li minkejja li fl-isport l-aktar li naraw kuluri - tat-timijiet, tal-bnadar tal-pajjiżi u oħrajn - il-kuluri li qatt m'għandhom jidħlu huma dawk tal-politika partiġġjana, u b'hekk insibu l-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni li minnhom ma jgawdi ħadd ħlief l-isport li tant inħobbu. Grazzi tmur lis-Segretarju tal-Bord u l-membri sħabi kollha tal-Bord tad-diretturi li dejjem insibhom ta' spalla. Grazzi lill-isponsors kollha li jemmnu f 'dan il-proġett u jemmnu fi SportMalta. Radd ta' ħajr, fuq kollox, imur lill-atleti, kowċis, amministraturi tal-isport u ġenituri li jemmnu li l-isport hu importanti daqs l-edukazzjoni akkademika, u jaħdmu minn qalbhom biex l-isport li jħaddnu jibqa' jikber u jibqa' ħaj fil-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Il-messaġġ finali tiegħek lejn iż- żgħażagħ u anke l-ġenituri li forsi jaraw l-isport bħala xi ħaġa sekondarja u inqas importani mill-istudji akkademiċi li jsiru fl-iskejjel. L-isport huwa xi ħaġa li jikkumplimenta lill-bniedem, speċjalment fl-inklużjoni soċjali. Nista' nieħu spunt minn din il-mistoqsija, billi nsemmi inizjattiva li bdejt meta ftt tas-snin ilu kont Sindku tal-Ħamrun. It-tfal kollha li jgħixu l-Ħamrun, kienu ntitolatli li jitħarrġu b'xejn ma' Ħamrun Spartans, jiġifieri konna nħallsu r-rata tal-membership aħna bħala Kunsill Lokali. Madankollu, din is-sistema kienet waqgħet taħt il-proċedura tat-'tax reading' u eventwalment, min ma kienx jaffordja jħallas it-taxxa jew inkella ma kienx jieħu xi benefiċċji soċjali, kien ikun żvantaġġjat. Inżid ngħid li l-isport hu sabiħ imma meta jkun nadif huwa wisq isbaħ. L-isport huwa l-antiteċi ta' dak kollu li hu korrott u ħażin. Huwa d-dawl fid-dlam ta' ħafna persuni li jsibu tama ġdida fl-isport. L-isport jagħtik saħħa, fiżika u mentali u fuq kollox, jiffurmak bħala persuna aħjar. Jagħtik futur. Kull Gvern għandu jirrealizza li l-isport huwa importanti għall-pajjiż daqs is-saħħa u l-edukazzjoni. L-isport huwa sagrifiċċju, tbatija, għaraq u ħafna drabi qtigħ il-qalb. Meta nidħlu f 'livelli kompetittivi, kull atleta li jaspira li jkollu karriera fl-isport u li jġib riżultati tajbin, irid l-għajnuna, u b'wiċċi minn quddiem ngħid li aħna bħala SportMalta din l-għajnuna qed intuha bil-bosta u nwiegħed lil kulħadd li se nibqgħu nagħmlu hekk matul is-snin li ġejjin. " L-isport huwa l-antiteżi ta' dak kollu li hu korrott u ħażin" Ritratt: DOI - Clifton Fenech